Ġenesi 33:1-20
33 U Ġakobb refaʼ għajnejh u ħares u ra lil Għesaw ġej b’erbaʼ mitt raġel miegħu.+ Għaldaqstant qassam lit-tfal bejn Lea, Rakele, u ż-żewġ qaddejja nisa,+
2 u poġġa lill-qaddejja nisa u lil uliedhom quddiemnett,+ lil Lea u wliedha warajhom,+ u lil Rakele u Ġużeppi fuq waranett.+
3 U hu għadda qabilhom u miel lejn l-art sebaʼ darbiet sakemm wasal ħdejn ħuh.+
4 U Għesaw ġie jiġri jiltaqaʼ miegħu,+ ħaddnu,+ għannqu, u biesu, u nfaqgħu jibku.
5 Imbagħad refaʼ għajnejh u ra lin-nisa u t-tfal u qal: “Min huma dawn li qegħdin miegħek?” u hu wieġbu: “It-tfal li Alla għoġbu jagħti lill-qaddej tiegħek.”+
6 U l-qaddejja nisa resqu, huma u wliedhom, u mielu;
7 u Lea resqet ukoll maʼ wliedha, u mielu, u wara resqu Ġużeppi u Rakele, u mielu.+
8 Issa Għesaw qal: “Xi trid tgħid bih dan il-kamp kollu taʼ vjaġġaturi li ltqajt miegħu jien?”+ Hu wieġbu: “Sabiex insib il-ħniena f’għajnejn sidi.”+
9 Imbagħad Għesaw qallu: “Jien għandi ħafna u ħafna, ħija.+ Ħa jibqaʼ tiegħek dak li hu tiegħek.”
10 Madankollu, Ġakobb qallu: “Le, jekk jogħġbok. Jekk, issa, sibt il-ħniena f’għajnejk,+ allura trid tilqaʼ r-rigal tiegħi minn idi. Ġibtu biex inkun nistaʼ nara lil wiċċek. U jien rajtu u qisni rajt wiċċ Alla għax int ilqajtni tajjeb.+
11 Jekk jogħġbok, ħu r-rigal li ġabulek,+ li bih irrid inbierkek, għax Alla kien ħanin miegħi u għax għandi minn kollox.”+ U baqaʼ jinsisti miegħu, u Għesaw ħadu.+
12 Iktar tard dan qal: “Ejja nitilqu u mmorru, u ħallini nimxi quddiemek.”
13 U Ġakobb qallu: “Sidi jaf li t-tfal huma delikati u li jien irrid nieħu ħsieb in-nagħaġ u l-baqar li qed ireddgħu,+ u jekk iġegħluhom jgħaġġlu żżejjed għal jum wieħed, il-merħla kollha żgur tmut.+
14 Jekk jogħġbok, ħa jgħaddi sidi qabel il-qaddej tiegħu, imma jien inkompli l-vjaġġ bil-mod il-mod skond il-pass tal-bhejjem+ li qegħdin quddiemi u skond il-pass tat-tfal+ sakemm nasal għand sidi fis-Segħir.”+
15 U Għesaw qallu: “Jekk jogħġbok, ħa nqiegħed għad-dispożizzjoni tiegħek ftit min-nies li qegħdin miegħi.” Wieġbu: “M’hemmx għalfejn. Ħa nsib il-ħniena f’għajnejn sidi.”+
16 Għalhekk, dakinhar Għesaw dar lura fi triqtu lejn is-Segħir.
17 U Ġakobb telaq lejn Sukkot,*+ u bena dar għalih u għamel għerejjex+ għall-merħla tiegħu. Kien għalhekk li dak il-post semmieh Sukkot.
18 U Ġakobb wasal qawwi u sħiħ fil-belt taʼ Sikem,+ li qiegħda fl-art taʼ Kangħan,+ meta kien ġej mill-Fiddien-aram;+ u waqqaf il-kamp quddiem il-belt.
19 Imbagħad, għal mitt biċċa flus,+ kiseb medda rabaʼ minn id ulied Ħamor, missier Sikem, u hemmhekk waqqaf it-tinda tiegħu.
20 U hemmhekk bena artal u semmieh Alla l-Alla taʼ Israel.+
Noti taʼ taħt
^ Ifisser “Għerejjex; Stalel Mgħottijin.”