Ġenesi 41:1-57

41  U ġara li, wara sentejn sħaħ, il-​Fargħun kien qed joħlom,+ u kien bil-​wieqfa ħdejn ix-​xmara Nil.  U mix-​xmara Nil telgħu sebaʼ baqriet sbieħ fl-​għajn u smien, u bdew jirgħu qalb il-​ħaxix tan-​Nil.+  U kien hemm sebaʼ baqriet oħrajn li telgħu warajhom mix-​xmara Nil, koroh fl-​għajn u magħlubin,+ u dawn waqfu maġenb il-​baqar l-​oħrajn ħdejn xatt ix-​xmara Nil.  Imbagħad il-​baqar li kienu koroh fl-​għajn u magħlubin bdew jieklu lis-​sebaʼ baqriet li kienu sbieħ fl-​għajn u smien.+ U l-​Fargħun stenbaħ.+  Madankollu, reġaʼ mar jorqod u ħolom it-​tieni darba. U kien hemm sebaʼ sbuliet ħerġin minn zokk wieħed, smien u tajbin.+  U kien hemm sebaʼ sbuliet, magħlubin u maħruqin bir-​riħ mil-​lvant,+ qed jikbru warajhom.+  U s-​sbuliet magħlubin bdew jibilgħu s-​sebaʼ sbuliet smien u mimlijin.+ U l-​Fargħun stenbaħ, u din kienet ħolma.  U ġara li fil-​għodu beda jħossu inkwetat.+ Għalhekk, bagħat isejjaħ lill-​qassisin kollha taʼ l-​Eġittu,+ li kienu jipprattikaw il-​maġija, u lill-​għorrief kollha tiegħu,+ u l-​Fargħun irrakkontalhom il-​ħolm tiegħu.+ Imma ma kien hemm ħadd min jinterpretahomlu lill-​Fargħun.  Imbagħad il-​kap tal-​kuppieri kellem lill-​Fargħun,+ u qallu: “Illum se nitkellem dwar dnubieti.+ 10  Il-Fargħun kien mgħaddab għall-​qaddejja tiegħu.+ Għalhekk, hu żammni arrestat fid-​dar tal-​kap tal-​gwardja persunali,+ kemm lili u kemm lill-​kap tal-​furnara. 11  Imbagħad aħna t-​tnejn ħlomna ħolma fl-​istess lejl, sew jien u sew hu. U l-​ħolma taʼ kull wieħed minna kellha l-​interpretazzjoni tagħha.+ 12  U hemmhekk kien hemm magħna żagħżugħ, Ebrew,+ qaddej tal-​kap tal-​gwardja persunali tal-​Fargħun.+ Meta rrakkontajnihomlu,+ hu interpretalna l-​ħolm tagħna. Lil kull wieħed interpretalu skond il-​ħolma tiegħu. 13  U r-​riżultat kien li ġara preċiż bħalma kien interpretalna. Lili ngħatatli lura l-​kariga tiegħi,+ imma hu ġie mdendel maʼ zokk.”+ 14  U l-​Fargħun bagħat isejjaħ lil Ġużeppi,+ biex iġibuh malajr mill-​ħofra tal-​ħabs.+ Għalhekk, qaxxar il-​leħja*+ u biddel ħwejġu+ u daħal għand il-​Fargħun. 15  Imbagħad il-​Fargħun qal lil Ġużeppi: “Ħlomt ħolma, imma m’hemm ħadd min jinterpretaha. Issa jien smajthom jgħidu dwarek li int kapaċi tismaʼ ħolma u tinterpretaha.”+ 16  X’ħin semaʼ dan, Ġużeppi wieġeb lill-​Fargħun, u qallu: “Hu Alla li se jagħti l-​interpretazzjoni favorevoli lill-​Fargħun, mhux jien.”+ 17  U l-​Fargħun issokta jgħid lil Ġużeppi: “Fil-​ħolma tiegħi kont bil-​wieqfa f’xatt ix-​xmara Nil. 18  U mix-​xmara Nil telgħu sebaʼ baqriet smien u sbieħ f’surithom, u bdew jirgħu qalb il-​ħaxix tan-​Nil.+ 19  U kien hemm sebaʼ baqriet oħrajn li telgħu warajhom, dgħajfin, taʼ sura kerha ħafna, u magħlubin.+ Koroh daqshom qatt ma rajt fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu. 20  U l-​baqar li kienu għadma u ġilda u koroh bdew jieklu lill-​ewwel sebaʼ baqriet smien.+ 21  U dawn kiluhom, u madankollu ma kienx jidher li kienu kiluhom, għax id-​dehra tagħhom kienet kerha bħalma kienet fil-​bidu.+ U stenbaħt. 22  “Imbagħad rajt fil-​ħolma tiegħi, u kien hemm sebaʼ sbuliet ħerġin minn zokk wieħed, mimlijin u tajbin.+ 23  U kien hemm sebaʼ sbuliet mixrubin, magħlubin, u maħruqin bir-​riħ mil-​lvant,+ qed jikbru warajhom. 24  U s-​sbuliet magħlubin bdew jibilgħu s-​sebaʼ sbuliet mimlijin u tajbin.+ Għalhekk, jien għedtha lill-​qassisin li jipprattikaw il-​maġija,+ imma ħadd minnhom ma fissirhieli.”+ 25  Imbagħad Ġużeppi qal lill-​Fargħun: “Il-​ħolma tal-​Fargħun hi biss waħda. Dak li se jagħmel l-​Alla l-​veru qalu lill-​Fargħun.+ 26  Is-sebaʼ baqriet tajbin huma sebaʼ snin. Bl-​istess mod, is-​sebaʼ sbuliet tajbin huma sebaʼ snin. Il-​ħolma hi biss waħda. 27  U s-​sebaʼ baqriet li kienu għadma u ġilda u koroh u li telgħu warajhom huma sebaʼ snin; u s-​sebaʼ sbuliet vojta, maħruqin bir-​riħ mil-​lvant,+ se jkunu sebaʼ snin taʼ ġuħ.+ 28  Dan hu li għedtlu lill-​Fargħun: Dak li se jagħmel l-​Alla l-​veru wrieh lill-​Fargħun.+ 29  “Ara! Ġejjin sebaʼ snin t’abbundanza kbira fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu. 30  U warajhom żgur li se jiġu sebaʼ snin taʼ ġuħ, u l-​abbundanza kollha fl-​art taʼ l-​Eġittu żgur li se tintesa, u l-​ġuħ sempliċement se jiblaʼ l-​art.+ 31  U ħadd ma jintebaħ li xi darba kien hemm l-​abbundanza fl-​art minħabba l-​ġuħ li jiġi wara, għaliex dan se jkun kbir ħafna. 32  U l-​fatt li l-​ħolma ġiet ripetuta darbtejn lill-​Fargħun ifisser li din il-​ħaġa hija stabbilita fis-​sod min-​naħa taʼ l-​Alla l-​veru,+ u l-​Alla l-​veru qed iħaffef biex jagħmilha.+ 33  “U issa l-​Fargħun ħa jfittex raġel għaqli u għaref u jqiegħdu fuq l-​art taʼ l-​Eġittu.+ 34  Ħa jaġixxi l-​Fargħun u jaħtar indokraturi fil-​pajjiż,+ u jiġbor wieħed minn kull ħamsa mill-​prodott taʼ l-​art taʼ l-​Eġittu matul is-​sebaʼ snin taʼ l-​abbundanza.+ 35  U ħa jiġbru l-​ikel kollu taʼ dawn is-​snin tajbin li ġejjin, u ħa jiġimgħu l-​qmuħ taħt id il-​Fargħun bħala ikel fil-​bliet,+ u jridu jerfgħuh. 36  U l-​ikel iservi bħala provvista għall-​art għas-​sebaʼ snin tal-​ġuħ, li se jkun hemm fl-​art taʼ l-​Eġittu,+ sabiex l-​art ma tinqeridx bil-​ġuħ.”+ 37  U din il-​ħaġa kienet tajba f’għajnejn il-​Fargħun u l-​qaddejja kollha tiegħu.+ 38  Għalhekk, il-​Fargħun qal lill-​qaddejja tiegħu: “Jistaʼ jinstab bniedem ieħor bħal dan li fih hemm l-​ispirtu t’Alla?”+ 39  Imbagħad il-​Fargħun qal lil Ġużeppi: “Ladarba Alla ġiegħlek tkun taf dan kollu,+ m’hemm ħadd għaqli u għaref daqsek.+ 40  Int personalment tkun fuq id-​dar tiegħi,+ u l-​poplu tiegħi kollu jobdik b’għajnejh magħluqa.+ Inkwantu għat-​tron biss jien se nkun akbar minnek.”+ 41  U l-​Fargħun żied jgħid lil Ġużeppi: “Ara! Qed inqiegħdek fuq l-​art kollha taʼ l-​Eġittu.”+ 42  U l-​Fargħun neħħa ċ-​ċurkett tas-​siġill+ minn idu u poġġieh f’id Ġużeppi u libbsu lbies taʼ l-​għażel fin u poġġielu ġiżirana tad-​deheb madwar għonqu.+ 43  Barra minn hekk, hu rikkbu fit-​tieni karru,+ sabiex in-​nies jonorawh billi jgħajtu quddiemu, “Avrek!”* u b’hekk poġġieh fuq l-​art kollha taʼ l-​Eġittu. 44  U l-​Fargħun qal ukoll lil Ġużeppi: “Jien il-​Fargħun, imma mingħajr il-​permess tiegħek ħadd ma jistaʼ jerfaʼ idu jew siequ fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu.”+ 45  Wara dan, il-​Fargħun lil Ġużeppi semmieh Safenat-panegħa* u tah b’martu lil Asenat+ bint Potifera, il-​qassis taʼ On.+ U Ġużeppi ħareġ idur maʼ l-​art taʼ l-​Eġittu.+ 46  U Ġużeppi kellu tletin sena+ meta qagħad quddiem il-​Fargħun, is-​sultan taʼ l-​Eġittu. Imbagħad Ġużeppi ħareġ minn quddiem il-​Fargħun u mar idur fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu. 47  U matul is-​sebaʼ snin taʼ l-​abbundanza l-​art ipproduċiet bir-​radam.+ 48  U hu baqaʼ jiġbor l-​ikel kollu tas-​sebaʼ snin li ġew fuq l-​art taʼ l-​Eġittu u kien ipoġġih fil-​bliet.+ L-​ikel mir-​rabaʼ li kien madwar kull belt poġġieh f’nofsha.+ 49  U Ġużeppi kompla jiġmaʼ l-​qmuħ fi kwantità kbira ferm,+ bħar-​ramel tal-​baħar, sakemm fl-​aħħar qatgħu qalbhom jgħodduhom, għax kienu bla għadd.+ 50  U qabel ma waslet is-​sena tal-​ġuħ, lil Ġużeppi twildulu żewġ subien,+ li wilditlu Asenat bint Potifera, il-​qassis taʼ On. 51  Għalhekk, Ġużeppi semma lill-​ewwel imwieled Manasse,*+ għax, kif qal hu, “Alla nessieni l-​inkwiet kollu tiegħi u d-​dar kollha taʼ missieri.”+ 52  U lit-​tieni wieħed semmieh Efrajm,*+ għax, kif qal hu, “Alla ġegħelni nnissel f’art il-​miżerja tiegħi.”+ 53  U s-​sebaʼ snin taʼ l-​abbundanza li kien hemm fl-​art taʼ l-​Eġittu ntemmew,+ 54  u mbagħad bdew ġejjin is-​sebaʼ snin tal-​ġuħ, bħalma kien qal Ġużeppi.+ U l-​ġuħ infirex fl-​artijiet kollha, imma fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu kien hemm il-​ħobż.+ 55  Fl-aħħar, fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu waqaʼ l-​ġuħ u n-​nies bdew jibkulu għall-​ħobż+ lill-​Fargħun. Imbagħad il-​Fargħun qal lill-​Eġizzjani kollha: “Morru għand Ġużeppi. Kulma jgħidilkom, agħmluh.”+ 56  U kien hemm il-​ġuħ fuq wiċċ l-​art kollha.+ U Ġużeppi fetaħ l-​imħażen kollha tal-​qmuħ li kienu maħżunin f’nofshom u beda jbigħhom lill-​Eġizzjani,+ għax il-​ġuħ kien għafas sew fuq l-​art taʼ l-​Eġittu. 57  Barra minn hekk, nies mill-​art kollha ġew l-​Eġittu biex jixtru mingħand Ġużeppi, għaliex il-​ġuħ kien għafas sew fuq l-​art kollha.+

Noti taʼ taħt

Il-kelma Ebrajka tistaʼ tfisser li qaxxar kemm il-​leħja kif ukoll xagħru.
It-tifsira eżatta taʼ din l-​espressjoni, li hi trasliterazzjoni mill-​Eġizzjan għall-​Ebrajk, għadha m’hix magħrufa.
B’mod evidenti bl-​Ebrajk ifisser “Wieħed li Jirrivela l-​Affarijiet Moħbijin.”
Ifisser “Wieħed li Jġiegħlek Tinsa; Wieħed li Jnissi.”
Ifisser “Inissel id-​Doppju.”