Ġenesi 42:1-38

42  U Ġakobb ra li kien hemm iċ-​ċereali fl-​Eġittu.+ Imbagħad qal lil uliedu: “Għala qed tħarsu lejn xulxin?”  U żied: “Ara! Smajt li hemm iċ-​ċereali fl-​Eġittu.+ Inżlu hemmhekk u ixtrulna minn hemmhekk, sabiex nibqgħu ħajjin u ma mmutux.”  Għaldaqstant, għaxra minn ħut+ Ġużeppi niżlu jixtru l-​qmuħ mill-​Eġittu.  Imma Ġakobb ma bagħatx lil Benjamin,+ ħu Ġużeppi, maʼ ħutu l-​oħrajn, għax qal: “Li ma jmurx jiġrilu xi aċċident u jmut.”+  U wlied Israel ġew flimkien maʼ l-​oħrajn li kienu ġejjin jixtru, għaliex kien hemm il-​ġuħ fl-​art taʼ Kangħan.+  U Ġużeppi kien ir-​raġel fil-​poter fil-​pajjiż.+ Kien hu li kien qed ibigħ iċ-​ċereali lin-​nies kollha taʼ l-​art.+ Għaldaqstant, ħut Ġużeppi ġew u mielu quddiemu b’wiċċhom lejn l-​art.+  Meta ra lil ħutu, Ġużeppi mill-​ewwel għarafhom, imma hu għamel xi ħaġa biex ma jintgħarafx minnhom.+ Għalhekk, kellimhom iebes u qalilhom: “Minfejn ġejtu?” u huma wiġbuh: “Mill-​art taʼ Kangħan biex nixtru l-​ikel.”+  B’hekk, Ġużeppi għaraf lil ħutu, imma huma m’għarfuhx.  Minnufih Ġużeppi ftakar fil-​ħolm li kien ħolom dwarhom,+ u ssokta jgħidilhom: “Intom spiji! Ġejtu biex titkixxfu d-​dgħjufijiet taʼ din l-​art!”+ 10  Qalulu: “Le, sidi,+ imma l-​qaddejja tiegħek+ ġew jixtru l-​ikel. 11  Aħna lkoll ulied bniedem wieħed. Aħna nies retti. Il-​qaddejja tiegħek m’humiex spiji.”+ 12  Imma hu qalilhom: “Mhux veru! Għaliex intom ġejtu titkixxfu d-​dgħjufijiet taʼ l-​art!”+ 13  Huma wiġbuh: “Il-​qaddejja tiegħek qegħdin tnax aħwa.+ Aħna m’aħniex ħlief ulied bniedem wieħed+ fl-​art taʼ Kangħan; u ż-​żgħir illum qiegħed maʼ missierna,+ filwaqt li l-​ieħor m’għadux magħna.”+ 14  Madankollu, Ġużeppi qalilhom: “Bħalma għedtilkom jien, ‘Intom spiji!’ 15  Din se tkun il-​prova tagħkom. Daqskemm hu ħaj il-​Fargħun, ma toħorġux minn hawn jekk ħukom iż-​żgħir ma jiġix hawnhekk.+ 16  Ibagħtu lil wieħed minnkom iġib lil ħukom waqt li intom tibqgħu marbutin, biex kliemkom jiġi provat jekk intomx tgħidu l-​verità.+ U jekk le, allura, daqskemm hu ħaj il-​Fargħun, intom spiji.” 17  U żammhom ilkoll flimkien arrestati għal tlett ijiem. 18  Imbagħad fit-​tielet jum Ġużeppi qalilhom: “Agħmlu dan u tibqgħu ħajjin. Jien nibżaʼ+ mill-​Alla l-​veru. 19  Jekk intom retti, ħa jinżamm wieħed minn ħutkom marbut fid-​dar fejn qed tinżammu arrestati,+ u l-​kumplament tistgħu tmorru u tieħdu ċ-​ċereali minħabba l-​ġuħ li hemm fi djarkom.+ 20  Imbagħad iġġibuli lil ħukom iż-​żgħir, sabiex kliemkom jinstab li hu taʼ min jafdah; u ma tmutux.”+ U hekk għamlu. 21  U bdew jgħidu lil xulxin: “Bla dubju aħna ħatjin rigward ħuna,+ għax rajna kemm kellu ruħu mnikkta meta talabna bil-​ħniena biex nagħdruh, imma ma tajniehx widen. Huwa għalhekk li dan in-​niket ġie fuqna.”+ 22  Imbagħad Ruben wiġibhom u qalilhom: “M’għedtilkomx jien, ‘Tidinbux kontra t-​tifel,’ imma intom ma tajtux widen?+ U issa ara, demmu qed jintalab lura.”+ 23  Imma huma ma kinux jafu li Ġużeppi setaʼ jifhem, għax kien hemm interpretu bejniethom. 24  U hu tbiegħed minnhom u beda jibki.+ Imbagħad mar lura ħdejhom u kellimhom u ħa lil Simegħon+ minn fosthom u rabtu quddiem għajnejhom.+ 25  Wara dan, Ġużeppi ta l-​kmand, u bdew jimlewlhom ir-​reċipjenti tagħhom bil-​qmuħ. Ukoll, kellhom iroddu l-​flus taʼ l-​irġiel fl-​ixkora+ taʼ kull wieħed minnhom u jagħtuhom provvisti għall-​vjaġġ.+ Għaldaqstant, hekk għamlulhom. 26  U għabbew iċ-​ċereali tagħhom fuq il-​ħmir tagħhom u telqu minn hemmhekk. 27  Meta wieħed minnhom fetaħ l-​ixkora tiegħu biex jagħlef lill-​ħmar tiegħu fil-​post fejn waqfu biex jgħaddu l-​lejl,+ ra li l-​flus tiegħu kienu f’wiċċ l-​ixkora tiegħu.+ 28  U qal lil ħutu: “Flusi traddewli lura u issa qegħdin fl-​ixkora tiegħi!” Imbagħad qalbhom waqfet, u daru lejn xulxin+ jirtogħdu u jgħidu: “X’inhu dan li għamlilna Alla?”+ 29  Sa fl-​aħħar waslu għand missierhom Ġakobb fl-​art taʼ Kangħan u rrakkontawlu kulma kien ġralhom, u qalulu: 30  “Ir-​raġel li hu s-​sid tal-​pajjiż kellimna iebes,+ għax ħasibna spiji li morna nitkixxfu l-​pajjiż.+ 31  Imma aħna għednielu, ‘Aħna nies retti.+ M’aħniex spiji. 32  Aħna qegħdin tnax aħwa,+ ulied missierna.+ Wieħed m’għadux magħna,+ u ż-​żgħir illum qiegħed maʼ missierna fl-​art taʼ Kangħan.’+ 33  Imma r-​raġel li hu s-​sid tal-​pajjiż qalilna,+ ‘B’dan se nkun naf li intom retti:+ Ħa jibqaʼ miegħi wieħed minn ħutkom.+ Imbagħad ħudu xi ħaġa għall-​ġuħ li hemm fi djarkom u morru.+ 34  U ġibuli lil ħukom iż-​żgħir biex inkun naf li m’intomx spiji imma li intom retti. Lil ħukom nagħtihulkom lura, u intom tkunu tistgħu tinnegozjaw fil-​pajjiż.’”+ 35  U ġara li, meta kienu qed ibattlu l-​ixkejjer tagħhom, kull wieħed sab il-​borża tal-​flus fl-​ixkora tiegħu stess. U huma, kif ukoll missierhom, raw il-​boroż tal-​flus tagħhom, u bdew jibżgħu. 36  Imbagħad missierhom Ġakobb qalilhom: “Ċaħħadtuni minn uliedi!+ Ġużeppi m’għadux magħna u Simegħon m’għadux magħna,+ u lil Benjamin se tiħduhuli! Kelli ngħaddi minn dan kollu!” 37  Imma Ruben qal lil missieru: “Oqtolli liż-​żewġ uliedi jekk ma nġibhulekx lura.+ Agħtihuli u nieħu ħsiebu jien, u żgur inġibhulek lura.”+ 38  Madankollu, hu qallu: “Ibni ma jinżilx magħkom, għaliex ħuh miet u hu baqaʼ waħdu.+ Jekk jiġrilu xi aċċident u jmut fit-​triq li sejrin fiha, imbagħad żgur li fi xjuħiti bl-​għali titfgħuni fil-​Qabar.”*+

Noti taʼ taħt

Bl-Ebrajk, “Xeol.”