Ġenesi 46:1-34

46  U Israel u niesu kollha telqu u waslu Bir-​xeba,+ u hemmhekk hu offra sagrifiċċji lill-​Alla taʼ missieru Iżakk.+  U Alla kellem lil Israel permezz taʼ viżjonijiet bil-​lejl u qallu:+ “Ġakobb, Ġakobb!” u dan wieġbu: “Hawn jien!”+  U hu ssokta jgħidlu: “Jien l-​Alla l-​veru,+ l-​Alla taʼ missierek.+ Tibżax tinżel l-​Eġittu, għax hemmhekk nagħmlek ġens kbir.+  Jien ninżel miegħek l-​Eġittu u żgur li ntellgħek ukoll;+ u id Ġużeppi għad tagħlaqlek għajnejk.”+  Wara dan, Ġakobb qam u telaq minn Bir-​xeba, u wlied Israel komplew iġorru lil missierhom Ġakobb u liċ-​ċkejknin tagħhom u lin-​nisa tagħhom fuq il-​karrijiet li kien bagħatlu l-​Fargħun.+  Iżjed minn hekk, ħadu magħhom l-​imrieħel tagħhom u l-​ġid tagħhom, li kienu ġemgħu fl-​art taʼ Kangħan.+ U waslu l-​Eġittu, Ġakobb u d-​dixxendenti kollha miegħu.  Hu ġab miegħu l-​Eġittu+ lil uliedu u wlied uliedu, il-​bniet tiegħu u l-​bniet taʼ wliedu, saħansitra d-​dixxendenti tiegħu kollha miegħu.  Issa dawn huma l-​ismijiet taʼ wlied Israel li ġew l-​Eġittu:+ Ġakobb u wliedu: l-​ewwel imwieled taʼ Ġakobb kien Ruben.+  U wlied Ruben kienu Ħanok, Pallu, Ħesron, u Karmi.+ 10  U wlied Simegħon+ kienu Ġemwel, Ġamin, Oħad, Ġakin,+ Soħar, u Sagħul,+ bin mara Kangħanija. 11  U wlied Levi+ kienu Gerson,+ Keħat,+ u Merari.+ 12  U wlied Ġuda+ kienu Għer,+ Onan,+ Selaħ,+ Pereż,+ u Żeraħ.+ Madankollu, Għer u Onan mietu fl-​art taʼ Kangħan.+ U wlied Pereż kienu Ħesron+ u Ħamul.+ 13  U wlied Issakar+ kienu Tola,+ Puwa,+ Jasub, u Simron.+ 14  U wlied Żebulun+ kienu Sered, Elon, u Ġaħlel.+ 15  Dawn huma wlied Lea,+ li wildithom lil Ġakobb fil-​Fiddien-aram, flimkien maʼ bintu Dina.+ B’kollox, uliedu subien u bniet kienu tlieta u tletin ruħ. 16  U wlied Gad+ kienu Sifjon, Ħaggi, Suni, Esbon, Għeri, Arodi, u Areli.+ 17  U wlied Aser+ kienu Imnaħ, Iswa, Iswi, Berija,+ u kien hemm oħthom Seraħ. U wlied Berija kienu Ħeber u Malkijel.+ 18  Dawn huma wlied Żilfa,+ li Laban ta lil bintu Lea. Maż-​żmien, dawn wildithom lil Ġakobb: sittax-il ruħ. 19  Ulied Rakele,+ mart Ġakobb, kienu Ġużeppi+ u Benjamin.+ 20  U fl-​art taʼ l-​Eġittu lil Ġużeppi twildulu Manasse+ u Efrajm,*+ li wilditlu Asenat,+ bint Potifera, il-​qassis taʼ On. 21  U wlied Benjamin kienu Bela,+ Beker,+ Asbel, Gera,+ Nagħman,+ Eħi, Ros, Muffim,+ Ħuffim,+ u Ard. 22  Dawn huma wlied Rakele li twieldu lil Ġakobb. B’kollox kienu erbatax-il ruħ. 23  U wlied Dan:+ Ħusim.+ 24  U wlied Naftali+ kienu Ġaħsel, Guni,+ Ġeżer, u Sillem.+ 25  Dawn huma wlied Bilħa,+ li Laban ta lil bintu Rakele. Maż-​żmien, dawn wildithom lil Ġakobb; b’kollox kienu sebat erwieħ. 26  L-erwieħ kollha li ġew maʼ Ġakobb l-​Eġittu kienu dawk li tnisslu minnu,*+ minbarra n-​nisa taʼ wlied Ġakobb. B’kollox kienu sitta u sittin ruħ. 27  U wlied Ġużeppi li twildulu l-​Eġittu kienu żewġt erwieħ. B’kollox, dawk taʼ dar Ġakobb li ġew l-​Eġittu kienu sebgħin* ruħ.+ 28  U Ġakobb bagħat lil Ġuda+ qablu għand Ġużeppi bl-​aħbar li kien ġej Gosen. Imbagħad ġew fl-​art taʼ Gosen.+ 29  Imbagħad Ġużeppi lesta l-​karru tiegħu u telaʼ jiltaqaʼ maʼ missieru Israel f’Gosen.+ Meta deher quddiemu hu mill-​ewwel beda jgħannqu u beka fuq li beka mgħannaq miegħu.+ 30  Fl-aħħar, Israel qal lil Ġużeppi: “Din id-​darba lest li mmut,+ issa li rajt lil wiċċek, peress li għadek ħaj.” 31  Imbagħad Ġużeppi qal lil ħutu u lin-​nies taʼ dar missieru: “Ħa nitlaʼ nagħti l-​aħbar lill-​Fargħun u ngħidlu,+ ‘Ħuti u n-​nies taʼ dar missieri li kienu fl-​art taʼ Kangħan ġew hawnhekk għandi.+ 32  U dawn in-​nies huma rgħajja,+ għaliex irabbu l-​imrieħel;+ u ġabu hawnhekk l-​imrieħel tan-​nagħaġ u tal-​baqar tagħhom u kulma għandhom.’+ 33  U jiġri li meta l-​Fargħun isejħilkom u jgħidilkom, ‘X’inhu xogħolkom?’ 34  għidulu, ‘Il-​qaddejja tiegħek ilhom irabbu l-​imrieħel mindu konna żgħar s’issa, kemm aħna u kemm missirijietna,’+ sabiex intom tgħammru fl-​art taʼ Gosen,+ għaliex kull ragħaj tan-​nagħaġ hu xi ħaġa mistkerrha fl-​Eġittu.”+

Noti taʼ taħt

Is-Settanta żżid ħames ismijiet oħrajn. Dan jistaʼ jispjega għala Stiefnu, f’At 7:14, jgħodd 75 ruħ flok 70, ladarba milli jidher hu kkwota mis-​Settanta.
Letteralment, “ħarġu min-​naħa taʼ fuq taʼ koxxtu.”
Jew, “ħamsa u sebgħin,” skond is-​Settanta. Ara Ġen 46:20, in-​nota taʼ taħt.