Ġoel 2:1-32
2 “Doqqu qarn f’Sijon,+ O rġiel, u għajtu għajta tal-gwerra+ fuq il-muntanja qaddisa tiegħi.+ Ħa jinfixlu+ l-abitanti kollha taʼ l-art; għax ġej il-jum taʼ Ġeħova,+ għax hu qrib!
2 Dan hu jum taʼ dlam u swidija,+ jum taʼ sħab u dlam ċappa, bħad-dawl taż-żerniq mifrux fuq il-muntanji.+
“Hemm poplu numeruż u setgħan;+ qatt* qabel m’eżista wieħed bħalu,+ u ma jerġaʼ jkun hemm ħadd iktar warajh sas-snin kollha taʼ ġenerazzjoni wara l-oħra.
3 Quddiemu nar qed jiblaʼ+ u warajh fjamma qed taħraq.+ Bħall-ġnien taʼ l-Għeden l-art qiegħda quddiemu;+ imma warajh hemm xagħri abbandunat, u xejn ma jkun hemm li jaħrablu.
4 “Id-dehra tiegħu hi bħad-dehra taż-żwiemel, u bħaż-żwiemel tal-ġiri, hekk ikompli jlebbet.+
5 Bħall-ħoss tal-karrijiet fuq il-qċaċet tal-muntanji jibqaʼ jaqbeż,+ bħall-ħoss taʼ nar iħeġġeġ li qed jiblaʼ t-tiben.*+ Hu bħal poplu setgħan, imqassam għall-battalja.+
6 Minħabba fih, popli sħaħ ikollhom uġigħ kbir.+ Inkwantu għall-uċuħ kollha, dawn isiru ħomor nar bl-ansjetà.+
7 “Bħal irġiel setgħanin jiġru.+ Bħal gwerriera jitilgħu maʼ sur. U jmorru kull wieħed fi triqatu stess, u ma jbiddlux il-mogħdijiet tagħhom.+
8 U ma jimbottawx lil xulxin. Bħal raġel b’saħħtu fi triqtu, jibqgħu sejrin; u jekk xi wħud jaqgħu saħansitra qalb il-vleġeġ, l-oħrajn ma jwarrbux minn triqithom.
9 “Jidħlu jiġru fil-belt. Jiġru fuq is-sur. Jitilgħu fuq id-djar. Jidħlu mit-twieqi bħal xi ħalliel.
10 Quddiemu l-art theżżet, is-smewwiet triegħdu. Ix-xemx u l-qamar iddallmu,+ u l-kwiekeb tilfu d-dija tagħhom.+
11 U Ġeħova se jsemmaʼ leħnu+ quddiem il-qawwa militari tiegħu,+ għax il-kamp tiegħu hu ħafna fl-għadd.+ Għax dak li qed iwettaq kelmtu hu setgħan; għax jum Ġeħova hu kbir+ u jqanqal biżaʼ kbir, u min jistaʼ jiflaħ għalih?”+
12 “U għalhekk issa,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “ejjew lura għandi b’qalbkom kollha,+ u bis-sawm,+ bil-biki, u bl-ilfiq.+
13 U ċarrtu qlubkom,+ u mhux ħwejjiġkom;+ u ejjew lura lejn Ġeħova Alla tagħkom, għax hu grazzjuż u ħanin,+ bil-mod biex jirrabja+ u għani fil-qalb tajba bl-imħabba,+ u żgur li jiddispjaċih minħabba l-gwaj.+
14 Min jaf jekk idurx lura u jekk, fil-fatt, jiddispjaċihx+ u jħalli barka warajh,+ offerta tal-qmuħ u offerta tax-xorb għal Ġeħova Alla tagħkom?
15 “Doqqu qarn f’Sijon, O rġiel.+ Iddikjaraw żmien taʼ sawm.+ Sejħu assemblea solenni flimkien.+
16 Iġimgħu n-nies flimkien. Qaddsu l-kongregazzjoni.+ Iġimgħu x-xjuħ flimkien. Iġimgħu flimkien it-tfal u t-trabi li jerdgħu mis-sider.+ Ħa joħroġ l-għarus mill-kamra taʼ ġewwa tiegħu, u l-għarusa mill-kamra tagħha.
17 “Bejn il-loġġa u l-artal+ ħalli l-qassisin, il-ministri taʼ Ġeħova, jibku u jgħidu, ‘Tħassar, O Ġeħova, lill-poplu tiegħek, u tħallix li l-wirt tiegħek jiġi mżeblaħ,+ biex il-ġnus jaħkmu fuqu. Għala għandhom jgħidu fost il-popli: “Fejn hu Alla tagħhom?”’+
18 U Ġeħova se jkun għajjur għal artu+ u jagħder lill-poplu tiegħu.+
19 U Ġeħova se jwieġeb u jgħid lill-poplu tiegħu, ‘Ara! Qed nibagħtilkom il-qmuħ u l-inbid ġdid u ż-żejt, u intom żgur li tixbgħu bihom;+ u m’iniex se nħallikom iktar tiġu mżebilħin fost il-ġnus.+
20 U lil tat-tramuntana+ se nbiegħdu minnkom, u fil-fatt se nitfgħu f’art bla ilma u f’art abbandunata, b’wiċċu lejn il-baħar tal-lvant+ u l-warrani tiegħu lejn il-baħar tal-punent.+ U l-intiena minnu titlaʼ ’l fuq, u r-riħa tinten minnu tibqaʼ tielgħa ’l fuq;+ għax Alla, fil-fatt, se jagħmel affarijiet kbar.’
21 “Tibżax, O art. Ifraħ u thenna; għax Ġeħova, fil-fatt, se jagħmel affarijiet kbar.+
22 Tibżgħux, intom il-bhejjem tar-rabaʼ,+ għax il-mergħat tax-xagħri se jħaddru.+ Għax is-siġar se jagħtu l-frott tagħhom.+ Is-siġra tat-tin u d-dielja se jagħtu l-frott tagħhom bis-sħiħ.+
23 U intom, ulied Sijon, ifirħu u thennew b’Ġeħova Alla tagħkom;+ għax żgur li se jagħtikom ix-xita tal-ħarifa bil-qjies xieraq,+ u se jibgħat fuqkom ħalba xita, xita tal-ħarifa u xita tar-rebbiegħa, bħal qabel.+
24 U l-qigħan tad-dris ikunu mimlijin qmuħ, u l-btieti jfuru bl-inbid ġdid u biż-żejt.+
25 U npattilkom għal dak li kielu matul is-snin il-ġurat, il-ġurat li jitkaxkar, il-wirdiena, u x-xagħat, il-qawwa militari kbira tiegħi li bgħatt fostkom.+
26 U intom tieklu, tieklu u tixbgħu,+ u żgur li tfaħħru isem Ġeħova Alla tagħkom,+ li mexa magħkom b’mod tant taʼ l-għaġeb;+ u l-poplu tiegħi qatt iktar ma jkollu minn xiex jistħi.+
27 U jkollkom tkunu tafu li jien qiegħed f’nofs Israel,+ u li jien Ġeħova Alla tagħkom u m’hemm ħadd ħliefi.+ U l-poplu tiegħi qatt iktar ma jkollu minn xiex jistħi.
28 “U wara dan irid iseħħ li jien inferraʼ l-ispirtu tiegħi+ fuq kull xorta taʼ bnedmin,+ u wliedkom subien u bniet+ jipprofetizzaw. U x-xjuħ tagħkom joħolmu ħolm. U ż-żgħażagħ tagħkom jaraw viżjonijiet.
29 U saħansitra fuq il-qaddejja rġiel u nisa nferraʼ l-ispirtu tiegħi f’dawk il-jiem.+
30 “U nagħmel għeġubijiet fis-smewwiet+ u fuq l-art, demm u nar u kolonni tad-duħħan.+
31 Ix-xemx tinbidel fi dlam,+ u l-qamar f’demm,+ qabel il-miġja tal-jum il-kbir taʼ Ġeħova, jum li jqanqal il-biżaʼ.+
32 U jrid iseħħ li kulmin isejjaħ isem Ġeħova jsalva;+ għax fuq il-Muntanja Sijon u f’Ġerusalemm se jkun hemm il-maħrubin,+ sewwasew bħalma qal Ġeħova, u fost dawk li jsalvaw, li lilhom Ġeħova qed isejjaħ.”+