1 Pietru 2:1-25
2 Għaldaqstant warrbu kull ħażen+ u kull qerq u ipokrisija u għira u kull xorta taʼ tqasqis,+
2 u, bħal trabi tat-twelid,+ ifformaw xenqa għall-ħalib safi+ tal-kelma, sabiex permezz tiegħu tikbru għas-salvazzjoni,+
3 jekk doqtu kemm hu qalbu tajba l-Mulej.+
4 Billi tersqu lejh, jiġifieri, lejn ġebla ħajja,+ imwarrba+ tabilħaqq mill-bnedmin,+ imma magħżula u prezzjuża għal Alla,+
5 intom ukoll bħala ġebel ħaj tinbnew bħala dar spiritwali+ biex tkunu saċerdozju qaddis u toffru sagrifiċċji spiritwali+ aċċettabbli għal Alla permezz taʼ Ġesù Kristu.+
6 Għax fl-Iskrittura hemm miktub: “Ara! Qed inqiegħed f’Sijon ġebla, magħżula, ġebla tax-xewka tal-pedament, prezzjuża; u żgur li ħadd minn dawk li jeżerċitaw il-fidi fiha ma jkun diżappuntat.”+
7 Għalhekk, għalikom hu prezzjuż, għax intom temmnu; imma għal dawk li ma jemmnux, “l-istess ġebla li twarrbet+ mill-bennejja saret il-ġebla tax-xewka taʼ fuqnett,”+
8 u “ġebla taʼ tfixkil u blata t’offiża.”+ Dawn qed jitfixklu għax m’humiex jobdu l-kelma. Kien għal dan li nqatgħetilhom.+
9 Imma intom “razza magħżula, saċerdozju rjali, ġens qaddis,+ poplu miksub bħala proprjetà speċjali,+ sabiex ixxandru maʼ kullimkien il-kwalitajiet eċċellenti”+ taʼ dak li sejħilkom mid-dlam għal ġod-dawl tiegħu taʼ l-għaġeb.+
10 Għax darba ma kontux poplu, imma issa l-poplu t’Alla;+ kontu dawk li ma ntweritilhomx ħniena, imma issa sirtu dawk li ntweritilhom ħniena.+
11 Maħbubin, bħala barranin u residenti temporanji,+ inħeġġiġkom biex tibqgħu titbiegħdu mix-xewqat tal-laħam,+ għax huma dawn li jitqabdu kontra r-ruħ.+
12 Żommu kondotta tajba fost il-ġnus,+ sabiex, f’dak li qed jgħidu kontrikom bħala li intom nies ħżiena, minħabba l-għemejjel tajbin tagħkom+ li jaraw b’għajnejhom stess jigglorifikaw lil Alla fil-jum taʼ l-ispezzjoni tiegħu.+
13 Minħabba l-Mulej issottomettu ruħkom+ lejn kull awtorità maħluqa mill-bniedem:+ sew lejn sultan,+ bħala li hu superjuri,
14 u sew lejn gvernaturi, bħala li huma mibgħutin minnu biex jikkastigaw lil min jagħmel il-ħażen u jfaħħru lil min jagħmel it-tajjeb.+
15 Għax hekk hi r-rieda t’Alla: li, billi tagħmlu t-tajjeb, tagħlqu ħalq in-nies bla raġuni li jitkellmu b’injoranza.+
16 Kunu bħal nies ħelsin,+ iżda żżommux il-libertà tagħkom bħala għata għall-ħażen,+ imma bħala lsiera t’Alla.+
17 Onoraw lil kull xorta taʼ bnedmin,+ ħobbu l-fratellanza kollha,+ ibżgħu minn Alla,+ onoraw lis-sultan.+
18 Il-qaddejja fid-djar ħa jkunu sottomessi+ lejn is-sidien tagħhom bil-biżaʼ kollu li hu mistħoqq,+ mhux biss lejn dawk li huma tajbin u raġunevoli, imma wkoll lejn dawk li diffiċli biex togħġobhom.
19 Għax jekk xi ħadd, minħabba l-kuxjenza tiegħu quddiem Alla, jissaporti n-niket u jbati inġustament, din hi ħaġa li togħġob Lilu.+
20 Għax x’mertu jkollkom jekk, meta tidinbu u tiġu msawtin, tissaportu?+ Imma jekk tissaportu meta tagħmlu t-tajjeb u tbatu,+ din hi ħaġa li togħġob lil Alla.+
21 Fil-fatt, għal dan il-mod taʼ ħajja kontu msejħin, għax saħansitra Kristu sofra għalikom,+ u ħallielkom mudell biex timxu mill-qrib wara l-passi tiegħu.+
22 Hu m’għamel ebda dnub,+ u ma nstabx qerq f’fommu.+
23 Meta kien mgħajjar,+ m’għajjarx lura.+ Meta kien qed isofri,+ m’heddidx, imma baqaʼ jafda ruħu f’idejn dak+ li jiġġudika bil-ġustizzja.
24 Hu ġarr dnubietna+ f’ġismu stess fuq iz-zokk,+ sabiex neħilsu mid-dnubiet+ u ngħixu għall-ġustizzja. U “bil-ġrieħi tiegħu ġejtu mfejqin.”+
25 Għax kontu bħal nagħaġ, mitlufin;+ imma issa ġejtu lura għand ir-ragħaj+ u l-indokratur taʼ ruħkom.