1 Pietru 5:1-14
5 Għalhekk, inħeġġeġ lill-anzjani fostkom, għax jien ukoll anzjan+ bħalhom u xhud+ tat-tbatijiet tal-Kristu u għandi sehem ukoll mill-glorja li trid tiġi rivelata:+
2 Irgħu+ l-merħla t’Alla+ li hemm fil-ħarsien tagħkom, mhux bilfors, imma minn jeddkom;+ mhux għall-imħabba tal-qligħ diżonest,+ imma bil-ħerqa;
3 u mhux billi tiddominaw+ fuq dawk li huma l-wirt t’Alla,+ imma billi ssiru eżempji għall-merħla.+
4 U meta jintwera r-ragħaj ewlieni,+ tirċievu l-kuruna tal-glorja+ li ma tidbielx.+
5 Bl-istess mod, intom l-irġiel żgħażagħ, kunu sottomessi+ lejn l-irġiel xjuħ. U lkoll kemm intom tħażżmu bl-umiltà lejn xulxin,+ għax Alla jopponi lis-suppervi, imma juri qalb tajba mhix mistħoqqa maʼ l-umli.+
6 Għalhekk, umiljaw ruħkom taħt l-id setgħana t’Alla, sabiex jeżaltakom fiż-żmien xieraq;+
7 waqt li titfgħu l-ansjetà+ kollha tagħkom fuqu, għax hu jimpurtah minnkom.+
8 Ibqgħu f’sensikom, oqogħdu għassa.+ L-avversarju tagħkom, ix-Xitan, iħuf bħal iljun jgħajjat, jipprova jiblaʼ lil xi ħadd.+
9 Imma intom iqfulu,+ sodi fil-fidi, għax tafu li sofferenzi bħal dawn qed iseħħu fil-fratellanza kollha fid-dinja.+
10 Imma, wara li tkunu sofrejtu għal ftit,+ l-Alla taʼ kull qalb tajba mhix mistħoqqa, li sejħilkom għall-glorja tiegħu taʼ dejjem+ f’unjoni+ maʼ Kristu, itemm hu stess it-taħriġ tagħkom, jissodakom,+ u jsaħħaħkom.+
11 Lilu tkun is-setgħa+ għal dejjem. Amen.
12 Permezz taʼ Silvanu,*+ ħu leali, kif inqisu jien, ktibtilkom bi ftit kliem+ biex ninkuraġġikom u nixhed bil-ħeġġa li din hi l-qalb tajba mhix mistħoqqa vera t’Alla; żommu sod fiha.+
13 Dik li qiegħda f’Babilonja+ u li hi magħżula bħalkom tibgħat isselli għalikom, u jselli għalikom ukoll ibni Marku.+
14 Agħtu merħba lil xulxin b’bewsa taʼ mħabba.+
Il-paċi magħkom ilkoll li qegħdin f’unjoni maʼ Kristu.+
Noti taʼ taħt
^ Jew, “Sila.”