1 Slaten 1:1-53
1 Issa s-Sultan David kien xiħ,+ imdaħħal fiż-żmien; u kienu jgħattuh bil-ħwejjeġ, imma ma kienx jisħon.
2 Għalhekk, il-qaddejja tiegħu qalulu: “Ħa jfittxu tfajla, verġni,+ għal sidna s-sultan, u din taqdi+ lis-sultan u tieħu ħsiebu;+ u timtedd fi ħdanek,+ u sidna s-sultan żgur iżomm sħun.”+
3 U marru jfittxu tfajla sabiħa fit-territorju kollu taʼ Israel, u fl-aħħar sabu lil Abisag+ is-Sunamija+ u ġabuha għand is-sultan.
4 U t-tfajla kienet sabiħa ferm;+ u bdiet tieħu ħsieb is-sultan u taqdih, u s-sultan ma kellux x’jaqsam magħha.
5 Sadanittant, Adonija+ bin Ħaggit+ beda jitgħolla+ u jgħid: “Jien se nsaltan!”+ U ordna li jagħmlulu karru u li jkollu rikkieba taż-żwiemel u ħamsin raġel jiġru quddiemu.+
6 U missieru qatt ma weġġagħlu s-sentimenti tiegħu u qallu: “Għala għamilt hekk?”+ U hu kien ukoll sabiħ f’surtu,+ u ommu kienet wilditu wara Absalom.
7 U ssieħeb maʼ Ġowab bin Seruja u m’Abjatar+ il-qassis, u dawn offrew l-għajnuna tagħhom lil Adonija bħala s-segwaċi tiegħu.+
8 Imma Sadok+ il-qassis u Benaja+ bin Ġeħojada u Natan+ il-profeta u Simgħi+ u Regħi u l-irġiel setgħanin+ taʼ David ma involvewx ruħhom+ m’Adonija.
9 Maż-żmien, Adonija għamel sagrifiċċju+ taʼ nagħaġ u baqar u annimali msemmnin ħdejn il-ġebla taʼ Żoħelet, li qiegħda viċin Għajn-rogel,+ u stieden lil ħutu kollha, ulied is-sultan,+ u lill-irġiel kollha taʼ Ġuda, qaddejja tas-sultan.
10 Iżda lil Natan il-profeta u lil Benaja u lill-irġiel setgħanin u lil ħuh Salamun ma stidinhomx.
11 Issa Natan+ qal lil Bat-seba,+ omm Salamun:+ “Ma smajtx li Adonija bin Ħaggit+ sar sultan, u sidna David ma jaf b’xejn?
12 Għalhekk, issa, jekk jogħġbok, ħa nagħtik parir għaqli,+ u eħles ruħek u ruħ ibnek Salamun.+
13 Mur u idħol għand is-Sultan David, u għidlu, ‘Mhux int kont, sidi s-sultan, li ħlift lill-ilsira tiegħek, u għedt: “Ibnek Salamun isir sultan warajja, u hu joqgħod fuq it-tron tiegħi”?+ Allura għala sar sultan Adonija?’
14 Ara! Waqt li tkun għadek qed titkellem mas-sultan, nidħol jien warajk, u nikkonferma kliemek.”+
15 Għalhekk, Bat-seba daħlet għand is-sultan fil-kamra taʼ ġewwa,+ u s-sultan kien xjaħ sew,+ u Abisag+ is-Sunamija kienet qed taqdi lis-sultan.
16 Imbagħad Bat-seba mielet u nxteħtet fl-art+ quddiem is-sultan, u s-sultan qalilha: “Xi trid tistaqsini?”+
17 Għal dan qaltlu: “Sidi,+ kont int li ħlift b’Ġeħova Alla tiegħek lill-ilsira tiegħek, ‘Ibnek Salamun isir sultan warajja, u hu joqgħod fuq it-tron tiegħi.’+
18 U issa, ara, Adonija+ sar sultan, u sidi s-sultan ma jaf b’xejn.+
19 Hu ssagrifika kwantità kbira taʼ barrin u annimali msemmnin u nagħaġ, u stieden lil ulied is-sultan kollha+ u lil Abjatar+ il-qassis u lil Ġowab+ il-kap taʼ l-armata; imma lil Salamun il-qaddej tiegħek ma stidnux.+
20 U int sidi s-sultan—għajnejn+ Israel kollu huma fuqek, biex tgħidilhom min se joqgħod fuq it-tron taʼ sidi s-sultan warajh.+
21 U jiġri li malli sidi s-sultan jimtedd maʼ missirijietu,+ lili kif ukoll lil ibni Salamun iqisuna ħatjin.”
22 U, ara, waqt li kienet għadha qed titkellem mas-sultan, daħal Natan il-profeta.+
23 Minnufih qalu lis-sultan: “Hawn Natan il-profeta!” Imbagħad daħal għand is-sultan u nxteħet fl-art quddiem is-sultan b’wiċċu maʼ l-art.+
24 U Natan qal: “Sidi s-sultan, kont int li għedt, ‘Adonija jsir sultan warajja, u hu joqgħod fuq it-tron tiegħi’?+
25 Għax illum hu niżel jissagrifika+ kwantità kbira taʼ barrin u annimali msemmnin u nagħaġ, u stieden lil ulied is-sultan kollha u lill-kapijiet taʼ l-armata u lil Abjatar il-qassis;+ u hemm qegħdin jieklu u jixorbu quddiemu u jgħidu, ‘Ħa jgħix is-Sultan Adonija!’+
26 Imma lili, il-qaddej tiegħek, lili u lil Sadok+ il-qassis u lil Benaja+ bin Ġeħojada u lil Salamun il-qaddej tiegħek ma stidinniex.+
27 Jekk din il-ħaġa ġiet minn sidi s-sultan, mela int m’għarraftx lill-qaddej tiegħek+ min għandu joqgħod fuq it-tron taʼ sidi s-sultan warajh.”
28 U s-Sultan David wieġeb u qal: “Sejħuli lil Bat-seba.”+ U din daħlet għand is-sultan u waqfet quddiem is-sultan.
29 U s-sultan ħalef+ u qal: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova+ li fdieli+ ruħi+ min-niket kollu,+
30 bħalma ħliftlek b’Ġeħova l-Alla taʼ Israel, meta għedt, ‘Ibnek Salamun isir sultan warajja, u hu joqgħod fuq it-tron tiegħi minfloki!’ hekk nagħmel illum.”+
31 Imbagħad Bat-seba mielet u nxteħtet wiċċha fl-art+ quddiem is-sultan u qalet: “Ħa jgħix għal dejjem sidi s-Sultan David!”+
32 Minnufih, is-Sultan David qal: “Sejħuli lil Sadok+ il-qassis u lil Natan il-profeta u lil Benaja+ bin Ġeħojada.” U dawn daħlu quddiem is-sultan.
33 U s-sultan qalilhom: “Ħudu magħkom lill-qaddejja+ taʼ sidkom, u rikkbu lil ibni Salamun fuq il-bagħla tiegħi+ u mexxuh u niżżluh sa Giħon.+
34 U Sadok il-qassis u Natan il-profeta għandhom jidilkuh+ hemmhekk bħala sultan fuq Israel; u intom doqqu l-qarn+ u għidu, ‘Ħa jgħix is-Sultan Salamun!’+
35 U itilgħu warajh, u hu jidħol u joqgħod fuq it-tron tiegħi; u hu jkun is-sultan minfloki, u lilu ninkarigah biex ikun mexxej fuq Israel u fuq Ġuda.”
36 Fil-pront Benaja bin Ġeħojada wieġeb lis-sultan u qallu: “Amen!+ Ħa jgħid hekk ukoll Ġeħova l-Alla taʼ sidi s-sultan.+
37 Bħalma Ġeħova kien maʼ sidi s-sultan,+ ħa jkun maʼ Salamun ukoll,+ u ħa jagħmel it-tron tiegħu akbar+ mit-tron taʼ sidi s-Sultan David.”
38 U Sadok+ il-qassis u Natan+ il-profeta u Benaja+ bin Ġeħojada u l-Keretin+ u l-Peletin+ niżlu u rikkbu lil Salamun fuq il-bagħla tas-Sultan David,+ u ħaduh Giħon.+
39 Imbagħad Sadok il-qassis ħa l-qarn taż-żejt+ mit-tinda+ u dilek+ lil Salamun; u bdew idoqqu l-qarn, u l-poplu kollu nfexx jgħid: “Ħa jgħix is-Sultan Salamun!”+
40 Wara dan, il-poplu kollu telaʼ warajh, u n-nies kienu qed idoqqu l-flawti+ u jifirħu b’ferħ kbir,+ tant li l-art+ riedet tinqasam bl-istorbju tagħhom.
41 U Adonija u l-mistidnin kollha taʼ miegħu semgħu dan kollu, hekk kif spiċċaw jieklu.+ Malli Ġowab semaʼ l-ħoss tal-qarn, hu mill-ewwel qal: “Xi jfisser dan l-istorbju u l-għagħa li qamet fil-belt?”+
42 Waqt li kien għadu qed jitkellem, ara, ġie Ġonatan+ bin Abjatar il-qassis. U Adonija qal: “Idħol, għax int raġel qalbieni, u ġġib aħbar tajba.”+
43 Imma Ġonatan wieġeb u qal lil Adonija: “Le! Sidna s-Sultan David għamel lil Salamun sultan.+
44 Għalhekk, is-sultan bagħat miegħu lil Sadok il-qassis u lil Natan il-profeta u lil Benaja bin Ġeħojada u lill-Keretin u l-Peletin, u rikkbuh fuq il-bagħla tas-sultan.+
45 Imbagħad Sadok il-qassis u Natan il-profeta dilkuh bħala sultan+ f’Giħon; wara dan telgħu minn hemm jifirħu, u qamet għagħa fil-belt. Dak kien l-istorbju li smajtu.+
46 Barra minn hekk, Salamun qagħad fuq it-tron tas-saltna.+
47 U, ħaġ’oħra, il-qaddejja tas-sultan daħlu għand sidna s-Sultan David biex jixtiqulu l-ġid, u qalulu, ‘Ħa jagħmel Alla tiegħek isem Salamun iktar glorjuż minn ismek, u ħa jagħmel it-tron tiegħu akbar mit-tron tiegħek!’+ Għal dan, is-sultan miel fuq is-sodda.+
48 U s-sultan qal ukoll, ‘Ikun imbierek+ Ġeħova l-Alla taʼ Israel, li llum għażel wieħed biex joqgħod fuq it-tron tiegħi, u dan qed narah b’għajnejja stess!’”+
49 U l-mistidnin kollha li kienu m’Adonija bdew jitriegħdu u qamu u kull wieħed mar għal triqtu.+
50 U Adonija beda jibżaʼ minħabba Salamun. Għalhekk, qam u telaq u qabad mal-qrun taʼ l-artal.+
51 Fl-aħħar, lil Salamun wasallu rapport jgħid: “Adonija qed jibżaʼ mis-Sultan Salamun; u hu qabad mal-qrun taʼ l-artal, u qed jgħid, ‘Qabel xejn ħa jaħlifli s-Sultan Salamun li ma jagħtix il-mewt lill-qaddej tiegħu bis-sejf.’”
52 Għal dan, Salamun qal: “Jekk isir raġel qalbieni, ma taqagħlux xagħra waħda+ fl-art; imma jekk jinstab fih il-ħażen,+ ikollu jmut.”+
53 U s-Sultan Salamun bagħat għalih u niżżluh mill-artal. Imbagħad daħal u miel quddiem is-Sultan Salamun; u Salamun qallu: “Mur lejn darek.”+