1 Slaten 12:1-33
12 U Reħobogħam+ mar Sikem, għax Israel kollu kien mar Sikem+ biex jagħmlu sultan.
2 U ġara li Ġerobogħam+ bin Nebat semaʼ b’dan waqt li kien għadu l-Eġittu (għax kien ħarab minħabba s-Sultan Salamun, u b’hekk Ġerobogħam kien jgħammar l-Eġittu),+
3 u bagħtu għalih. Imbagħad, Ġerobogħam u l-kongregazzjoni kollha taʼ Israel ġew u bdew ikellmu lil Reħobogħam, u qalulu:+
4 “Missierek, min-naħa tiegħu, għamel il-madmad tagħna iebes, u issa int ħaffef+ is-servizz iebes taʼ missierek u l-madmad tqil+ li qegħdilna fuqna, u aħna naqduk.”+
5 Għal dan, hu qalilhom: “Itilqu u tlett ijiem oħra erġgħu ejjew għandi.”+ Għalhekk, in-nies telqu.
6 U s-Sultan Reħobogħam mar jieħu parir mingħand ix-xjuħ+ li kienu qdew lil missieru Salamun waqt li kien għadu ħaj, u qalilhom: “X’parir tagħtuni? Kif għandi nwieġeb lil dawn in-nies?”+
7 Għaldaqstant, huma qalulu: “Jekk illum trid tkun qaddej taʼ dawn in-nies u taqdihom,+ wiġibhom u kellimhom bil-kelma t-tajba;+ u huma żgur isiru qaddejja tiegħek għal dejjem.”+
8 Madankollu, hu injora l-parir li kienu tawh ix-xjuħ, u mar jieħu parir mingħand iż-żgħażagħ li trabbew miegħu+ u li kienu qed jaqduh.+
9 U qalilhom: “X’parir toffruli?+ Kif inwiġbuhom lil dawn in-nies li kellmuni u qaluli, ‘Ħaffef il-madmad li qegħdilna fuqna missierek’?”+
10 U ż-żgħażagħ li kienu trabbew miegħu qalulu: “Hekk għidilhom+ lil dawn in-nies li kellmuk u qalulek, ‘Missierek, min-naħa tiegħu, għamlilna madmad tqil, imma int ħaffifhulna’; hekk għidilhom, ‘Sebgħi ż-żgħir se jkun eħxen minn ġenbejn missieri.+
11 U issa missieri, min-naħa tiegħu, għabba fuqkom madmad tqil; imma jien se nżid mal-madmad tagħkom.+ Missieri sawwatkom bil-frosti, imma jien insawwatkom bil-frosti bil-ponot.’”+
12 U Ġerobogħam u n-nies kollha ġew għand Reħobogħam fit-tielet jum, bħalma kien qalilhom is-sultan meta qal: “Erġgħu ejjew għandi fit-tielet jum.”+
13 U s-sultan beda jwieġeb lin-nies bl-aħrax,+ u injora l-parir li kienu tawh ix-xjuħ.+
14 U kellimhom skond il-parir taż-żgħażagħ,+ u qalilhom: “Missieri, min-naħa tiegħu, għamlilkom il-madmad tagħkom tqil; imma jien, min-naħa tiegħi, se nżid mal-madmad tagħkom. Missieri sawwatkom bil-frosti, imma jien insawwatkom bil-frosti bil-ponot.”+
15 U s-sultan ma tax widen lin-nies,+ għax il-mod kif żvolġew l-affarijiet kien minn Ġeħova,+ sabiex titwettaq il-kelma+ li Ġeħova qal permezz t’Aħija+ s-Siloni lil Ġerobogħam bin Nebat.
16 Meta Israel kollu ra li s-sultan ma kienx tah widen, in-nies wieġbu lis-sultan: “X’sehem għandna maʼ David?+ M’għandniex wirt maʼ bin Ġesse. Mur lejn allatek,+ O Israel. Issa aħseb għal darek int, O David!”+ U Israel mar lura lejn it-tined tiegħu.
17 U fuq ulied Israel li kienu jgħammru fil-bliet taʼ Ġuda baqaʼ jsaltan Reħobogħam.+
18 Imbagħad is-Sultan Reħobogħam bagħat lil Adoram,+ li kien fuq dawk miktubin għal xogħol forzat,+ imma Israel kollu ħaġġru,+ u miet. U s-Sultan Reħobogħam irnexxielu jitlaʼ fuq il-karru u jaħrab lejn Ġerusalemm.
19 U l-Israelin komplew bl-irvell+ tagħhom kontra d-dar taʼ David sal-ġurnata taʼ llum.+
20 U ġara li malli Israel kollu semaʼ li Ġerobogħam kien ġie lura, huma mill-ewwel bagħtu jsejħulu biex jiġi fil-ġemgħa u għamluh sultan fuq Israel kollu.+ Ħadd ma segwa lid-dar taʼ David ħlief it-tribù taʼ Ġuda.+
21 Meta Reħobogħam wasal Ġerusalemm,+ hu fil-pront laqqaʼ d-dar kollha taʼ Ġuda u t-tribù taʼ Benjamin,+ mija u tmenin elf raġel mill-aqwa li kienu b’saħħithom għall-gwerra, biex jiġġieldu kontra d-dar taʼ Israel, sabiex is-saltna tinġieb lura għand Reħobogħam bin Salamun.
22 Imbagħad il-kelma taʼ l-Alla l-veru ġiet għand Semajja,+ il-bniedem taʼ l-Alla l-veru,+ tgħid:
23 “Għid lil Reħobogħam bin Salamun is-sultan taʼ Ġuda u lid-dar kollha taʼ Ġuda u Benjamin u l-bqija tal-poplu,
24 ‘Hekk qal Ġeħova: “Titilgħux tiġġieldu kontra ħutkom ulied Israel.+ Morru lura, kull wieħed lejn daru, għax kien minni li seħħet din il-ħaġa.”’”+ Għalhekk, huma obdew il-kelma taʼ Ġeħova,+ u marru lura d-dar skond il-kelma taʼ Ġeħova.+
25 U Ġerobogħam bena Sikem+ fir-reġjun muntanjuż t’Efrajm u għammar hemmhekk. Imbagħad, telaq minn hemm u bena Penwel.+
26 U Ġerobogħam beda jgħid f’qalbu:+ “Issa s-saltna terġaʼ lura għand id-dar taʼ David.+
27 Jekk dan il-poplu jibqaʼ jmur joffri sagrifiċċji fid-dar taʼ Ġeħova f’Ġerusalemm,+ qalb dan il-poplu żgur terġaʼ lura lejn sidhom Reħobogħam is-sultan taʼ Ġuda; u lili joqtluni+ u jerġgħu lura għand Reħobogħam is-sultan taʼ Ġuda.”
28 Għaldaqstant, is-sultan ħa parir+ u għamel żewġ għoġiela+ tad-deheb u qal lill-poplu: “Huwa wisq għalikom li titilgħu Ġerusalemm. Hawn hu Alla tiegħek,+ O Israel, li tellgħek u ħarġek mill-art taʼ l-Eġittu.”+
29 Għalhekk, poġġa wieħed f’Betel,+ u l-ieħor f’Dan.+
30 U din il-ħaġa kkaġunat id-dnub,+ u n-nies kienu jmorru ’l bogħod sa Dan biex iqimu l-għoġol.
31 U beda jagħmel santwarju fil-postijiet għall-qima*+ u ħatar qassisin minn fost il-poplu kollu, li ma kinux minn ulied Levi.+
32 U Ġerobogħam għamel festa fit-tmien xahar fil-ħmistax-il jum, bħall-festa li kien hemm f’Ġuda,+ sabiex jagħmel l-offerti fuq l-artal li kien bena f’Betel,+ biex joffri sagrifiċċji lill-għoġiela li kien għamel; u lill-qassisin tal-postijiet għall-qima li kien bena qegħedhom f’Betel biex jaqdu hemmhekk.
33 U beda jagħmel offerti fuq l-artal li kien bena f’Betel fil-ħmistax-il jum tat-tmien xahar, fix-xahar li qabad u għażel minn rajh;+ u għamel festa għal ulied Israel biex joffri fuq l-artal id-duħħan tas-sagrifiċċji.+