1 Slaten 22:1-53

22  U għal tliet snin baqgħu jgħammru mingħajr gwerer bejn is-​Sirja u Israel.  U fit-​tielet sena Ġeħosafat+ is-​sultan taʼ Ġuda niżel għand is-​sultan taʼ Israel.  Imbagħad is-​sultan taʼ Israel qal lill-​qaddejja tiegħu: “Ma tafux li Ramot-gilegħad+ hi tagħna? Iżda xorta qed naħsbuha jekk niħduhiex minn idejn is-​sultan tas-​Sirja.”  U qal lil Ġeħosafat: “Tiġi miegħi niġġieldu f’Ramot-gilegħad?”+ U Ġeħosafat qal lis-​sultan taʼ Israel: “Jien għal miegħek. In-​nies tiegħi għal man-​nies tiegħek.+ Iż-​żwiemel tiegħi għal maż-​żwiemel tiegħek.”  Madankollu, Ġeħosafat żied jgħid lis-​sultan taʼ Israel: “Jekk jogħġbok, qabel xejn staqsi+ x’inhi l-​kelma taʼ Ġeħova.”  Għalhekk, is-​sultan taʼ Israel ġabar lill-​profeti flimkien,+ madwar erbaʼ mitt raġel, u qalilhom: “Għandi jien immur għall-​gwerra kontra Ramot-gilegħad, jew noqgħod lura?” U bdew jgħidulu: “Itlaʼ,+ u Ġeħova jagħtiha f’idejn is-​sultan.”  Imma Ġeħosafat qal: “Hawnhekk m’għadx hawn profeta taʼ Ġeħova? Mela ħa nistaqsu permezz tiegħu.”+  Għal dan, is-​sultan taʼ Israel qal lil Ġeħosafat: “Għad fadal raġel wieħed li permezz tiegħu nistgħu nistaqsu lil Ġeħova;+ imma jien nobogħdu,+ għax hu ma jipprofetizzax affarijiet tajbin dwari imma ħżiena+—Mikaja bin Imla.” Madankollu, Ġeħosafat qal: “Ħa ma jgħidx ħaġa bħal din is-​sultan.”+  Għaldaqstant, is-​sultan taʼ Israel sejjaħ lil ċertu uffiċjal tal-​palazz+ u qallu: “Ġib malajr lil Mikaja bin Imla.”+ 10  Issa s-​sultan taʼ Israel u Ġeħosafat is-​sultan taʼ Ġuda kienu bil-​qiegħda kull wieħed fuq it-​tron tiegħu, lebsin ilbies irjali,+ fil-​qiegħa tad-​dris fid-​daħla tal-​bieb tas-​Samarija; u l-​profeti kollha kienu qed jaġixxu bħala profeti quddiemhom.+ 11  Imbagħad Sedekija bin Kengħana għamel qrun tal-​ħadid u qal: “Hekk qal Ġeħova,+ ‘B’dawn se timbotta lis-​Sirjani sakemm teqridhom għalkollox.’”+ 12  U l-​profeti l-​oħrajn kollha bdew jipprofetizzaw bħalu, u jgħidu: “Itlaʼ Ramot-gilegħad u tirnexxi; u Ġeħova żgur jagħtiha f’idejn is-​sultan.”+ 13  U l-​messaġġier li kien mar isejjaħ lil Mikaja qallu: “Ara! Il-​profeti kollha qed jgħidu li s-​sultan se jaħbatlu tajjeb. Ħa tkun kelmtek, jekk jogħġbok, bħall-​kelma taʼ wieħed minnhom, u tkellem it-​tajjeb.”+ 14  Imma Mikaja qal: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova,+ dak li jgħidli Ġeħova, dak se ngħid.”+ 15  Imbagħad daħal għand is-​sultan, u s-​sultan qallu: “Mikaja, immorru Ramot-gilegħad għall-​gwerra, jew noqogħdu lura?” Minnufih qallu: “Itlaʼ u tirnexxi; u Ġeħova jagħtiha f’idejn is-​sultan.”+ 16  Għal dan, is-​sultan qallu: “Kemm-il darba rrid inġiegħlek taħlef li m’għandek tgħidli xejn ħlief il-​verità f’isem Ġeħova?”+ 17  Għalhekk qallu: “Li qed nara żgur hu lill-​Israelin kollha mxerrdin+ fuq il-​muntanji, bħal nagħaġ mingħajr ragħaj.+ U Ġeħova qal: ‘Dawn m’għandhomx sidien. Ħallihom imorru lura kull wieħed lejn daru fis-​sliem.’”+ 18  Imbagħad is-​sultan taʼ Israel qal lil Ġeħosafat: “M’għedtlekx jien, ‘Se jipprofetizza dwari affarijiet ħżiena, mhux tajbin’?”+ 19  U ssokta jgħid: “Għaldaqstant ismaʼ l-​kelma taʼ Ġeħova:+ Li qed nara żgur hu lil Ġeħova bil-​qiegħda fuq it-​tron tiegħu+ u l-​armata kollha tas-​smewwiet wieqfa ħdejh, fuq il-​lemin u fuq ix-​xellug tiegħu.+ 20  U Ġeħova qal, ‘Min se jidħaq b’Aħab, sabiex jitlaʼ u jaqaʼ f’Ramot-gilegħad?’ U min beda jgħid ħaġa, u min beda jgħid oħra.+ 21  Fl-aħħar, spirtu+ minnhom ħareġ u waqaf quddiem Ġeħova u qal, ‘Jien nidħaq bih.’ U Ġeħova qallu, ‘Kif?’+ 22  U dak qallu, ‘Immur u nsir spirtu qarrieq f’fomm il-​profeti kollha tiegħu.’+ Għalhekk, qal, ‘Se tidħaq bih, u iktar minn hekk, se tirbaħ.+ Mur u agħmel hekk.’+ 23  U issa Ġeħova qiegħed spirtu qarrieq f’fomm dawn il-​profeti tiegħek kollha;+ imma Ġeħova ddikjara gwaj dwarek.”+ 24  Issa Sedekija bin Kengħana resaq u ta daqqa taʼ ħarta lil Mikaja+ u qallu: “Eżattament minfejn għadda l-​ispirtu taʼ Ġeħova mingħandi biex jitkellem miegħek?”+ 25  U Mikaja qallu: “Ara! Dakinhar li tidħol fil-​kamra taʼ ġewwanett+ biex tinħeba se tara minfejn.”+ 26  Imbagħad is-​sultan taʼ Israel qal: “Ħu lil Mikaja u agħtih lura lil Amon il-​kap tal-​belt u lil Ġowas bin is-​sultan.+ 27  U għidilhom, ‘Hekk qal is-​sultan:+ “Lil dan itfgħuh il-​ħabs+ u agħtuh jiekol porzjon iżgħar taʼ ħobż+ u naqqsulu l-​porzjon taʼ l-​ilma sakemm niġi fis-​sliem.”’”+ 28  Għal dan, Mikaja qal: “Jekk tassew terġaʼ lura fis-​sliem, Ġeħova ma kellimnix.”+ U żied: “Isimgħu, O popli kollha.”+ 29  U s-​sultan taʼ Israel u Ġeħosafat is-​sultan taʼ Ġuda telgħu Ramot-gilegħad.+ 30  Issa s-​sultan taʼ Israel qal lil Ġeħosafat: “Jien se nilbes b’mod li ma nintgħarafx+ u nidħol fil-​battalja,+ imma int ilbes ħwejġek.”+ Għaldaqstant, is-​sultan taʼ Israel biddel u daħal fil-​battalja.+ 31  Min-naħa tiegħu, is-​sultan tas-​Sirja kien ikkmanda lit-​tnejn u tletin kap+ tal-​karrijiet tiegħu: “Tiġġildux maż-​żgħir u lanqas mal-​kbir, imma mas-​sultan taʼ Israel biss.”+ 32  U ġara li, malli l-​kapijiet tal-​karrijiet raw lil Ġeħosafat, huma qalu bejnhom u bejn ruħhom: “Dan żgur huwa s-​sultan taʼ Israel.”+ Għalhekk, daru għalih biex jiġġildulu; u Ġeħosafat beda jgħajjat għall-​għajnuna.+ 33  Hekk kif il-​kapijiet tal-​karrijiet raw li ma kienx is-​sultan taʼ Israel, minnufih telqu minn warajh.+ 34  U kien hemm raġel li ġibed il-​qaws bla ħsieb taʼ xejn, u laqat lis-​sultan taʼ Israel bejn il-​kurazza u partijiet oħrajn taʼ l-​armatura, u għalhekk dan qal lis-​sewwieq tal-​karru tiegħu:+ “Dawwar u oħroġni mill-​kamp, għax ġejt ferut serjament.” 35  U l-​battalja baqgħet tiħrax dakinhar, u s-​sultan kellu jinżamm wieqaf fil-​karru faċċata tas-​Sirjani, u sa fil-​għaxija miet;+ u d-​demm mill-​ferita baqaʼ jċarċar ġol-​karru tal-​gwerra.+ 36  U madwar inżul ix-​xemx bdiet għaddejja mal-​kamp l-​għajta qawwija: “Kulħadd lejn beltu, u kulħadd lejn artu!”+ 37  Hekk miet is-​sultan. Imbagħad ġabuh fis-​Samarija, u difnuh fis-​Samarija.+ 38  U ħaslu l-​karru tal-​gwerra ħdejn l-​għadira tas-​Samarija u l-​klieb bdew jilagħqu d-​demm tiegħu+ (u l-​prostituti kienu jinħaslu hemmhekk), skond il-​kelma li kien qal Ġeħova.+ 39  U l-​bqija tal-​ġrajjiet t’Aħab u kulma għamel u d-​dar taʼ l-​avorju+ li bena u l-​bliet kollha li bena, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-​ġrajjiet taʼ żmien is-​slaten taʼ Israel? 40  Fl-aħħar, Aħab imtedd maʼ missirijietu;+ u ibnu Aħażija+ beda jsaltan minfloku. 41  U Ġeħosafat+ bin Asa kien sar sultan fuq Ġuda fir-​rabaʼ sena t’Aħab is-​sultan taʼ Israel. 42  Ħamsa u tletin sena kellu Ġeħosafat meta beda jsaltan, u dam isaltan ħamsa u għoxrin sena f’Ġerusalemm; u ommu kien jisimha Għażuba bint Silħi. 43  U baqaʼ miexi fit-​triq kollha t’Asa missieru. Ma warrabx minnha, billi għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova.+ Biss il-​postijiet għall-​qima* ma tneħħewx. In-​nies kienu għadhom joffru s-​sagrifiċċji u d-​duħħan tas-​sagrifiċċji fil-​postijiet għall-​qima.+ 44  U Ġeħosafat baqaʼ fil-​paċi mas-​sultan taʼ Israel.+ 45  U l-​bqija tal-​ġrajjiet taʼ Ġeħosafat u l-​atti setgħanin tiegħu u kif iggwerra, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-​ġrajjiet taʼ żmien is-​slaten taʼ Ġuda? 46  U l-​bqija tal-​prostituti rġiel+ tat-​tempju li kien fadal minn żmien Asa missieru, hu neħħiehom mill-​pajjiż.+ 47  U f’Edom ma kienx hemm sultan;+ kien jaħkem deputat.+ 48  U Ġeħosafat, min-​naħa tiegħu, għamel bastimenti taʼ Tarsis+ biex imorru Ofir għad-​deheb; imma ma marrux għax tfarrku f’Għesjon-geber.+ 49  Kien imbagħad li Aħażija bin Aħab qal lil Ġeħosafat: “Ħalli lill-​qaddejja tiegħi jmorru mal-​qaddejja tiegħek fuq il-​bastimenti,” imma Ġeħosafat ma qabilx.+ 50  Fl-aħħar, Ġeħosafat imtedd maʼ missirijietu+ u ndifen maʼ missirijietu fil-​Belt taʼ David+ missieru; u ibnu Ġeħoram+ beda jsaltan minfloku. 51  U Aħażija+ bin Aħab sar sultan fuq Israel fis-​Samarija fis-​sena sbatax taʼ Ġeħosafat is-​sultan taʼ Ġuda, u dam isaltan sentejn fuq Israel. 52  U kompla jagħmel dak+ li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova u baqaʼ miexi fit-​triq taʼ missieru+ u fit-​triq t’ommu+ u fit-​triq taʼ Ġerobogħam+ bin Nebat, li kien ġiegħel lil Israel jidneb.+ 53  U kompla jaqdi lil Bagħal+ u jmil quddiemu u baqaʼ joffendi+ lil Ġeħova l-​Alla taʼ Israel skond kulma kien għamel missieru.

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-​għoli.” Ara Le 26:30, in-​nota taʼ taħt.