1 Slaten 6:1-38
6 U ġara fis-sena erbaʼ mija u tmenin wara li wlied Israel ħarġu mill-art taʼ l-Eġittu,+ fir-rabaʼ sena,+ fix-xahar taʼ Żiw,+ jiġifieri, it-tieni xahar,+ wara li Salamun sar sultan fuq Israel, illi hu beda jibni d-dar taʼ Ġeħova.+
2 U d-dar li s-Sultan Salamun bena+ lil Ġeħova kienet twila sittin kubitu,+ wiesgħa għoxrin, u għolja tletin kubitu.+
3 U l-loġġa+ quddiem it-tempju tad-dar kienet twila għoxrin kubitu, quddiem il-wisaʼ tad-dar. Il-fond tagħha kien għaxar kubiti, quddiem id-dar.
4 U għad-dar għamel twieqi b’fetħa li tidjieq.+
5 Iżjed minn hekk, mal-ħajt tad-dar tellaʼ bini fil-ġenb dawramejt, mal-ħitan tad-dar madwar it-tempju u l-kamra taʼ ġewwanett,+ u għamel kmamar fil-ġnub+ dawramejt.
6 Il-kamra tal-ġenb fil-pjan t’isfelnett kienet wiesgħa ħames kubiti, u dik fil-pjan tan-nofs kienet wiesgħa sitt kubiti, u tat-tielet pjan kienet wiesgħa sebaʼ kubiti; għax il-ħitan taʼ barra tad-dar għamilhom imtarrġin+ mad-dawra kollha, sabiex il-ħitan tad-dar ma jiġux minfudin.+
7 U hi u tinbena, id-dar kienet qed tinbena bil-ġebel tal-barriera+ diġà lest; u ma kinux jinstemgħu mrietel u mnanar u għodod tal-ħadid fid-dar+ waqt li kienet qed tinbena.
8 Id-daħla+ għall-kamra tal-ġenb t’isfelnett kienet fuq in-naħa tal-lemin tad-dar, u b’garigor kienu jitilgħu għal tan-nofs, u minn tan-nofs għat-tielet waħda.
9 U kompla jibni d-dar sabiex ilestiha,+ u minn ġewwa d-dar ksieha bit-travi u b’ringieli taʼ l-injam taċ-ċedru.+
10 Iktar minn hekk, il-kmamar tal-ġenb+ li kienu mal-ħitan tad-dar kollha bniehom għoljin ħames kubiti, u dawn kienu jżommu mad-dar bi travi+ taċ-ċedru.
11 Sadanittant, il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Salamun,+ tgħid:+
12 “Rigward din id-dar li qed tibni, jekk timxi maʼ l-istatuti tiegħi+ u twettaq id-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi+ u tħares il-kmandamenti kollha tiegħi billi timxi magħhom,+ jien ukoll inwettaq miegħek il-kelma tiegħi li għedt lil David missierek;+
13 u ngħammar f’nofs ulied Israel,+ u ma nitlaqx lill-poplu tiegħi Israel.”+
14 U Salamun kompla jibni d-dar sabiex ilestiha.+
15 U bena l-ħitan tad-dar fuq ġewwa bi twavel taċ-ċedru. Mill-art tad-dar sat-travi tas-saqaf ksieh bl-injam fuq ġewwa; u kesa l-art tad-dar bi twavel tal-ġnibru.+
16 Iżjed minn hekk, bena parti t’għoxrin kubitu fuq in-naħa taʼ wara tad-dar bi twavel taċ-ċedru, mill-art sat-travi, u fid-dar bena l-kamra taʼ ġewwanett,+ l-Iktar Qaddis.+
17 U d-dar kienet erbgħin kubitu, jiġifieri, it-tempju+ fuq quddiem.+
18 U l-injam taċ-ċedru fid-dar fuq ġewwa kien minqux b’ornamenti għamla taʼ qargħa*+ u girlandi tal-ward.+ Kullimkien kien injam taċ-ċedru; il-ġebla ma kinitx tidher.
19 U ħejja l-kamra taʼ ġewwanett+ fid-dar, biex hemmhekk iqiegħed l-arka+ tal-patt+ taʼ Ġeħova.
20 U l-kamra taʼ ġewwanett kienet twila għoxrin kubitu, wiesgħa għoxrin kubitu,+ u għolja għoxrin kubitu; u ksieha bid-deheb pur,+ u kesa l-artal+ bl-injam taċ-ċedru.
21 U Salamun kesa+ d-dar minn ġewwa bid-deheb pur,+ u għamel xogħol taʼ ktajjen+ tad-deheb għaddej quddiem il-kamra taʼ ġewwanett,+ u din ksieha bid-deheb.
22 U d-dar kollha kemm hi ksieha bid-deheb,+ sakemm id-dar kollha kienet lesta; u l-artal+ li kien lejn il-kamra taʼ ġewwanett ksieh kollu bid-deheb.+
23 Iżjed minn hekk, fil-kamra taʼ ġewwanett għamel żewġ kerubini+ mill-injam tas-siġra żejtnija, kull wieħed għoli għaxar kubiti.+
24 U ġewnaħ wieħed tal-kerubin kien ħames kubiti, u l-ġewnaħ l-ieħor tal-kerubin kien ħames kubiti. Għaxar kubiti kien hemm mit-tarf taʼ ġewnaħ wieħed sat-tarf tal-ġewnaħ l-ieħor tiegħu.+
25 U t-tieni kerubin kien għaxar kubiti. Iż-żewġ kerubini kienu taʼ l-istess qjies u taʼ l-istess għamla.
26 L-għoli taʼ kerubin wieħed kien għaxar kubiti, u daqshekk ukoll kien l-għoli tal-kerubin l-ieħor.
27 Imbagħad poġġa l-kerubini fid-dar taʼ ġewwa, u ġwinħajn il-kerubini kienu mifruxin.+ B’hekk, il-ġewnaħ taʼ wieħed kien jilħaq il-ħajt u l-ġewnaħ tal-kerubin l-ieħor kien jilħaq il-ħajt l-ieħor; u ġwinħajhom kienu lejn nofs id-dar, imissu ġewnaħ maʼ ġewnaħ.+
28 Iktar minn hekk, hu kesa l-kerubini bid-deheb.+
29 U l-ħitan kollha tad-dar dawramejt naqqaxhom b’tinqix taʼ kerubini+ u taʼ siġar tal-palm+ u taʼ ward,+ kemm il-kamra taʼ ġewwa u kemm taʼ barra;
30 u l-art+ tad-dar ksieha bid-deheb, kemm il-kamra taʼ ġewwa u kemm taʼ barra.
31 U d-daħla għall-kamra taʼ ġewwanett għamlilha bibien+ mill-injam tas-siġra żejtnija:+ pilastri tal-ġnub, koxox tal-bibien u parti minn ħamsa.
32 U ż-żewġ bibien kienu mill-injam tas-siġra żejtnija, u naqqax fuqhom kerubini u siġar tal-palm u ward, u ksiehom bid-deheb; u xerred id-deheb fuq il-kerubini u s-siġar tal-palm minquxin.
33 U l-koxox kwadri tal-bieb taʼ l-injam tas-siġra żejtnija għad-daħla tat-tempju għamilhom bl-istess mod.
34 U ż-żewġ bibien kienu taʼ l-injam tal-ġnibru.+ Bieb minnhom kellu żewġ bibien jintlewew fi tnejn billi jduru fuq il-pernijiet, u l-bieb l-ieħor ukoll kellu żewġ bibien jintlewew fi tnejn billi jduru fuq il-pernijiet.+
35 U naqqax kerubini u siġar tal-palm u ward, u dawn ir-rappreżentazzjonijiet ksiehom bil-folji tad-deheb.+
36 U bena l-ħajt tal-bitħa taʼ ġewwa+ bi tliet filati+ ġebel minġur u filata travi taċ-ċedru.
37 Fir-rabaʼ sena d-dar taʼ Ġeħova kellha l-pedament+ imqiegħed, fix-xahar qamri taʼ Żiw;+
38 u fis-sena ħdax, fix-xahar qamri taʼ Bul, jiġifieri, fit-tmien xahar, id-dar tlestiet+ bid-dettalji kollha tagħha u skond il-pjanta kollha tagħha;+ u għalhekk dam jibniha sebaʼ snin.
Noti taʼ taħt
^ Frotta tonda u żgħira, x’aktarx mill-istess familja tad-dulliegħ.