1 Slaten 8:1-66
8 Dak iż-żmien Salamun+ laqqaʼ+ lix-xjuħ+ taʼ Israel, il-kapijiet kollha tat-tribujiet,+ il-kapijiet ewlenin tal-missirijiet,+ taʼ wlied Israel, mas-Sultan Salamun f’Ġerusalemm, biex itellaʼ l-arka tal-patt+ taʼ Ġeħova mill-Belt taʼ David,+ jiġifieri, Sijon.+
2 Għalhekk, l-irġiel kollha taʼ Israel iltaqgħu għand is-Sultan Salamun fix-xahar qamri t’Etanim fil-festa,+ jiġifieri, fis-sebaʼ xahar.+
3 Ġew ix-xjuħ kollha taʼ Israel, u l-qassisin bdew iġorru+ l-Arka.+
4 U tellgħu l-arka taʼ Ġeħova u t-tinda+ tal-laqgħa+ u l-għodod imqaddsin kollha li kien hemm fit-tinda; il-qassisin u l-Leviti+ tellgħuhom.+
5 U s-Sultan Salamun u miegħu l-ġemgħa kollha taʼ Israel, dawk li żammew l-appuntament miegħu, kienu quddiem l-Arka, joffru sagrifiċċji+ taʼ nagħaġ u baqar li ma setgħux jitqiesu jew jingħaddu daqskemm kienu kotrana.+
6 Imbagħad il-qassisin daħħlu l-arka+ tal-patt taʼ Ġeħova f’postha,+ fil-kamra taʼ ġewwanett tad-dar, l-Iktar Qaddis, taħt ġwinħajn il-kerubini.+
7 Għax il-kerubini kellhom ġwinħajhom mifruxin fuq il-post fejn kienet l-Arka, u b’hekk il-kerubini żammew l-Arka u l-lasti tagħha mgħottijin minn fuq.+
8 Imma l-lasti+ kienu twal, u b’hekk it-truf tal-lasti setgħu jidhru mill-Qaddis quddiem il-kamra taʼ ġewwanett, imma ma kinux jidhru minn barra. U hemmhekk għadhom sa dan il-jum.+
9 Ma kien hemm xejn fl-Arka ħlief iż-żewġ twavel tal-ġebel+ li Mosè qiegħed+ hemmhekk fil-Ħoreb, meta Ġeħova għamel patt+ maʼ wlied Israel waqt li kienu ħerġin mill-art taʼ l-Eġittu.+
10 U ġara li meta l-qassisin ħarġu mill-post qaddis, is-sħaba+ mliet id-dar taʼ Ġeħova.
11 U l-qassisin+ ma setgħux jieqfu hemmhekk biex jaqdu+ minħabba s-sħaba, għax il-glorja+ taʼ Ġeħova mliet id-dar taʼ Ġeħova.+
12 Imbagħad Salamun qal: “Ġeħova nnifsu qal li kellu jgħammar fid-dalma ħoxna.+
13 Jien irnexxieli nibnilek dar bħala post eżaltat fejn toqgħod,+ post stabbilit+ biex tgħammar fih għal żmien indefinit.”+
14 U s-sultan dawwar wiċċu lejn il-kongregazzjoni kollha taʼ Israel u beda jberikha,+ waqt li l-kongregazzjoni kollha taʼ Israel kienet bil-wieqfa.
15 U kompla jgħid: “Imbierek Ġeħova+ l-Alla taʼ Israel, li tkellem b’fommu maʼ David+ missieri u ġab it-twettiq b’idu stess,+ meta qal,
16 ‘Minn dakinhar li ħriġt lill-poplu tiegħi Israel mill-Eġittu m’għażiltx+ belt mit-tribujiet kollha taʼ Israel biex nibni dar+ għal ismi+ ħalli jibqaʼ hemmhekk; imma se nagħżel lil David biex ikun fuq il-poplu tiegħi Israel.’+
17 U David missieri xtaq minn qalbu li jibni dar għal isem Ġeħova l-Alla taʼ Israel.+
18 Imma Ġeħova qal lil David missieri, ‘Talli xtaqt minn qalbek li tibni dar għal ismi, int għamilt tajjeb, għax dan xtaqtu minn qalbek.+
19 Biss mhux int tibni d-dar, imma ibnek li se jitnissel minnek* hu l-wieħed li jibni d-dar għal ismi.’+
20 U Ġeħova wettaq il-kelma+ li qal, sabiex jien inqum minflok David missieri u noqgħod fuq it-tron taʼ Israel,+ bħalma kien qal Ġeħova, u nibni d-dar għal isem Ġeħova l-Alla taʼ Israel,+
21 u nsib post hemmhekk għall-Arka fejn hemm il-patt+ taʼ Ġeħova li hu għamel maʼ missirijietna meta kien qed joħroġhom mill-art taʼ l-Eġittu.”
22 U Salamun qagħad bil-wieqfa quddiem l-artal+ taʼ Ġeħova, quddiem il-kongregazzjoni kollha taʼ Israel, u mbagħad fetaħ idejh lejn is-smewwiet;+
23 u qal: “O Ġeħova l-Alla taʼ Israel,+ m’hemmx Alla bħalek+ fis-smewwiet hemm fuq jew fl-art hawn taħt, int li tħares il-patt u l-qalb tajba bl-imħabba+ mal-qaddejja tiegħek+ li mexjin quddiemek b’qalbhom kollha,+
24 int li żammejt il-wegħda li għamilt lill-qaddej tiegħek David missieri, u b’hekk il-wegħda għamiltha b’fommok, u wettaqtha b’idek, kif inhu llum.+
25 U issa, O Ġeħova l-Alla taʼ Israel, żomm il-wegħda li għamilt lill-qaddej tiegħek David missieri, meta għedt, ‘Ma jonqosx li jkun hemm raġel minn nislek quddiemi biex joqgħod fuq it-tron taʼ Israel,+ sakemm uliedek joqogħdu attenti għal triqithom billi jimxu quddiemi bħalma mxejt quddiemi int.’
26 U issa, O Alla taʼ Israel, ħalli l-wegħda+ li wegħedt lill-qaddej tiegħek David missieri tkun taʼ min jafdaha, jekk jogħġbok.
27 “Imma tassew li Alla se jgħammar fuq l-art?+ Ara! Is-smewwiet+ infushom, iva, is-sema tas-smewwiet,+ ma jesgħukx;+ kemm inqas, mela, din id-dar+ li bnejt jien!
28 Dur lejn it-talba tal-qaddej tiegħek u lejn is-supplika* tiegħu+ għall-ħniena,+ O Ġeħova Alla tiegħi, biex tismaʼ l-għajta bil-ħrara u t-talba li biha l-qaddej tiegħek qed jitlob quddiemek illum;+
29 sabiex għajnejk ikunu miftuħin+ fuq din id-dar lejl u nhar, fuq il-post li dwaru int għedt, ‘Ismi se jkun hemmhekk,’+ biex tismaʼ t-talba li biha l-qaddej tiegħek jitlob lejn dan il-post.+
30 U ismaʼ s-supplika għall-ħniena+ min-naħa tal-qaddej tiegħek u tal-poplu tiegħek Israel li biha jitolbu lejn dan il-post; u jalla tismaʼ fil-post fejn tgħammar, fis-smewwiet,+ u tismaʼ u taħfer.+
31 “Meta raġel jidneb kontra għajru,+ u dan jisħtu b’saħta biex iġibu taħt il-piena tas-saħta,+ u hu jiġi b’dik is-saħta quddiem l-artal tiegħek f’din id-dar,
32 ismaʼ mis-smewwiet, u aġixxi u ġġudika lill-qaddejja tiegħek billi lill-bniedem mill-agħar tiddikjarah mill-agħar u tħallsu t’għemilu,+ u billi lill-ġust tiddikjarah ġust+ u troddlu skond is-sewwa tiegħu.+
33 “Meta l-poplu tiegħek Israel jisfa megħlub quddiem l-għadu+ għax ikun baqaʼ jidneb kontrik,+ u n-nies jerġgħu lura għandek+ u jfaħħru lil ismek+ u jitolbuk+ u jissupplikawk għall-ħniena f’din id-dar,+
34 ismaʼ mis-smewwiet, u aħfer id-dnub tal-poplu tiegħek Israel+ u ġibhom lura+ fl-art li tajt lil missirijiethom.+
35 “Meta s-sema jingħalaq u ma tagħmilx xita,+ għax ikunu baqgħu jidinbu+ kontrik, u huma jitolbu lejn dan il-post+ u jfaħħru lil ismek u jduru lura minn dnubhom, għax tkun għakkisthom,+
36 ismaʼ int mis-smewwiet, u aħfer id-dnub tal-qaddejja tiegħek, iva, tal-poplu tiegħek Israel, għax int tgħallimhom+ it-triq it-tajba li għandhom jimxu fiha;+ u ibgħat ix-xita+ fuq l-art li int tajt lill-poplu tiegħek bħala wirt.
37 “Jekk jaqaʼ l-ġuħ+ fil-pajjiż, jekk titfaċċa xi pesta,+ jekk l-uċuħ tar-rabaʼ jitħassru bir-riħ jaħraq, jekk ikun hemm il-moffa,+ il-ġurati,+ il-wirdien;+ jekk l-għadu tagħhom jassedjahom ġewwa bliethom—kull xorta taʼ kastig, kull xorta taʼ mard—
38 kwalunkwe talba,+ kwalunkwe supplika għall-ħniena+ li ssir min-naħa taʼ xi raġel jew tal-poplu kollu tiegħek Israel,+ għax kull wieħed jaf l-uġigħ taʼ qalbu,+ u jiftaħ idejh lejn din id-dar,+
39 ismaʼ int mis-smewwiet,+ il-post stabbilit fejn tgħammar,+ u aħfer+ u aġixxi+ u agħti lil kull wieħed skond triqatu kollha,+ għax int taf lil qalbu+ (għax int biss taf tajjeb qalb ulied il-bnedmin kollha);+
40 sabiex huma jibżgħu+ minnek il-jiem kollha li jibqgħu ħajjin fuq wiċċ l-art li tajt lil missirijietna.+
41 “Kif ukoll lill-barrani,+ li m’huwiex parti mill-poplu tiegħek Israel u li jiġi minn art imbiegħda minħabba ismek+
42 (għax se jisimgħu dwar ismek il-kbir+ u dwar idek b’saħħitha+ u dwar driegħek maħruġ ’il barra), u jiġi u jitlob lejn din id-dar,+
43 isimgħu mis-smewwiet, il-post stabbilit fejn tgħammar,+ u agħmel skond dak kollu li jsejjaħlek għalih il-barrani;+ sabiex il-popli kollha taʼ l-art isiru jafu lil ismek,+ u b’hekk jibżgħu minnek bħalma jagħmel il-poplu tiegħek Israel u jkunu jafu li ismek stess ġie msejjaħ fuq din id-dar li bnejt jien.+
44 “Jekk in-nies tiegħek joħorġu għall-gwerra+ kontra l-għadu tagħhom fit-triq li tibgħathom int,+ u huma jitolbu+ lil Ġeħova fid-direzzjoni tal-belt li int għażilt+ u d-dar li jien bnejt għal ismek,+
45 ismaʼ wkoll mis-smewwiet it-talba tagħhom u s-supplika tagħhom għall-ħniena, u wettaq il-ġudizzju għalihom.+
46 “Jekk jidinbu kontrik+ (għax m’hemm ebda bniedem li ma jidnibx),+ u int tagħdab għalihom u tabbandunahom f’idejn l-għadu, u dawk li jaqbduhom jiħduhom fil-jasar lejn il-pajjiż taʼ l-għadu fil-bogħod jew fil-viċin;+
47 u huma jiġu f’sensihom fil-pajjiż fejn ikunu ttieħdu lsiera,+ u jerġgħu lura+ u jissupplikawk+ għall-ħniena fil-pajjiż taʼ dawk li qabduhom,+ billi jgħidu, ‘Dnibna+ u żbaljajna,+ aġixxejna bil-ħażen’;+
48 u jerġgħu lura lejk b’qalbhom kollha+ u b’ruħhom kollha waqt li jkunu fil-pajjiż taʼ l-għedewwa tagħhom li ħaduhom fil-jasar, u jitolbuk fid-direzzjoni t’arthom li int tajt lil missirijiethom, il-belt li int għażilt u d-dar li jien bnejt għal ismek;+
49 ismaʼ int mis-smewwiet, il-post stabbilit fejn tgħammar,+ it-talba tagħhom u s-supplika tagħhom għall-ħniena, u wettaq il-ġudizzju għalihom,+
50 u aħfer+ lin-nies tiegħek li kienu dinbu+ kontrik u n-nuqqasijiet kollha tagħhom+ li naqsuk bihom;+ u qanqal lil dawk li qabduhom biex jitħassruhom+ u dawn jitħassruhom
51 (għax huma l-poplu tiegħek u wirtek,+ li int ħriġt mill-Eġittu,+ mill-forn tal-ħadid),+
52 sabiex għajnejk ikunu miftuħin lejn is-supplika għall-ħniena tal-qaddej tiegħek u lejn is-supplika għall-ħniena+ tal-poplu tiegħek Israel, billi tismagħhom f’kulma jitolbuk.+
53 Għax mill-popli kollha taʼ l-art+ int lilhom warrabt apparti bħala wirtek, bħalma għedt permezz taʼ Mosè+ l-qaddej tiegħek meta kont qed toħroġ lil missirijietna mill-Eġittu, O Mulej Sovran Ġeħova.”
54 U ġara li malli Salamun spiċċa jitlob lil Ġeħova b’din it-talba kollha u s-supplika għall-ħniena, hu qam minn quddiem l-artal taʼ Ġeħova, fejn kien għarkopptejh+ b’idejh miftuħin lejn is-smewwiet;+
55 u qam bil-wieqfa+ u bierek+ lill-kongregazzjoni kollha taʼ Israel b’leħen għoli, billi qal:
56 “Ikun imbierek Ġeħova,+ li ta post taʼ mistrieħ lill-poplu tiegħu Israel skond kulma wiegħed.+ Ma naqsitx kelma waħda+ mill-wegħda tajba kollha li wiegħed permezz tal-qaddej tiegħu Mosè.+
57 Ħa jkun magħna Ġeħova Alla tagħna+ bħalma kien maʼ missirijietna.+ Ħalli qatt ma jitlaqna jew jabbandunana,+
58 u b’hekk immejlu qalbna+ lejh biex nimxu fi triqatu kollha+ u nħarsu l-kmandamenti+ u r-regolamenti+ u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħu,+ li kkmanda lil missirijietna.
59 U ħa jkun kliemi, li bih issupplikajt lil Ġeħova għall-ħniena, qrib+ Ġeħova Alla tagħna bil-lejl u bi nhar sabiex hu jwettaq il-ġudizzju għall-qaddej tiegħu u l-ġudizzju għall-poplu tiegħu Israel skond ma jkun jinħtieġ jum+ wara l-ieħor;
60 sabiex il-popli kollha taʼ l-art ikunu jafu+ li Ġeħova hu l-Alla l-veru.+ M’hemmx ħliefu.+
61 U qalbkom trid tkun sħiħa+ maʼ Ġeħova Alla tagħna billi timxu mar-regolamenti tiegħu u tħarsu l-kmandamenti tiegħu kif inhu llum.”
62 U s-sultan u Israel kollu miegħu offrew sagrifiċċju grandjuż quddiem Ġeħova.+
63 U Salamun offra s-sagrifiċċji taʼ sħubija+ li kellu joffri lil Ġeħova, tnejn u għoxrin elf baqra u mija u għoxrin elf nagħġa,+ sabiex is-sultan u wlied Israel kollha jkunu jistgħu jinawguraw+ id-dar taʼ Ġeħova.
64 Dakinhar is-sultan kellu jqaddes il-parti tan-nofs tal-bitħa li tinsab quddiem id-dar taʼ Ġeħova,+ għax is-sagrifiċċju tal-ħruq u l-offerta tal-qmuħ u l-biċċiet tax-xaħam tas-sagrifiċċji taʼ sħubija kellu joffrihom hemmhekk, peress li l-artal tar-ram aħmar+ li jinsab quddiem Ġeħova kien żgħir wisq biex jesaʼ s-sagrifiċċju tal-ħruq u l-offerta tal-qmuħ u l-biċċiet tax-xaħam+ tas-sagrifiċċji taʼ sħubija.
65 U f’dik l-okkażjoni Salamun kompla bil-festa,+ u Israel kollu miegħu, kongregazzjoni kbira+ li ġiet mid-daħla taʼ Ħamat+ u sa mill-wied* taʼ l-Eġittu,+ quddiem Ġeħova Alla tagħna sebat ijiem u sebat ijiem oħra,+ erbatax-il jum.
66 Fit-tmien jum bagħat lin-nies;+ u dawn bierku lis-sultan u marru lura d-dar, jithennew+ u jħossuhom ferħanin f’qalbhom+ minħabba t-tjubija kollha+ li Ġeħova wera mal-qaddej tiegħu David u mal-poplu tiegħu Israel.
Noti taʼ taħt
^ Jew, “it-talba bil-ħerqa.”