2 Slaten 24:1-20

24  Fi żmienu ġie Nebukadnessar+ is-​sultan taʼ Babilonja, u Ġeħojakim sar qaddej tiegħu+ għal tliet snin. Imma mbagħad dan dar u rribella kontrih.  U Ġeħova beda jibgħat kontrih qtajjaʼ taʼ ħallelin Kaldin+ u qtajjaʼ taʼ ħallelin Sirjani u qtajjaʼ taʼ ħallelin Mowabin+ u qtajjaʼ taʼ ħallelin minn ulied Għammon, u baqaʼ jibgħathom kontra Ġuda biex jeqirdu, skond il-​kelma+ li Ġeħova kien qal permezz tal-​qaddejja tiegħu l-​profeti.  Kien biss bl-​ordni taʼ Ġeħova li dan seħħ kontra Ġuda, biex ineħħih+ minn quddiem wiċċu minħabba d-​dnubiet taʼ Manasse+ għal kulma kien għamel;  kif ukoll għad-​demm innoċenti+ li kien xerred, u b’hekk mela lil Ġerusalemm b’demm innoċenti, u Ġeħova ma riedx jaħfer.+  U l-​bqija tal-​ġrajjiet taʼ Ġeħojakim+ u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-​ġrajjiet taʼ żmien is-​slaten taʼ Ġuda?  Fl-aħħar, Ġeħojakim imtedd maʼ missirijietu,+ u ibnu Ġeħojakin beda jsaltan minfloku.  U s-​sultan taʼ l-​Eġittu qatt iżjed+ ma ħareġ minn pajjiżu,+ għax is-​sultan taʼ Babilonja kien ħa kulma kellu s-​sultan taʼ l-​Eġittu+ mill-​wied*+ taʼ l-​Eġittu sax-​xmara Ewfrat.+  Tmintax-il sena kellu Ġeħojakin+ meta beda jsaltan, u dam isaltan tliet xhur f’Ġerusalemm.+ U ommu kien jisimha Neħusta bint Elnatan minn Ġerusalemm.  U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, skond kulma kien għamel missieru.+ 10  Matul dak iż-​żmien, il-​qaddejja taʼ Nebukadnessar is-​sultan taʼ Babilonja telgħu Ġerusalemm, u b’hekk il-​belt kienet assedjata.+ 11  U Nebukadnessar is-​sultan taʼ Babilonja telaʼ kontra l-​belt, waqt li l-​qaddejja tiegħu kienu qed jassedjawha.+ 12  Fl-aħħar, Ġeħojakin is-​sultan taʼ Ġuda ħareġ għand is-​sultan taʼ Babilonja,+ hu flimkien m’ommu+ u l-​qaddejja tiegħu u l-​prinċpijiet tiegħu u l-​uffiċjali tal-​palazz tiegħu; u s-​sultan taʼ Babilonja ħadu bħala lsir fit-​tmien+ sena tiegħu bħala sultan. 13  Imbagħad ħareġ minn hemmhekk it-​teżori kollha tad-​dar taʼ Ġeħova u t-​teżori taʼ dar is-​sultan,+ u kisser l-​għodod kollha tad-​deheb+ li Salamun is-​sultan taʼ Israel kien għamel fit-​tempju taʼ Ġeħova, eżatt kif kien qal Ġeħova. 14  U ħa fl-​eżilju+ lil Ġerusalemm kollha u lill-​prinċpijiet kollha+ u lill-​irġiel setgħanin u qalbenin kollha+—għaxart elef ħa fl-​eżilju—kif ukoll lil kull bniedem tas-​sengħa+ u lil kull bennej tas-​swar. Ħadd ma tħalla ħlief il-​klassi baxxa+ tan-​nies tal-​pajjiż. 15  Għalhekk, ħa lil Ġeħojakin+ fl-​eżilju lejn Babilonja;+ u lil omm is-​sultan+ u n-​nisa tas-​sultan u l-​uffiċjali tal-​palazz tiegħu+ u l-​irġiel importanti tal-​pajjiż ġarrhom bħala eżiljati minn Ġerusalemm għal Babilonja. 16  U lill-​qalbenin kollha, sebat elef raġel, u lin-​nies tas-​sengħa u lill-​bennejja tas-​swar, elf ruħ, l-​irġiel setgħanin kollha tajbin għall-​gwerra, is-​sultan taʼ Babilonja ħadhom Babilonja bħala eżiljati.+ 17  Iżjed minn hekk, is-​sultan taʼ Babilonja+ qiegħed lil zijuh Mattanija+ minfloku. Imbagħad biddillu ismu f’Sedekija.+ 18  Wieħed u għoxrin sena kellu Sedekija+ meta beda jsaltan, u dam isaltan ħdax-il sena f’Ġerusalemm. U ommu kien jisimha Ħamutal+ bint Ġeremija minn Libna. 19  U kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova, skond kulma kien għamel Ġeħojakim.+ 20  Dan il-​ħażen qanqal ir-​rabja+ taʼ Ġeħova għal Ġerusalemm u Ġuda, sakemm keċċiehom minn quddiem wiċċu.+ U Sedekija rribella kontra s-​sultan taʼ Babilonja.+

Noti taʼ taħt

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.