2 Slaten 5:1-27
5 Issa Nagħman,+ il-kap taʼ l-armata tas-sultan tas-Sirja, sar raġel importanti f’għajnejn sidu u kien jistmah ferm, għax kien permezz tiegħu li Ġeħova salva s-Sirja;+ u r-raġel kien qalbieni u setgħan, għalkemm kellu l-ġdiem.
2 U s-Sirjani, min-naħa tagħhom, kienu ħarġu bħala qtajjaʼ taʼ ħallelin,+ u ħadu mill-art taʼ Israel tifla żgħira bħala lsira,+ u din saret qaddejja taʼ mart Nagħman.
3 Maż-żmien qalet+ lil sidtha: “Li kieku sidi jmur quddiem il-profeta+ li jinsab fis-Samarija! Kieku jfiq mill-ġdiem tiegħu.”+
4 Iktar tard xi ħadd ġie u rrapporta dan lil sidu, u qallu: “Hekk u hekk qalet it-tifla+ mill-art taʼ Israel.”
5 U s-sultan tas-Sirja qal lil Nagħman: “Mur, isa! Jien ħa nibgħat ittra lis-sultan taʼ Israel.” Għalhekk, mar u ħa miegħu+ għaxar talenti fidda u sitt elef biċċa tad-deheb+ u għaxar tibdiliet ħwejjeġ.+
6 U wassal l-ittra+ lis-sultan taʼ Israel, li kienet tgħid: “U issa kif tasallek l-ittra, jien inkun bgħattlek lil Nagħman il-qaddej tiegħi, sabiex tfejqu mill-ġdiem.”
7 U malli s-sultan taʼ Israel qara l-ittra, hu ċarrat+ ħwejġu u qal: “Jaqaw jien Alla,+ biex nagħti l-mewt lil xi ħadd jew inżommu ħaj?+ Għax dan il-bniedem qed jibgħatli raġel biex ifiq mill-ġdiem tiegħu; imma, jekk jogħġobkom, kunu afu u araw li hu jrid jaqlaʼ l-ġlied miegħi.”+
8 U ġara, li malli Eliżew il-bniedem taʼ l-Alla l-veru semaʼ li s-sultan taʼ Israel kien ċarrat ħwejġu,+ hu mill-ewwel bagħat jgħid lis-sultan: “Għala ċarratt ħwejġek? Ħallih jiġi għandi, jekk jogħġbok, sabiex ikun jaf li hawn profeta f’Israel.”+
9 Għalhekk, Nagħman ġie biż-żwiemel tiegħu u l-karrijiet tiegħu tal-gwerra u waqaf fid-daħla taʼ dar Eliżew.
10 Madankollu, Eliżew bagħatlu messaġġier, jgħid: “Mur inħasel+ sebaʼ darbiet+ fil-Ġordan sabiex laħmek jerġaʼ għal li kien;+ u ndaf.”
11 Minħabba f’hekk, Nagħman għadab+ u rħielha biex jitlaq u qal: “Ara, f’qalbi għedt,+ ‘Dak jiġi t-triq kollha sa ħdejja u jieqaf u jsejjaħ isem Ġeħova Alla tiegħu u jxejjer idu fuq il-post marid u jfejjaq lill-imġiddem.’
12 M’humiex l-Abana u l-Farfar, ix-xmajjar taʼ Damasku,+ aħjar mill-ilmijiet kollha+ taʼ Israel? Ma nistax ninħasel fihom u nindaf?”+ U dar u telaq irrabjat.+
13 Issa l-qaddejja tiegħu resqu lejh u kellmuh u qalu: “Missieri,+ kieku kienet ħaġa kbira li qallek il-profeta, ma kontx tagħmilha? Kemm iktar, mela, ladarba qallek, ‘Inħasel u ndaf’?”
14 Għalhekk, niżel u għodos fil-Ġordan sebaʼ darbiet skond il-kelma tal-bniedem taʼ l-Alla l-veru;+ imbagħad laħmu reġaʼ ġie bħal-laħam taʼ tifel żgħir+ u ndaf.+
15 Imbagħad mar lura għand il-bniedem taʼ l-Alla l-veru,+ hu u l-kamp tiegħu, u wasal u waqaf quddiemu u qal: “Ara, issa naf li mkien fl-art kollha m’hemm Alla ieħor ħlief f’Israel.+ U issa, jekk jogħġbok, aċċetta rigal+ bħala barka mingħand il-qaddej tiegħek.”
16 Imma hu qallu: “Daqskemm hu ħaj Ġeħova li ninsab wieqaf quddiemu,*+ m’iniex se naċċettah.”+ U dak beda jinsistilu biex jaċċettah, imma hu baqaʼ jirrifjuta.
17 Fl-aħħar, Nagħman qal: “Mela jekk le, jekk jogħġbok, ħa tingħatali ftit ħamrija, lili l-qaddej tiegħek,+ daqs it-tagħbija taʼ żewġ bgħula; għax il-qaddej tiegħek mhux se joffri iktar offerti tal-ħruq jew sagrifiċċji lil allat oħrajn imma lil Ġeħova.+
18 Jalla Ġeħova jaħfer lill-qaddej tiegħek f’din il-ħaġa: Meta sidi jidħol fid-dar taʼ Rimmon+ biex jinżel imil hemmhekk, u jkun qed iserraħ+ maʼ idi, u jien ikolli ninżel immil+ fid-dar taʼ Rimmon, meta ninżel immil fid-dar taʼ Rimmon jalla Ġeħova, jekk jogħġbu, jaħfer lill-qaddej tiegħek f’dan ir-rigward.”+
19 U hu qallu: “Mur fil-paċi.”+ Għaldaqstant telaq u kien tbiegħed minnu mhux ħażin.
20 Imbagħad Geħażi,+ il-qaddej t’Eliżew il-bniedem taʼ l-Alla l-veru,+ qal: “Ara, sidi ħelishielu lil Nagħman,+ dan is-Sirjan, billi m’aċċettax mingħandu dak li ġab. Daqskemm Ġeħova hu ħaj,+ niġri warajh u nieħu xi ħaġa mingħandu.”+
21 U Geħażi mar jiġri warajh. Meta Nagħman ra lil xi ħadd jiġri warajh, mill-ewwel niżel mill-karru tiegħu biex jiltaqaʼ miegħu u qallu: “Kollox sew?”+
22 U dak qallu: “Kollox sew. Sidi+ stess bagħatni,+ u qallek, ‘Ara! Issa stess għadhom kemm ġew żewġ żgħażagħ mir-reġjun muntanjuż t’Efrajm minn ulied il-profeti.+ Jekk jogħġbok, agħtihom talent fidda u żewġ tibdiliet ħwejjeġ.’”+
23 U Nagħman qal: “Mur, ħu żewġ talenti.” U baqaʼ jinsistilu+ u fl-aħħar tah żewġ talenti fidda marbutin f’żewġ xkejjer, maʼ żewġ tibdiliet, u tahom lil tnejn mill-qaddejja tiegħu, sabiex iġorruhomlu quddiemu.
24 Meta wasal Għofel,* ħadhom minn idhom u poġġiehom id-dar.+ Imbagħad bagħat lill-irġiel, u dawn telqu.
25 U hu daħal u qagħad ħdejn sidu.+ U Eliżew qallu: “Minfejn ġejt, Geħażi?” Imma hu qallu: “Il-qaddej tiegħek ma mar imkien.”+
26 Għalhekk, qallu: “Jaqaw qalbi mhux hemm kienet ukoll meta r-raġel dar biex jinżel minn fuq il-karru ħalli jiltaqaʼ miegħek? Taħseb li issa huwa ż-żmien li taċċetta fidda jew ħwejjeġ jew xtieli taż-żebbuġ jew għelieqi tad-dwieli jew nagħaġ jew baqar jew qaddejja rġiel jew qaddejja nisa?+
27 Mela l-ġdiem+ taʼ Nagħman jibqaʼ mqabbad miegħek u maʼ nislek għal żmien indefinit.”*+ U ħareġ minn quddiemu, abjad silġ* bil-ġdiem.+
Noti taʼ taħt
^ Jew, “li lilu naqdi.”
^ Ifisser “Ħaġa Mqabbża ’l Barra; Art Għolja.” Dan il-post kien fis-Samarija.
^ Letteralment, “borra.”