2 Slaten 6:1-33
6 U wlied+ il-profeti qalu lil Eliżew: “Ara, il-post+ li qed ngħammru fih quddiemek huwa żgħir wisq+ għalina.
2 Jekk jogħġbok, ħa mmorru sal-Ġordan u nieħdu minn hemmhekk travu kull wieħed u nibnu+ post fejn noqogħdu.” U qalilhom: “Morru.”
3 U wieħed minnhom żied jgħid: “Jekk jogħġbok, ejja mal-qaddejja tiegħek.” Qalilhom: “Niġi.”
4 U mar magħhom, u fl-aħħar waslu l-Ġordan u bdew jaqtgħu s-siġar.+
5 U ġara li wieħed minnhom kien qed jaqtaʼ t-travu tiegħu, u ras il-mannara+ waqgħetlu fl-ilma. U beda jgħajjat u jgħid: “X’biċċa ġratli, sidi,+ għax dik isselliftha!”+
6 Imbagħad il-bniedem taʼ l-Alla l-veru qallu: “Fejn waqgħet?” U wrieh fejn. Fil-pront hu qataʼ biċċa injama u tefagħha hemmhekk u ras il-mannara telgħet fil-wiċċ.+
7 Imbagħad qallu: “Tellagħha int.” U ħareġ idu u ħadha.
8 U s-sultan tas-Sirja+ kien fi gwerra kontra Israel. Għaldaqstant ftiehem mal-qaddejja tiegħu+ u qalilhom: “Ikkampjaw miegħi fit-tali u t-tali post.”+
9 Imbagħad il-bniedem taʼ l-Alla l-veru+ bagħat jgħid lis-sultan taʼ Israel: “Oqgħod attent li ma tgħaddix minn dak il-post,+ għax hemmhekk se jinżlu s-Sirjani.”+
10 Għalhekk, is-sultan taʼ Israel bagħat messaġġ fil-post li qallu bih il-bniedem taʼ l-Alla l-veru.+ U Eliżew wissa+ lis-sultan, u hu żamm ’il bogħod minn hemmhekk; dan ma ġarax darba jew tnejn.
11 Għaldaqstant, qalb is-sultan tas-Sirja mtliet bl-għadab minħabba dan,+ u sejjaħ lill-qaddejja tiegħu u qalilhom: “Se tgħiduli min fostna hu mas-sultan taʼ Israel?”+
12 Imbagħad wieħed mill-qaddejja tiegħu qal: “Ħadd, sidi s-sultan, imma huwa l-profeta Eliżew+ f’Israel li jgħarraf+ lis-sultan taʼ Israel x’tgħid int fil-kamra tas-sodda tiegħek.”+
13 Għalhekk, qal: “Morru u araw fejn qiegħed, sabiex nibgħat naqbdu.”+ Iktar tard wasallu r-rapport: “Qiegħed Dotan.”+
14 Minnufih hu bagħat hemmhekk żwiemel u karrijiet tal-gwerra u qawwa militari kbira;+ u waslu bil-lejl u għalqu l-belt.
15 Meta l-qaddej+ tal-bniedem taʼ l-Alla l-veru qam kmieni u ħareġ barra, kien hemm qawwa militari mdawra mal-belt bi żwiemel u karrijiet tal-gwerra. Minnufih il-qaddej qallu: “X’waħda din, sidi!+ X’se nagħmlu?”
16 Imma hu qallu: “Tibżax,+ għax hemm iktar magħna milli hemm magħhom.”+
17 U Eliżew beda jitlob+ u jgħid: “O Ġeħova, iftaħlu għajnejh,+ jekk jogħġbok, ħalli jara.” Immedjatament, Ġeħova fetaħ għajnejn il-qaddej, u hu beda jara; u l-muntanji kienu mimlijin żwiemel u karrijiet tal-gwerra+ tan-nar madwar Eliżew.+
18 Meta l-għedewwa bdew neżlin lejh, Eliżew kompla jitlob lil Ġeħova u jgħid: “Jekk jogħġbok, olqot il-ġens bl-għama.”+ Għalhekk, għamiehom skond il-kelma t’Eliżew.
19 Issa Eliżew qalilhom: “Din mhix it-triq, u din mhix il-belt. Imxu warajja ħa niħodkom għand ir-raġel li qed tfittxu.” Madankollu, hu ħadhom fil-belt tas-Samarija.+
20 U ġara li malli waslu s-Samarija, Eliżew qal: “O Ġeħova, iftħilhom għajnejhom ħa jaraw.”+ Immedjatament, Ġeħova fetħilhom għajnejhom u bdew jaraw; u kienu f’nofs is-Samarija.
21 Malli rahom, is-sultan taʼ Israel qal lil Eliżew: “Naħbat għalihom? Naħbat għalihom,+ missieri?”+
22 Imma dak qallu: “Taħbatx għalihom. Lil dawk li tieħu bħala lsiera bis-sejf tiegħek u bil-qaws tiegħek taħbat għalihom?+ Qegħdilhom il-ħobż u l-ilma quddiemhom sabiex jieklu u jixorbu+ u jmorru għand sidhom.”
23 Għaldaqstant għamlilhom festa kbira; u bdew jieklu u jixorbu, u wara dan bagħathom lura u marru għand sidhom. U l-qtajjaʼ taʼ ħallelin+ tas-Sirjani lanqas darba ma reġgħu ġew fl-art taʼ Israel.
24 U ġara wara dan li Ben-ħadad is-sultan tas-Sirja ġemaʼ l-kamp kollu tiegħu u telaʼ u assedja+ lis-Samarija.
25 Maż-żmien waqaʼ ġuħ kbir fis-Samarija,+ u baqgħu jassedjawha sakemm ras taʼ ħmar+ saret tiswa tmenin biċċa tal-fidda, u kwart taʼ kejl taʼ kab ħmieġ tal-ħamiem+ kien jiswa ħames biċċiet tal-fidda.
26 U ġara li s-sultan taʼ Israel kien għaddej minn fuq is-sur, u waħda mara għajtitlu u qaltlu: “Għinni, O sidi s-sultan!”+
27 Għal dan qalilha: “Jekk ma jgħinekx Ġeħova, biex nistaʼ ngħinek jien?+ Bil-qiegħa tad-dris jew bil-magħsar taʼ l-inbid jew taż-żejt?”
28 U s-sultan kompla jgħidilha: “Xi ġralek?” U hi qaltlu: “Din il-mara qaltli, ‘Agħti lil ibnek ħa nikluh illum, u għada nieklu lil ibni.’+
29 Għalhekk, għallejna+ lil ibni u kilnieh.+ Imbagħad l-għada għedtilha, ‘Agħti lil ibnek ħa nikluh.’ Imma hi ħbietu lil binha.”
30 Malli s-sultan semaʼ kliem il-mara, hu ċarrat ħwejġu;+ u peress li kien għaddej minn fuq is-sur, in-nies rawh, u minn taħt kellu d-drapp taʼ l-ixkora fuq il-laħam.
31 U qal: “Jalla jagħmilli hekk Alla, u iktar minn hekk, jekk ras Eliżew bin Safat tibqaʼ fuqu llum!”+
32 Eliżew kien bil-qiegħda d-dar, u x-xjuħ kienu bil-qiegħda miegħu,+ meta s-sultan bagħat raġel minn quddiemu. Qabel ma l-messaġġier laħaq wasal għandu, hu qal lix-xjuħ: “Rajtu kif dan l-iben taʼ qattiel+ bagħat biex ineħħili rasi? Agħmlu hekk: malli jasal il-messaġġier, agħlqu l-bieb, u żommuh lura bil-bieb. M’intomx tisimgħu l-ħoss+ taʼ saqajn sidu warajh?”
33 Waqt li kien għadu qed jitkellem, il-messaġġier kien nieżel għandu, u s-sultan qal: “Hawn hu l-gwaj mingħand Ġeħova.+ Għalfejn għandi nibqaʼ nistenna lil Ġeħova?”+