2 Slaten 7:1-20

7  Issa Eliżew qal: “Isimgħu l-​kelma taʼ Ġeħova.+ Hekk qal Ġeħova, ‘Għada madwar dan il-​ħin, sea dqiq fin se jkun jiswa xekel, u żewġ seat xgħir ikunu jiswew xekel fil-​bieb tas-​Samarija.’”+  Imma l-​ajjutant, li maʼ idu kien iserraħ+ is-​sultan, wieġeb lill-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru u qal: “Lanqas kieku Ġeħova jiftaħ bwieb l-​għargħar fis-​smewwiet,+ kif jistaʼ jkun dan?”+ Għal dan qallu: “Ara, se tarah b’għajnejk,+ imma ma tikolx minnu.”+  U kien hemm erbat irġiel, imġiddmin, fid-​daħla taʼ bieb il-​belt;+ u bdew jgħidu lil xulxin: “X’qegħdin nagħmlu bil-​qiegħda hawn sakemm immutu?  Kieku għedna, ‘Ejja nidħlu fil-​belt,’ meta hemm il-​ġuħ fil-​belt, konna mmutu hemmhekk.+ U jekk noqogħdu hawn, immutu xorta. Mela ejja nidħlu fil-​kamp tas-​Sirjani. Jekk iħalluna ħajjin, ngħixu; imma jekk joqtluna, imbagħad immutu.”+  Għalhekk, qamu fid-​dlam taʼ fil-​għaxija biex jidħlu fil-​kamp tas-​Sirjani; u waslu sa tarf il-​kamp tas-​Sirjani, u, ara, ma kien hemm ħadd.  U Ġeħova kien ġiegħel lill-​kamp tas-​Sirjani jismaʼ+ l-​ħoss taʼ karrijiet tal-​gwerra, il-​ħoss taʼ żwiemel, u l-​ħoss taʼ qawwa militari kbira,+ u għalhekk qalu lil xulxin: “Ara! Is-​sultan taʼ Israel kera lis-​slaten tal-​Ħittin+ u s-​slaten taʼ l-​Eġittu+ biex jiġu kontrina!”  U qamu minnufih u ħarbu fid-​dlam taʼ fil-​għaxija+ u ħallew it-​tined u ż-​żwiemel+ u l-​ħmir tagħhom—il-​kamp kif kien—u ħarbu biex isalvaw ruħhom.+  Meta dawn l-​imġiddmin waslu f’tarf il-​kamp, daħlu f’tinda minnhom u bdew jieklu u jixorbu u ħadu minn hemm fidda u deheb u lbies; u telqu u ħbewhom. Wara dan reġgħu lura u daħlu f’tinda oħra u ħadu xi affarijiet minn hemm u telqu u ħbewhom.+  Fl-aħħar bdew jgħidu wieħed lill-​ieħor: “Mhux sew li qed nagħmlu. Dan il-​jum huwa jum t’aħbar tajba!+ Jekk noqogħdu lura u nistennew sad-​dawl taʼ fil-​għodu, il-​ħtija tilħaqna.+ Mela issa ejja mmorru u nwasslu l-​aħbar f’dar is-​sultan.” 10  Għalhekk, marru u sejħu lill-​għassiesa tal-​bibien+ tal-​belt u tawhom l-​aħbar billi qalulhom: “Dħalna fil-​kamp tas-​Sirjani, u ma kien hemm ħadd u ma kien jinstemaʼ ħadd, imma kien hemm biss iż-​żwiemel u l-​ħmir marbutin u t-​tined kif kienu tħallew.”+ 11  Fil-pront l-​għassiesa tal-​bibien għajtu u rrapportaw dan fid-​dar tas-​sultan. 12  Minnufih is-​sultan qam bil-​lejl u qal lill-​qaddejja tiegħu:+ “Ħa ngħidilkom jien, jekk jogħġobkom, x’għamlulna s-​Sirjani.+ Jafu li aħna bil-​ġuħ;+ u għalhekk ħarġu mill-​kamp biex jinħbew fir-​rabaʼ,+ u qalu, ‘Issa joħorġu mill-​belt u naqbduhom ħajjin, u nidħlu fil-​belt.’” 13  Imbagħad wieħed mill-​qaddejja tiegħu wieġeb u qal: “Jekk jogħġbok, ħa jintgħażlu xi wħud u jieħdu ħames żwiemel milli fadal fil-​belt.+ Ara! Huma bħall-​folla kollha taʼ Israel li fadal fil-​belt. Ara! Huma bħall-​folla kollha taʼ Israel li nqerdet.+ Ejja nibagħtu naraw.” 14  Għaldaqstant ħadu żewġ karrijiet biż-​żwiemel u s-​sultan bagħathom għal wara l-​kamp tas-​Sirjani, u qal: “Morru u araw.” 15  U marru warajhom sal-​Ġordan; u t-​triq kollha kienet mimlija lbies u għodod+ li s-​Sirjani kienu rmew huma u jgħaġġlu biex jaħarbu.+ Imbagħad il-​messaġġiera ġew lura u rrapportaw dan lis-​sultan. 16  U n-​nies ħarġu u ħatfu l-​priża+ mill-​kamp tas-​Sirjani; u għalhekk sea dqiq sar jiswa xekel, u żewġ seat xgħir saru jiswew xekel, skond il-​kelma+ taʼ Ġeħova. 17  U l-​ajjutant, li maʼ idu kien iserraħ+ is-​sultan, kien inħatar mis-​sultan stess biex jieħu ħsieb bieb il-​belt; u n-​nies għaffġuh+ f’bieb il-​belt, u miet, bħalma kien qal il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru,+ meta tkellem dakinhar li s-​sultan niżel għandu. 18  Għalhekk, ġara eżatt bħalma qal il-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru lis-​sultan, meta qal: “Żewġ seat xgħir ikunu jiswew xekel u sea dqiq fin ikun jiswa xekel għada bħalissa fil-​bieb tas-​Samarija.”+ 19  Imma l-​ajjutant wieġeb lill-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru u qal: “Anki kieku Ġeħova jiftaħ bwieb l-​għargħar fis-​smewwiet, kif jistaʼ jkun li jiġri skond din il-​kelma?”+ Għal dan qallu: “Ara, se tarah b’għajnejk, imma ma tikolx minnu.”+ 20  Għaldaqstant hekk ġralu,+ meta n-​nies għaffġuh+ f’bieb il-​belt u miet.

Noti taʼ taħt