2 Slaten 8:1-29
8 U Eliżew kellem lill-mara li lil binha kien tah il-ħajja mill-ġdid,+ u qalilha: “Qum u itlaq, int u taʼ darek, u għix bħala barranija jkun fejn ikun li tistaʼ tgħix bħala barranija;+ għax Ġeħova sejjaħ il-ġuħ,+ u dan se jdum fil-pajjiż sebaʼ snin.”+
2 Għalhekk, il-mara qamet u għamlet skond il-kelma tal-bniedem taʼ l-Alla l-veru u telqet,+ hi u taʼ darha,+ u bdiet tgħix bħala barranija fl-art tal-Filistin+ fejn għamlet sebaʼ snin.
3 U ġara wara sebaʼ snin li l-mara reġgħet lura mill-art tal-Filistin u marret titlob lis-sultan+ għal darha u għall-għalqa tagħha.
4 Issa s-sultan kien qed ikellem lil Geħażi,+ il-qaddej tal-bniedem taʼ l-Alla l-veru, u qallu: “Għidli, jekk jogħġbok, l-affarijiet kbar kollha li għamel Eliżew.”+
5 U ġara li waqt li kien qed jirrakkonta lis-sultan kif lill-mejjet kien tah il-ħajja mill-ġdid,+ il-mara li lil binha kien tah il-ħajja mill-ġdid ġiet titlob lis-sultan għal darha u għall-għalqa tagħha.+ Fil-pront Geħażi qal: “Sidi+ s-sultan, din hi l-mara, u dan hu binha li Eliżew tah il-ħajja mill-ġdid.”
6 Malli semaʼ hekk, is-sultan staqsa lill-mara dwar dan, u hi rrakkontatlu l-istorja.+ Imbagħad is-sultan taha uffiċjal tal-palazz,+ u qallu: “Erġaʼ agħtiha dak kollu li hu tagħha u l-prodotti kollha taʼ l-għalqa minn dakinhar li telqet mill-pajjiż s’issa.”+
7 U Eliżew mar Damasku;+ u Ben-ħadad+ is-sultan tas-Sirja kien marid. Għaldaqstant ngħatatlu l-aħbar: “Il-bniedem taʼ l-Alla l-veru+ ġie hawnhekk.”
8 Għalhekk, hu qal lil Ħażagħel:+ “Ħu rigal+ miegħek u mur iltaqaʼ mal-bniedem taʼ l-Alla l-veru, u staqsih+ x’jgħid Ġeħova permezz tiegħu u għidlu, ‘Se nfiq minn din il-marda?’”
9 Għalhekk, Ħażagħel mar jiltaqaʼ miegħu u ħa rigal miegħu, iva, kull xorta taʼ ħaġa tajba minn Damasku, daqs it-tagħbija t’erbgħin ġemel, u wasal u waqaf quddiemu u qallu: “Ibnek,+ Ben-ħadad, is-sultan tas-Sirja, bagħatni għandek biex jistaqsik, ‘Se nfiq minn din il-marda?’”
10 Imbagħad Eliżew qallu: “Mur għidlu, ‘Se tfiq żgur,’ imma Ġeħova wrieni+ li se jmut żgur.”+
11 U waqqaf ħarstu u baqaʼ jħares ċass lejh tant li ħassu imbarazzat. Imbagħad il-bniedem taʼ l-Alla l-veru nfaqaʼ jibki.+
12 Għal dan, Ħażagħel qal: “Għalfejn qed jibki sidi?” Qallu: “Għax naf xi ħsara+ se tagħmel lil ulied Israel. Il-postijiet fortifikati tagħhom se tagħtihom in-nar, u l-aqwa rġiel tagħhom se toqtolhom bis-sejf, u se tfarrak+ lil uliedhom u ċċarrat lin-nisa tqal tagħhom.”+
13 Għal dan, Ħażagħel qal: “X’inhu l-qaddej tiegħek, ħlief kelb,+ biex jagħmel din il-ħaġa kbira?” Imma Eliżew qal: “Ġeħova wrieni li int se tkun sultan fuq is-Sirja.”+
14 Wara dan, telaq minn ħdejn Eliżew u mar għand sidu, li qallu: “X’qallek Eliżew?” U dak wieġbu: “Qalli, ‘Se tfiq żgur.’”+
15 U l-għada qabad gverta, xarrabha fl-ilma u firixha fuq wiċċ is-sultan,+ u dan miet.+ U Ħażagħel+ beda jsaltan minfloku.
16 U fil-ħames sena taʼ Ġeħoram+ bin Aħab is-sultan taʼ Israel, waqt li Ġeħosafat kien sultan taʼ Ġuda, Ġeħoram+ bin Ġeħosafat is-sultan taʼ Ġuda sar sultan.
17 Tnejn u tletin sena kellu meta sar sultan, u dam isaltan tmien snin f’Ġerusalemm.+
18 U mexa fit-triq tas-slaten taʼ Israel,+ bħalma kienu għamlu dawk taʼ dar Aħab;+ għax kien ħa b’martu lil bint Aħab,+ u kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova.
19 U Ġeħova ma riedx jeqred lil Ġuda+ minħabba David il-qaddej tiegħu,+ bħalma kien wiegħdu, li jagħti lilu u lil uliedu musbieħ għal dejjem.+
20 Fi żmienu l-Edomin+ irvellaw minn taħt idejn Ġuda, u mbagħad għażlu sultan+ biex jaħkem fuqhom.
21 Għaldaqstant, Ġeħoram mar Sagħir bil-karrijiet kollha miegħu. U ġara li bil-lejl qam u ħabat għall-Edomin li kienu dawru lilu u lill-kapijiet tal-karrijiet; u n-nies ħarbu lejn it-tined tagħhom.
22 Imma Edom baqaʼ jirvella minn taħt idejn Ġuda sa llum. Kien f’dak iż-żmien ukoll li Libna+ bdiet tirvella.
23 U l-bqija tal-ġrajjiet taʼ Ġeħoram u kulma għamel, m’humiex dawn miktubin fi ktieb+ il-ġrajjiet taʼ żmien is-slaten taʼ Ġuda?
24 Fl-aħħar, Ġeħoram imtedd maʼ missirijietu+ u ndifen maʼ missirijietu fil-Belt taʼ David.+ U ibnu Aħażija+ beda jsaltan minfloku.
25 Fis-sena tnax taʼ Ġeħoram bin Aħab is-sultan taʼ Israel, Aħażija bin Ġeħoram is-sultan taʼ Ġuda sar sultan.+
26 Tnejn u għoxrin sena kellu Aħażija meta beda jsaltan, u dam isaltan sena f’Ġerusalemm.+ U ommu kien jisimha Għatalija+ li nannuha kien Għomri+ s-sultan taʼ Israel.
27 U mexa fit-triq taʼ dar Aħab+ u kompla jagħmel dak li hu ħażin f’għajnejn Ġeħova,+ bħal dar Aħab, għax kien qarib taʼ dar Aħab biż-żwieġ.+
28 Għaldaqstant mar maʼ Ġeħoram bin Aħab għall-gwerra kontra Ħażagħel+ is-sultan tas-Sirja f’Ramot-gilegħad,+ imma s-Sirjani darbu+ lil Ġeħoram.
29 Għalhekk, is-Sultan Ġeħoram+ reġaʼ lura Ġeżragħel+ biex ifiq mill-feriti li għamlulu s-Sirjani f’Rama* meta ġġieled kontra Ħażagħel is-sultan tas-Sirja. U Aħażija+ bin Ġeħoram is-sultan taʼ Ġuda, mar jara lil Ġeħoram bin Aħab f’Ġeżragħel, għax kien marid.
Noti taʼ taħt
^ Taqsira taʼ “Ramot-gilegħad.”