L-Għanja taʼ Salamun 5:1-16

5  “Jien ġejt fil-​ġnien tiegħi,+ O oħti,+ għarusa tiegħi.+ Qtajt il-​mirra+ flimkien mal-​ħwawar tiegħi. Kilt ix-​xehda taʼ l-​għasel flimkien maʼ l-​għasel tiegħi;+ xrobt l-​inbid flimkien mal-​ħalib tiegħi.” “Kulu, O ħbieb! Ixorbu u iskru bl-​espressjonijiet taʼ mħabba.”+  “Jien rieqda, imma qalbi mqajma.+ Jinstemaʼ l-​ħoss taʼ l-​għażiż tiegħi jħabbat!”+ “Iftaħli,+ O oħti, O maħbuba tiegħi, ħamiema tiegħi, O int bla difett!+ Għax rasi kollha nida, in-​nokkli taʼ xagħri mimlijin bil-​qtar tal-​lejl.”+  “‘Neħħejt il-​libsa tiegħi. Kif nistaʼ nerġaʼ nilbisha? Ħsilt saqajja. Kif nistaʼ nħammiġhom?’  L-għażiż tiegħi ġibed idu lura mit-​toqba tal-​bieb, u l-​ġewwieni tiegħi+ tqanqal fija.  Jien qomt biex niftaħ lill-​għażiż tiegħi, u idejja qattru l-​mirra u subgħajja qattru l-​mirra fuq it-​toqba tal-​lukkett.  Jien ftaħt lill-​għażiż tiegħi, imma l-​għażiż tiegħi kien dar u telaq. Ħassejt ruħi ħierġa meta tkellem. Mort infittxu, imma ma sibtux.+ Sejjaħtlu, imma ma wiġibnix.  Sabuni l-​għassiesa+ li kienu qed iduru mal-​belt. Sawtuni, weġġgħuni. L-​għassiesa tas-​swar+ ġibduli l-​velu twil minn fuqi.  “Ġegħeltkom taħilfu,+ O bniet taʼ Ġerusalemm,+ li, jekk issibu lill-​għażiż tiegħi,+ tgħidulu li jien marida bl-​imħabba.”+  “X’għandu iktar l-​għażiż tiegħek minn kwalunkwe raġel għażiż ieħor,+ O l-​isbaħ waħda fost in-​nisa?+ X’għandu iktar l-​għażiż tiegħek minn kwalunkwe raġel għażiż ieħor, sabiex ġegħeltna naħilfu ħalfa bħal din?”+ 10  “L-​għażiż tiegħi sabiħ wisq u ħamrani, l-​iktar li jispikka fost għaxart elef.+ 11  Rasu tad-​deheb, deheb irfinut. In-​nokkli taʼ xagħru għenieqed tat-​tamal. Xagħru iswed bħaċ-​ċawlun. 12  Għajnejh bħal ħamimiet ħdejn nixxigħat taʼ ilma, li qed jinħaslu fil-​ħalib, waqt li jistrieħu ħdejn ix-​xfar. 13  Ħaddejh huma bħal roqgħa ħwawar fi ġnien,+ torrijiet taʼ ħxejjex ifuħu. Xofftejh huma ġilji, iqattru l-​mirra.+ 14  Idejh ċilindri tad-​deheb, mimlijin bil-​krisolitu. Żaqqu pjanċa taʼ l-​avorju miksija biż-​żaffiri. 15  Riġlejh kolonni taʼ l-​irħam imsejsin fuq pedestalli taʼ deheb irfinut. Id-​dehra tiegħu bħal-​Libanu, impressjonanti bħaċ-​ċedri.+ 16  Fommu kollu ħlewwa; hu fih għaxqa kollu kemm hu.+ Dan hu l-​għażiż tiegħi, u dan hu l-​maħbub tiegħi, O bniet taʼ Ġerusalemm.”

Noti taʼ taħt