Luqa 13:1-35
13 Dak l-istess żmien kien hemm xi wħud preżenti li qalulu dwar il-Galilin+ li Pilatu kien ħallat demmhom mas-sagrifiċċji tagħhom.
2 Għalhekk, wieġeb u qalilhom: “Timmaġinaw intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin+ mill-Galilin l-oħra kollha għax sofrew dan?
3 Le, tabilħaqq, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, intom ilkoll tinqerdu bl-istess mod.+
4 Jew dawk it-tmintax li waqaʼ fuqhom it-torri f’Silogħam u qatilhom, timmaġinaw intom li kienu iżjed midjunin min-nies l-oħra kollha li joqogħdu Ġerusalemm?
5 Le, tabilħaqq, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, intom ilkoll tinqerdu bl-istess mod.”+
6 Imbagħad qalilhom din it-tixbiha: “Wieħed raġel kellu siġra tat-tin imħawla fl-għalqa tad-dwieli tiegħu,+ u mar ifittex il-frott fiha,+ imma ma sab xejn.+
7 Imbagħad qal lil dak li kien jiħodlu ħsieb id-dwieli, ‘Ili tliet snin+ niġi nfittex il-frott f’din is-siġra tat-tin, imma qatt ma sibt. Qaċċatha!+ Għala għandha tibqaʼ tħalli l-art moħlija?’
8 Dak wieġeb u qallu, ‘Mgħallem, ħalliha+ għal din is-sena wkoll, sakemm inħaffer madwarha u nitfgħalha d-demel;
9 u jekk imbagħad fil-futur tagħmel il-frott, tajjeb; imma jekk le, qaċċatha.’”+
10 Issa kien is-Sabat u kien qed jgħallem f’waħda mis-sinagogi.
11 U, ara! Kien hemm mara li kienet ilha marida għal tmintax-il sena minħabba l-influwenza taʼ demonju+ u kienet mgħawġa ganċ u ma kinitx tistaʼ tiddritta.
12 Meta raha, Ġesù sejħilha u qalilha: “Mara, int meħlusa+ mid-dgħjufija tiegħek.”
13 U poġġa idejh fuqha; u minnufih iddrittat,+ u bdiet tigglorifika lil Alla.
14 Imma għal dan, l-uffiċjal li jippresiedi fis-sinagoga xejn ma ħa pjaċir li Ġesù fejjaq fis-Sabat, u beda jgħid lill-folla: “Hemm sitt ijiem li fihom għandu jsir ix-xogħol;+ għalhekk, fihom ejjew tfejqu, u mhux f’jum is-Sabat.”+
15 Madankollu, il-Mulej wieġeb u qallu: “Ipokriti,+ ma jħollx kull wieħed minnkom f’jum is-Sabat il-barri jew il-ħmar tiegħu mill-istalla u jieħdu biex jisqih?+
16 Allura, ma kienx wasal iż-żmien għal din il-mara li hi bint Abraham+ u li Satana żammha marbuta, ara, għal tmintax-il sena, li tinħall minn dan l-irbit f’jum is-Sabat?”
17 Meta qal dan, dawk kollha li kienu jopponuh bdew jistħu;+ imma l-folla kollha bdiet tifraħ bl-affarijiet glorjużi kollha li għamel.+
18 Għalhekk, qal: “Lil xiex tixbah is-saltna t’Alla, u maʼ xiex inqabbilha?+
19 Tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li raġel ħa u żeraʼ fil-ġnien tiegħu, u din kibret u saret siġra, u l-għasafar tas-sema+ bdew joqogħdu fil-friegħi tagħha.”+
20 U reġaʼ qal: “ Maʼ xiex inqabbilha s-saltna t’Alla?
21 Tixbah lill-ħmira li mara ħadet u ħbiet fi tliet seat dqiq sakemm tħemmret l-għaġna kollha.”+
22 U għadda minn belt għal belt u minn raħal għal raħal jgħallem, waqt li kompla fil-vjaġġ tiegħu lejn Ġerusalemm.+
23 Issa wieħed raġel qallu: “Mulej, huma ftit dawk li jiġu salvati?”+ Qalilhom:
24 “Stinkaw+ kemm tifilħu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq,+ għax ngħidilkom, ħafna jipprovaw jidħlu imma ma jkunux jistgħu+
25 meta sid id-dar ikun qam u sakkar il-bieb, u intom tkunu barra u tibdew tħabbtu fuq il-bieb u tgħidu, ‘Sinjur, iftħilna.’+ Imma hu jwieġeb u jgħidilkom, ‘Ma nafx min intom.’+
26 Imbagħad tibdew tgħidu, ‘Kilna u xrobna quddiemek, u int għallimt fit-toroq prinċipali tagħna.’+
27 Imma hu jgħidilkom, ‘Ma nafx min intom. Itilqu minn quddiemi, intom ilkoll li tagħmlu dak li mhux sewwa!’+
28 Hemmhekk se tibku u tgħażżu snienkom,+ meta taraw lil Abraham, lil Iżakk, lil Ġakobb, u lill-profeti kollha fis-saltna t’Alla,+ imma intom tintefgħu ’l barra.
29 Iktar minn hekk, jiġu nies mil-lvant u l-punent, mit-tramuntana u n-nofsinhar,+ u joqogħdu mal-mejda fis-saltna t’Alla.+
30 U, ara! Hemm dawk taʼ l-aħħar li jkunu l-ewwel, u hemm dawk taʼ l-ewwel li jkunu l-aħħar.”+
31 Dak il-ħin stess telgħu xi Fariżej u qalulu: “Oħroġ u itlaq minn hawn, għax Erodi* jrid joqtlok.”
32 U qalilhom: “Morru għidu lil dak il-volpi,+ ‘Ara! Qed inkeċċi d-demonji u nwettaq il-fejqan illum u għada, u fit-tielet jum inkun lestejt.’+
33 Madankollu, irrid immur illum, għada, u pitgħada, għax mhux aċċettabbli li profeta jiġi meqrud ’il barra minn Ġerusalemm.+
34 Ġerusalemm, Ġerusalemm, il-qattiela+ tal-profeti u l-ħaġġara+ taʼ dawk li ntbagħtulha! Kemm-il darba ridt niġbor lil uliedek flimkien bħalma qroqqa tiġbor il-flieles tagħha taħt ġwinħajha,+ imma intom dan ma ridtuhx!+
35 Ara! Darkom+ mitluqa f’idejkom. Ngħidilkom, Żgur ma tarawnix sakemm tgħidu, ‘Imbierek dak li jiġi f’isem Ġeħova.’”+