Luqa 17:1-37

17  Imbagħad qal lid-​dixxipli tiegħu: “Ma jistax ikun li ma jkunx hemm tfixkil.+ Madankollu, gwaj għal min iġibu t-​tfixkil!+  Ikun jaqbillu iktar jekk idendlulu m’għonqu ġebla taʼ mitħna u jitfgħuh il-​baħar+ milli jfixkel lil wieħed minn dawn iċ-​ċkejknin.+  Oqogħdu attenti għalikom infuskom. Jekk ħuk jidneb, widdbu,+ u jekk jindem, aħfirlu.+  Anki jekk jidneb sebaʼ darbiet kuljum kontrik u jiġi lura għandek sebaʼ darbiet u jgħidlek, ‘Nindem,’ trid taħfirlu.”+  Issa l-​appostli qalu lill-​Mulej: “Agħtina iktar fidi.”+  Imbagħad il-​Mulej qal: “Kieku kellkom fidi daqs żerriegħa tal-​mustarda, kontu tgħidu lil din is-​siġra tat-​tut, ‘Inqalaʼ mill-​għeruq u tħawwel fil-​baħar!’ u kienet tobdikom.+  “Min minnkom li jkollu lsir qed jaħrat l-​għalqa jew jirgħa l-​merħla u, meta dan jidħol mill-​għalqa, jgħidlu, ‘Ejja hawnhekk minnufih u nxteħet mal-​mejda’?  Jew inkella jgħidlu, ‘Lestili l-​ikla taʼ fil-​għaxija, u ilbes fardal u servini sakemm niekol u nixrob jien, u wara tkun tistaʼ tiekol u tixrob int’?  Mhux se jħossu grat lejn l-​ilsir għax għamel dak li kellu jagħmel, hux hekk? 10  Hekk intom, ukoll, meta tkunu għamiltu kulma ġejtu mqabbdin tagħmlu, għidu, ‘Aħna lsiera li m’aħna tajbin għal xejn.+ Għamilna dak li kellna nagħmlu.’” 11  U waqt li kien sejjer lejn Ġerusalemm għadda mis-​Samarija u l-​Galilija.+ 12  Hu u dieħel f’ċertu raħal iltaqgħu miegħu għaxar imġiddmin,+ imma waqfu ’l bogħod. 13  U għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, Mgħallem, ikollok ħniena minna!”+ 14  U kif rahom qalilhom: “Morru uru ruħkom lill-​qassisin.”+ U huma u sejrin indafu.+ 15  Wieħed minnhom, x’ħin ra li fieq, dar lura jigglorifika+ lil Alla b’leħen għoli. 16  U nxteħet wiċċu fl-​art f’riġlejn+ Ġesù, jirringrazzjah; jerġaʼ dan kien Samaritan.+ 17  Għaldaqstant, Ġesù qallu: “Mhux għaxra ndafu? Allura, fejnhom id-​disgħa l-​oħra? 18  Ma kien hemm ħadd li dar lura biex jagħti glorja lil Alla ħlief dan ir-​raġel taʼ ġens ieħor?” 19  U qallu: “Qum u mur fi triqtek; il-​fidi tiegħek fejqitek.”+ 20  Imma meta l-​Fariżej staqsewh meta kienet ġejja s-​saltna t’Alla,+ hu wieġeb u qalilhom: “Is-​saltna t’Alla mhix ġejja b’mod li jispikka, 21  u n-​nies ma jkunux qed jgħidu, ‘Ara hawn!’ jew, ‘Hemm!’+ Għax, ara! Is-​saltna t’Alla qiegħda f’nofskom.”+ 22  Imbagħad qal lid-​dixxipli: “Jiġu jiem meta tkunu tixtiequ taraw wieħed mill-​jiem taʼ Bin il-​bniedem imma ma tarawhx.+ 23  U n-​nies jgħidulkom, ‘Ara hemm!’ jew, ‘Ara hawn!’+ Toħorġux barra jew tmorru tiġru warajhom.+ 24  Għax saħansitra bħalma sajjetta,+ bid-​dawl tagħha, tiddi minn parti s’oħra tas-​sema, hekk se jkun Bin il-​bniedem.+ 25  Madankollu, l-​ewwel irid jgħaddi minn ħafna tbatijiet u jiġi miċħud minn din il-​ġenerazzjoni.+ 26  Iktar minn hekk, bħalma ġara fi żmien Noè,+ hekk ukoll ikun fi żmien Bin il-​bniedem:+ 27  kienu qed jieklu, kienu qed jixorbu, l-​irġiel kienu qed jiżżewġu, in-​nisa kienu qed jingħataw fiż-​żwieġ, sa dakinhar li Noè daħal fl-​arka, u wasal id-​dilluvju u qeridhom ilkoll.+ 28  Bl-istess mod, bħalma ġara fi żmien Lot:+ kienu qed jieklu, kienu qed jixorbu, kienu qed jixtru, kienu qed ibigħu, kienu qed iħawlu, u kienu qed jibnu. 29  Imma dakinhar li Lot ħareġ minn Sodoma niżlet xita taʼ nar u kubrit mis-​sema u qerdithom ilkoll.+ 30  L-istess jiġri dakinhar li Bin il-​bniedem jiġi rivelat.+ 31  “Dakinhar min ikun fuq il-​bejt imma jkollu l-​affarijiet tiegħu d-​dar ħa ma jinżilx biex jiġborhom, u min ikun barra fl-​għalqa, bl-​istess mod ħa ma jmurx lura lejn l-​affarijiet li ħalla warajh. 32  Ftakru f’mart Lot.+ 33  Kulmin jipprova jibżaʼ għal ruħu jitlifha, imma kulmin jitlifha jżommha ħajja.+ 34  Ngħidilkom, F’dak il-​lejl tnejn ikunu f’sodda waħda; wieħed jittieħed, imma l-​ieħor jiġi abbandunat.+ 35  Żewġ nisa jkunu jitħnu fl-​istess mitħna; waħda tittieħed, imma l-​oħra tiġi abbandunata.”+ 36 * —— 37  Għalhekk, wieġbu u qalulu: “Fejn, Mulej?” Qalilhom: “Fejn hemm il-​ġisem,+ hemmhekk ukoll l-​ajkli jinġemgħu flimkien.”+

Noti taʼ taħt

Ara Mt 17:21, in-​nota taʼ taħt.