Luqa 21:1-38

21  Issa hekk kif ħares ’il fuq, ra lill-​għonja jitfgħu l-​għotjiet tagħhom fil-​kaxxi tat-​teżor.+  Imbagħad ra waħda armla fil-​bżonn titfaʼ hemmhekk żewġ muniti żgħar taʼ valur żgħir ferm+  u qal: “Ngħidilkom il-​verità, Din l-​armla, għalkemm fqira, tefgħet iktar minnhom ilkoll.+  Għax dawn kollha tefgħu għotjiet miż-​żejjed tagħhom, imma din il-​mara, min-​nieqes tagħha, tefgħet il-​mezz t’għajxien kollu li kellha.”+  Iktar tard, waqt li xi wħud kienu qed jitkellmu dwar it-​tempju, kif kien imżejjen b’ġebel mill-​isbaħ u b’għotjiet dedikati,+  qal: “Dan li qed taraw, se jiġu l-​jiem meta hawnhekk ma titħalliex ġebla fuq oħra li ma tiġġarrafx.”+  Imbagħad staqsewh u qalulu: “Għalliem, fil-​fatt, dan meta se jseħħ, u x’se jkun is-​sinjal taʼ meta dan għandu jiġri?”+  Qalilhom: “Oqogħdu attenti li ma titqarrqux;+ għax ħafna jiġu f’ismi u jgħidu, ‘Jien hu,’ u, ‘Qorob il-​waqt.’+ Tmorrux warajhom.  Iktar minn hekk, meta tisimgħu bi gwerer u taqlib, titwerwrux.+ Għax l-​ewwel irid iseħħ dan, imma t-​tmiem ma jiġix minnufih.” 10  Imbagħad kompla jgħidilhom: “Ġens iqum kontra ġens,+ u saltna kontra saltna;+ 11  u jkun hemm terremoti kbar, u f’post wara l-​ieħor ikun hemm mard li jittieħed u nuqqas taʼ ikel;+ u jkun hemm dehriet tal-​biżaʼ u, mis-​sema, sinjali kbar.+ 12  “Imma qabel dan kollu, imiddu idejhom fuqkom u jippersegwitawkom,+ u jagħtukom f’idejn is-​sinagogi u l-​ħabsijiet, u jressqukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba ismi.+ 13  Dan ikunilkom bħala xiehda.+ 14  Għalhekk, daħħluha fi qlubkom biex ma toqogħdux tipprattikaw minn qabel x’se tgħidu fid-​difiża tagħkom,+ 15  għax nagħtikom fomm u għerf, li dawk kollha li jopponukom ma jkunux jistgħu jiqfulhom jew imeruhom.+ 16  Barra minn hekk, tingħataw f’idejn il-​qrati saħansitra mill-​ġenituri+ u l-​aħwa u l-​qraba u l-​ħbieb, u lil xi wħud minnkom jagħtuhom il-​mewt;+ 17  u tkunu mibgħudin minn kulħadd minħabba ismi.+ 18  Iżda żgur li lanqas xagħra+ minn raskom ma tintilef. 19  Bis-sabar tagħkom tiksbu ruħkom.+ 20  “Iktar minn hekk, meta taraw lil Ġerusalemm imdawra+ bil-​kampijiet taʼ l-​armati, imbagħad kunu afu li qorbot il-​ħerba tagħha.+ 21  Imbagħad dawk li jkunu fil-​Lhudija ħa jibdew jaħarbu lejn il-​muntanji, u dawk li jkunu f’nofsha ħa joħorġu minnha, u dawk li jkunu fil-​kampanja ħa ma jidħlux fiha;+ 22  għax dawn ikunu jiem biex issir ġustizzja, ħalli jitwettaq kulma hu miktub.+ 23  Gwaj għan-​nisa tqal u għal dawk li jreddgħu f’dawk il-​jiem!+ Għax ikun hemm tbatija kbira fl-​art u korla fuq dan il-​poplu; 24  u jaqgħu b’xifer is-​sejf u jittieħdu lsiera fil-​ġnus kollha;+ u Ġerusalemm tintrifes mill-​ġnus sakemm jitwettqu ż-​żminijiet+ stabbiliti tal-​ġnus. 25  “Ukoll, ikun hemm sinjali fix-​xemx+ u l-​qamar u l-​kwiekeb, u fuq l-​art diqa tal-​ġnus, li ma jafux x’jaqbdu jagħmlu minħabba l-​għajat u t-​taqlib+ tal-​baħar,+ 26  waqt li n-​nies iħosshom ħażin bil-​biżaʼ+ u bl-​istennija taʼ dak li jkun ġej fuq l-​art abitata;+ għax il-​qawwiet tas-​smewwiet jitheżżu.+ 27  U mbagħad jaraw lil Bin il-​bniedem+ ġej fi sħaba b’qawwa u glorja kbira.+ 28  Imma malli jibdew iseħħu dawn l-​affarijiet, qumu dritti u għollu raskom ’il fuq, għax ikun qorob il-​ħelsien tagħkom.” 29  Imbagħad qalilhom tixbiha: “Innotaw is-​siġra tat-​tin u s-​siġar l-​oħrajn kollha:+ 30  Meta jkunu diġà qed jarmu, jekk tosservawhom tindunaw li issa jkun qorob is-​sajf.+ 31  Hekk ukoll intom, meta taraw dawn l-​affarijiet iseħħu, kunu afu li s-​saltna t’Alla tkun qrib.+ 32  Tassew ngħidilkom, Din il-​ġenerazzjoni żgur ma tgħaddix sakemm iseħħu l-​affarijiet kollha.+ 33  Is-sema u l-​art jgħaddu,+ imma kliemi żgur ma jgħaddix.+ 34  “Imma oqogħdu attenti għalikom infuskom li qlubkom qatt ma jitqalu b’ikel u xorb żejjed+ u ansjetajiet+ tal-​ħajja, u f’daqqa waħda dak il-​jum jiġi fuqkom għal għarrieda+ 35  bħal nassa.+ Għax jiġi fuq dawk kollha li jgħixu fuq wiċċ l-​art kollha.+ 36  Għalhekk, ibqgħu mqajmin+ u itolbu bil-​ħerqa+ l-​ħin kollu biex jirnexxilkom taħarbu minn dak kollu li għandu jseħħ u tieqfu quddiem Bin il-​bniedem.”+ 37  U bi nhar kien ikun jgħallem fit-​tempju,+ imma bil-​lejl kien joħroġ barra u joqgħod fuq il-​muntanja msejħa l-​Muntanja taż-​Żebbuġ.+ 38  U kmieni fil-​għodu, in-​nies+ kollha kienu jiġu ħdejh fit-​tempju biex jisimgħuh.

Noti taʼ taħt