Introduzzjoni għall-Kelma t’Alla
Il-Bibbja fiha l-messaġġ, jew il-kelma, t’Alla għalina llum. Turina kif ikollna suċċess f’ħajjitna u kif niksbu l-approvazzjoni t’Alla. Barra minn hekk, twieġeb il-mistoqsijiet li ġejjin:
KIF ISSIB IL-VERSI FIL-BIBBJA
Il-Bibbja hi ġabra taʼ 66 ktieb iżgħar. Hi mqassma f’żewġ sezzjonijiet: l-Iskrittura Ebrajka u Aramajka (“It-Testment il-Qadim”) u l-Iskrittura Griega (“It-Testment il-Ġdid”). Kull ktieb tal-Bibbja hu mqassam f’kapitli u f’versi. Meta hemm l-iskritturi ċitati, l-ewwel numru wara l-isem tal-ktieb jindika l-kapitlu, u n-numru jew in-numri taʼ wara jirreferu għall-vers jew għall-versi. Pereżempju, Ġenesi 1:1 jirreferi għal Ġenesi kapitlu 1, vers 1.