MISTOQSIJA 3
Min kiteb il-Bibbja?
“Mosè niżżel bil-miktub il-kliem kollu taʼ Ġeħova.”
“Danjel kellu ħolma u viżjonijiet li ġew f’rasu fuq soddtu. Dak il-ħin hu kiteb il-ħolma u rrakkonta l-istorja kollha taʼ kif ġraw l-affarijiet.”
“Meta rċivejtu l-kelma t’Alla, li smajtu mingħandna, ma lqajtuhiex bħala l-kelma tal-bnedmin, imma bħalma hi tassew, bħala l-kelma t’Alla.”
“L-Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla u tiswa biex tgħallem.”
“Il-profezija qatt ma ġiet bir-rieda tal-bniedem, imma xi bnedmin tkellmu minn Alla skond kif tmexxew mill-ispirtu qaddis.”