Ġeremija 23:1-40

23  “Gwaj għar-rgħajja li qed jeqirdu u jxerrdu n-nagħaġ tal-mergħa tiegħi!”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.  Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova, l-Alla taʼ Israel, kontra r-rgħajja li qed jirgħu lill-poplu tiegħu: “Intom xerridtu n-nagħaġ tiegħi; u komplejtu tferrxuhom, u ma ħadtux ħsiebhom.”+ “Issa jien se nieħu ħsiebkom minħabba l-ħażen taʼ l-għemejjel tagħkom,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.  “U niġbor flimkien il-fdal tan-nagħaġ tiegħi mill-artijiet kollha fejn kont xerridthom,+ u nġibhom lura fil-mergħa tagħhom,+ u jnisslu u joktru.+  U nqajjem fuqhom rgħajja li jirgħuhom tassew;+ u ma jibżgħux iktar, lanqas jitwerwru,+ u ħadd minnhom ma jintilef,” hija l-kelma taʼ Ġeħova.  “Ara! Ġej żmien,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “meta lil David inqajjimlu rimja ġusta.+ U jkun hemm sultan li jsaltan+ u jaġixxi bil-għaqal u jagħmel il-ġustizzja u s-sewwa fil-pajjiż.+  Fi żmienu Ġuda jiġi salvat,+ u Israel jgħammar fis-sigurtà.+ U hekk ikun jismu, Ġeħova Hu s-Sewwa Tagħna.”+  “Għalhekk, ara, ġej żmien,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “meta ma jgħidux iktar, ‘Ħaj Ġeħova li ħareġ lil ulied Israel mill-art taʼ l-Eġittu,’+  imma, ‘Ħaj Ġeħova li ħareġ u ġab lil ulied dar Israel mill-art tat-tramuntana u mill-artijiet kollha fejn xerridthom,’ u huma jgħammru f’arthom.”+  Qalbi maqsuma ġewwa fija minħabba l-profeti. Għadmi kollu jitriegħed. Sirt bħal raġel fis-sakra,+ u bħal raġel b’saħħtu li ħadu l-inbid, minħabba Ġeħova u minħabba l-kliem qaddis tiegħu. 10  Għax il-pajjiż imtela+ bl-adulteri.+ Minħabba s-saħta, il-pajjiż tnikket+ u l-mergħat tax-xagħri nixfu;+ il-mod kif jaġixxu hu ħażin, u setgħethom ma jużawhiex b’mod ġust. 11  “Għax kemm il-profeta u kemm il-qassis tniġġsu.+ Sa f’dari stess sibt il-ħażen tagħhom,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 12  “Għaldaqstant, triqithom issirilhom bħal postijiet jiżolqu+ fid-dlam, fejn jimbottawhom u jaqgħu.”+ “Għax inġib gwaj fuqhom, fis-sena li nitlob kont minnhom,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 13  “U fil-profeti tas-Samarija+ rajt affarijiet mhux xierqa. Huma qdew bħala profeti mqanqlin minn Bagħal,+ u jkomplu jġiegħlu lill-poplu tiegħi, iva, lil Israel, jiżvija.+ 14  U fil-profeti taʼ Ġerusalemm rajt affarijiet orribbli,+ għax jagħmlu adulterju+ u jimxu bil-gideb;+ u saħħew idejn il-ħżiena sabiex ħadd minnhom ma jerġaʼ lura+ minn ħżunitu. Għalija saru lkoll bħal Sodoma,+ u l-abitanti tagħha bħal Gomorra.”+ 15  Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova taʼ l-armati kontra l-profeti: “Ara, se nitmagħhom pjanta morra,* u nagħtihom jixorbu ilma vvelenat.+ Għax mill-profeti taʼ Ġerusalemm xterdet l-apostasija+ mal-pajjiż kollu.” 16  Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati: “Tisimgħux il-kliem tal-profeti li qed jipprofetizzawlkom.+ Dawn iwasslukom għall-frugħa.+ Huma jitkellmu skond il-viżjoni taʼ qalbhom,+ mhux skond dak li joħroġ minn fomm Ġeħova.+ 17  Lil dawk li m’għandhomx rispett lejja jgħidulhom darba wara l-oħra, ‘Ġeħova qal: “Sliem se jkollkom.”’+ U lil kulmin hu miexi wara l-ebusija taʼ qalbu+ qalulu, ‘M’hu ġej fuqkom l-ebda gwaj.’+ 18  Għax min minnhom kien fost il-ġemgħa taʼ ħbieb intimi+ taʼ Ġeħova u ra u semaʼ kelmtu?+ Min qagħad attent għall-kelma tiegħu u semagħha?+ 19  Ara! Se joħroġ ir-riefnu taʼ Ġeħova, il-korla tiegħu, iva, tempesta ddur u tagħqad.+ Fuq l-irjus tal-ħżiena se ddur u tagħqad.+ 20  Ir-rabja taʼ Ġeħova ma terġax lura qabel ma jkun għamel+ u wettaq l-ideat taʼ qalbu.+ Fl-aħħar parti tal-jiem intom se tikkunsidraw dan u tifhmuh ċar.+ 21  “Jien ma bgħatthomx lill-profeti, iżda huma telqu jiġru. Ma kellimthomx, iżda huma pprofetizzaw.+ 22  Kieku kienu fost il-ġemgħa taʼ ħbieb intimi tiegħi,+ kienu jsemmgħu kliemi lill-poplu tiegħi, u kienu jreġġgħuhom lura minn triqithom il-ħażina u mill-ħażen taʼ l-għemejjel tagħhom.”+ 23  “Forsi jien Alla meta nkun fil-qrib biss,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “u ma nkunx Alla meta nkun fil-bogħod?”+ 24  “Jew jistaʼ bniedem jinħeba f’xi moħba u jien ma narahx?”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. “Mhux jien nimliehom is-smewwiet u l-art?”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 25  “Jien smajt x’qalu l-profeti li qed jipprofetizzaw il-gideb f’ismi+ u jgħidu, ‘Kelli ħolma! Kelli ħolma!’+ 26  Kemm se jdum jeżisti dan fil-qalb tal-profeti li qed jipprofetizzaw il-gideb u li qed jipprofetizzaw l-ingann taʼ qalbhom?+ 27  Qegħdin jaħsbu kif lill-poplu tiegħi jistgħu jnissulu ismi bil-ħolm tagħhom, li l-ħin kollu jirrakkontawh lil xulxin,+ bħalma missirijiethom insew ismi minħabba Bagħal.+ 28  Il-profeta li jkollu ħolma, ħa jirrakkonta din il-ħolma; imma dak li għandu l-kelma tiegħi, ħa jitkellem il-kelma tiegħi bil-verità.”+ “X’għandu x’jaqsam it-tiben mal-qamħ?”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 29  “M’hijiex kelmti bħal nar,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, “u bħal martell tal-forġa li jfarrak il-blat?”+ 30  “Għaldaqstant, ara, jien kontra l-profeti,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, “kontra dawk li qed jisirqu kliemi, kull wieħed mingħand sieħbu.”+ 31  “Ara, jien kontra l-profeti,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “kontra dawk li qed jużaw ilsienhom biex jgħidu, ‘Din kelma mingħandu!’”+ 32  “Ara, jien kontra l-profeti li joħolmu ħolm falz,” hija l-kelma taʼ Ġeħova, “u li jirrakkontawh u jġiegħlu lill-poplu tiegħi jiżvija minħabba l-gideb+ u l-ftaħir tagħhom.”+ “Imma jien la bgħatthom u lanqas ikkmandajthom. Għalhekk, żgur li ma jkunux taʼ benefiċċju għal dan il-poplu,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova. 33  “U meta dan il-poplu jew dan il-profeta jew qassis jistaqsik, ‘X’inhi t-tagħbija* taʼ Ġeħova?’+ għidilhom, ‘“Intom it-tagħbija!*+ U jien se nabbandunakom,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.’ 34  U l-profeta jew il-qassis jew il-poplu li jgħid, ‘Din hi t-tagħbija taʼ Ġeħova!’ jien nitlob kont ukoll minn dak ir-raġel u min-nies taʼ daru.+ 35  Hekk jgħid kull wieħed minnkom lil sieħbu u kull wieħed minnkom lil ħuh, ‘X’wieġeb Ġeħova? U x’qal Ġeħova?’+ 36  Imma t-tagħbija+ taʼ Ġeħova ssemmuhiex iktar,+ għax għal kull wieħed minnkom it-tagħbija saret kelmtu stess,+ u intom biddiltu l-kliem taʼ l-Alla l-ħaj,+ Ġeħova taʼ l-armati, Alla tagħna. 37  “Hekk għidlu lill-profeta, ‘Xi tweġiba tak Ġeħova? U x’qal Ġeħova?+ 38  U jekk tibqgħu tgħidu, “Din hi t-tagħbija taʼ Ġeħova!” mela dan hu li qal Ġeħova: “Talli bqajtu tgħidu, ‘Din il-kelma hi t-tagħbija taʼ Ġeħova,’ meta jien bqajt nibgħat ngħidilkom, ‘Tgħidux: “Din hi t-tagħbija taʼ Ġeħova!”’ 39  arawni, se nitlaqkom żgur, u nwarrab għalkollox+ minn quddiemi lilkom u l-belt li tajt lilkom u lil missirijietkom.+ 40  U nitfaʼ fuqkom żebliħ u umiljazzjoni għal żmien indefinit, li ma jintesewx.”’”+

Noti taʼ taħt

Letteralment, “assenzju.”
Il-kelma Ebrajka għal “tagħbija” għandha żewġ tifsiriet. Tistaʼ tirreferi għal messaġġ divin li hu serju, jew għal tagħbija letterali. Biex iwieġeb il-mistoqsija tal-poplu, Ġeremija ntqallu jwieġeb b’logħob tal-kliem.
Jew, “X’inhu l-messaġġ serju?”