Ġob 10:1-22
10 “Jien nobgħod* lil ħajti.
Mhux se nżomm lura milli ngerger.
Se nitkellem dwar il-problemi tiegħi!*
2 Jien ngħid lil Alla, ‘Tgħidx li jien ħati.
Għidli għala qed teħodha kontrija.
3 X’se tieħu billi taħqarni?
Għala ma tqisux taʼ valur dak li għamilt int,Filwaqt li taqbel mal-pjanijiet tal-ħżiena?
4 Għandek int għajnejn bħal tal-bnedmin,Tistaʼ tara bħalma naraw aħna?
5 Hija l-ħajja tiegħek qasira bħal tal-bnedmin,Tgħix int għal ftit snin bħan-nies,
6 Biex ħa toqgħod tfittex l-iżball tiegħiU tara jekk dnibtx?
7 Int taf li m’iniex ħati;U li ħadd ma jistaʼ jeħlisni minnek.
8 Int stess għamiltni,Imma issa se teqridni għalkollox.
9 Jekk jogħġbok, ftakar li int mit-tafal għamiltni,Imma issa se tibgħatni lura fit-trab.
10 Mhux int qegħedtni f’żaqq ommiU fformajtni hemmhekk?*
11 Int libbistni bil-ġilda u l-laħam,U għaqqadtni flimkien bl-għadam u n-nervituri.
12 Int tajtni l-ħajja u wrejtni mħabba u lealtà;*Ipproteġejtni u ħadt ħsiebi.*
13 Imma kellek il-ħsieb li tagħmilli affarijiet ħżiena bil-moħbi.*
Naf li int għamilthom.
14 Jekk nidneb, żgur tarani,U ma taħfirlix l-iżbalji tiegħi.
15 Ħażin għalija jekk jien ħati!
U anki jekk jien innoċenti, ma nażżardax ngħolli rasi,Għax ġejt iddiżonorat bil-kbir u għandi ħafna problemi.
16 Jekk ngħolli rasi, int tikkaċċjani bħalma jagħmel iljun,U terġaʼ tuża s-saħħa tiegħek kontrija.
17 Int iġġib iktar xhieda kontrijaU tirrabja iktar miegħi,Hekk kif niffaċċja problema wara oħra.
18 Allura għala ħallejtni nitwieled?
Aħjar mitt qabel ma rani xi ħadd.
19 Kieku kont nittieħed direttament fil-qabar;Kont inkun qisni qatt ma eżistejt.’
20 Mhux ftit fadalli ħaj? Ħa jħallini waħdi Alla;Ħa ma jibqax iħares lejja, biex inkun nistaʼ nieħu r-ruħ.*
21 Jien daqt sejjer fil-post fejn hemm dlam ċappa*U ma nerġax niġi.
22 Dan il-post hu mdallam għalkollox.
Fih hemm biss dlam u diżordniU anki d-dawl hu bħad-dlam.”
Noti taʼ taħt
^ Jew “Ruħi tobgħod.”
^ Jew “bl-imrar taʼ ruħi!”
^ Letteralment “Mhux bħall-ħalib ferrajtni u bħall-ġobon għaqqadtni?”
^ Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “Ipproteġejt u ħadt ħsieb l-ispirtu tiegħi; ħajti; in-nifs tiegħi.”
^ Letteralment “U dawn l-affarijiet int ħbejthom fʼqalbek.”
^ Jew “nifraħ ftit.”
^ Jew “id-dlam u d-dell tal-mewt.”