Ġob 16:1-22

  • It-tweġiba taʼ Ġob (1-22)

    • “Minflok tfarrġuni qed iġġegħluni nbati iktar!” (2)

    • Jgħid li Alla jispara l-vleġeġ tiegħu lejh (12)

16  Ġob wieġeb:   “Diġà smajt ħafna affarijiet bħal dawn. Minflok tfarrġuni qed iġġegħluni nbati iktar!   Se tieqfu tparlaw fil-vojt? X’ġiegħlek twieġeb b’dan il-mod Elifaż?   Anki jien nistaʼ nitkellem bħalkom. Li kieku kontu fis-sitwazzjoni tiegħi,*Stajt ngħid ħafna affarijiet kontrikom,U nħares lejkom u nxengel rasi.   Imma minflok, kont ninkuraġġikom bi kliemi,U l-kliem taʼ faraġ li ngħid iġibilkom serħan.   Jekk nitkellem, l-uġigħ tiegħi ma jonqosx,U jekk ma nitkellimx, xorta nibqaʼ muġugħ.   Imma Alla ħadli saħħti;Hu qered lil dawk taʼ dari.*   Hu qed iġegħelni nbati, u n-nies jistgħu jarawh dan. Tant jien irqiq li n-nies jaħsbu li jien ħati.   Hu jobgħodni u fir-rabja tiegħu qattagħni biċċiet. Hu jheżżeż snienu għalija. L-għadu tiegħi jħares lejja b’rabja bil-ħsieb li jweġġagħni. 10  Huma fetħu ħalqhom beraħ biex jibilgħuni,Tawni daqqa taʼ ħarta biex iwaqqgħuni għaċ-ċajt;Inġabru ħafna f’daqqa kontrija. 11  Alla jħallini niġi attakkat minn grupp subien,U jagħtini f’idejn il-ħżiena. 12  Jien ma kelli problemi taʼ xejn, imma f’daqqa waħda rrovinali ħajti;Hu qabadni minn għonqi u farrakni,Imbagħad spara l-vleġeġ tiegħu lejja. 13  L-arċiera tiegħu jduruni;Hu jinfidli l-kliewi u ma jitħassarnix;Hu jitfaʼ mal-art il-likwidu morr li għandi fil-fwied. 14  Hu jagħmilli ferita fuq oħra;Jiġri lejja bħal gwerrier. 15  Jien ħitt id-drapp tal-ixkora flimkien biex ngħatti l-ġilda tiegħi,Tant tlift id-dinjità* li qiegħed bilqiegħda fit-trab. 16  Wiċċi aħmar bil-biki,U taħt għajnejja iswed,* 17  Avolja jien qatt ma weġġajt lil ħadd,U nitlob b’mod sinċier. 18  Jalla l-art ma tgħattix id-demm tiegħi! Biex b’hekk ikun jistaʼ jgħajjat f’ismi. 19  Dak li jistaʼ jixhed li m’iniex ħati qiegħed fis-sema;Il-wieħed li qiegħed fis-sema jistaʼ jaqbeż għalija. 20  Sħabi qed iwaqqgħuni għaċ-ċajtHekk kif nitlob lil Alla bid-dmugħ f’għajnejja.* 21  Ħa jkun hemm xi ħadd li jirranġa l-affarijiet bejni u bejn Alla,Bħalma wieħed jagħmel bejn tnejn min-nies. 22  Għax ftit snin fadalli ħaj,Imbagħad immur u ma nerġax niġi.

Noti taʼ taħt

Jew “kieku ruħkom kienet flok ruħi.”
Jew “dawk li jinġabru miegħi.”
Jew “saħħa.”
Jew “għandi d-dell tal-mewt.”
Jew forsi “b’għajnejja għajjenin.”