Ġob 19:1-29
19 Ġob wieġeb:
2 “Kemm se ddumu ddejquni,*U tgħidu affarijiet li jweġġgħuni?
3 Din l-għaxar darba li għajjartuni.
Ma tistħux tittrattawni bl-aħrax?
4 Jekk vera żbaljajt,Lest li nbati l-konsegwenzi.
5 Jekk se tibqgħu tittrattawni b’arroganza,U tgħidu li ħaqqni niġi umiljat minħabba l-problemi li għandi,
6 Kunu afu li Alla ttrattani b’mod inġust,U qabadni fix-xibka tiegħu.
7 Jien nibqaʼ ngħajjat minħabba t-tbatija tiegħi, imma ħadd ma jwiġibni;Nibqaʼ ngħajjat għall-għajnuna, imma ħadd ma jaqbeż għalija.
8 Hu għalaqli t-triq b’ħajt tal-ġebel, u ma nistax ngħaddi;Dallam it-toroq tiegħi.
9 Hu neħħieli l-glorja tiegħi,U neżżagħli l-kuruna.
10 Hu jkissirni minn kull naħa sakemm iġibni fix-xejn;Jiħodli t-tama, qisni siġra maqlugħa mill-għeruq.
11 Hu jirrabja ħafna miegħi,U jqisni bħala l-għadu tiegħu.
12 Is-suldati tiegħu jinġabru u jippreparaw biex jattakkawniHuma jikkampjaw madwar it-tinda tiegħi.
13 Lil dawk li jiġu minni keċċiehom ’il bogħod minni,U dawk li jafuni, evitawni.
14 Il-ħbieb tal-qalb tiegħi* telqu,Sħabi ma jiftakrunix iktar.
15 Il-mistidnin u l-qaddejja tiegħi jqisuni bħala stranġier;F’għajnejhom sirt barrani.
16 Ngħajjat lill-qaddej tiegħi, imma ma jwiġibxAvolja nitolbu biex iħenn għalija.
17 In-nifs tiegħi sar iqażżiżha lil marti,Ħuti stess* ma jiġux lejja tant kemm ninten.
18 Anki tfal żgħar jobogħduni;Meta nqum jgħadduni biż-żmien.
19 Il-ħbieb tal-qalb kollha tiegħi ma jaħmlunix,U dawk li kont inħobb daru kontrija.
20 Jien sirt għadma u ġilda,U naħrab il-mewt bi żbrixx.
21 Ħennu għalija ħbieb tiegħi, ħennu għalija,Għax Alla ġegħelni nbati.*
22 Għala tibqgħu tippersegwitawni bħalma jagħmel Alla,U tattakkawni bla ma tieqfu?*
23 Mank inkiteb kliemi!
Mhux li kien tniżżel fi ktieb!
24 Kemm nixtieq li ġie mnaqqax għal dejjem fuq il-blat,B’xafra tal-ħadid u biċ-ċomb!
25 Għax jien naf sew li hemm wieħed li se jixtrini lura;*Hu ġej iktar tard u se jqum fuq it-trab.*
26 U wara li l-marda teqridli l-ġilda,U waqt li nkun għadni ħaj, jien se nara lil Alla.
27 Lilu jien se narah personalment.
Jien se narah, u mhux ħaddieħor.
Imma minn ġewwa nħossni mkisser għalkollox.
28 Għax intom tgħidu, ‘Mela aħna qed nippersegwitawh?’
Bħallikieku kollox hu tort tiegħi.
29 Messkom tibżgħu mix-xabla,Għax jekk tiżbaljaw, se tiġu kkastigati biha;Għandkom tkunu tafu li hemm imħallef.”
Noti taʼ taħt
^ Jew “iddejquli ruħi.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “Dawk li jiġu minni.”
^ Letteralment “It-tfal tal-ġuf tiegħi,” jiġifieri l-ġuf li kont fih (ġuf ommi).
^ Letteralment “Għax id Alla messitni.”
^ Letteralment “U ma tixbgħux b’laħmi?”
^ Jew “jifdini.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “fuq l-art.”