Ġob 21:1-34
21 Ġob wieġeb:
2 Isimgħu sew dak li se ngħidilkom;Għall-inqas farrġuni b’dan il-mod.
3 Ħudu paċenzja bija sakemm nitkellem;Wara tistgħu twaqqgħuni għaċ-ċajt.
4 Jien mhux qed ingerger maʼ xi bniedem.
Għax kieku diġà tlift il-paċenzja.
5 Ħarsu lejja u stagħġbu;U ibqgħu b’ħalqkom magħluq.
6 Meta naħseb minn xiex għaddejt, inħossni mħawwadU taqbadni rogħda maʼ ġismi kollu.
7 Għala l-ħżiena jibqgħu ħajjin,Jixjieħu, u jsiru sinjuri?*
8 It-tfal tagħhom dejjem ikunu magħhom,U huma jaraw lil dawk li se jiġu minnhom.
9 Huma protetti fi djarhom u m’għandhomx għalfejn jibżgħu.
U Alla ma jikkastigahomx.
10 Il-barrin tagħhom ikollhom ħafna frieħGħax il-baqar ma jkorrux.
11 Is-subien tagħhom jiġru barra bħal merħla nagħaġ,U t-tfal tagħhom jaqbżu u jilagħbu ferħanin.
12 Huma jkantaw waqt li jdoqqu t-tanburlin u l-arpaU jifirħu xħin jisimgħu l-flawt.
13 Huma jqattgħu ħajjithom jixxalawU jmutu* mingħajr ma jbatu.*
14 Imma lill-Alla l-veru jgħidulu, ‘Ħallina bi kwietna!
Ma nixtiqux insiru nafu dak li tgħallem.
15 Min hu Dak li Jistaʼ Kollox biex aħna naqduh?
X’se nieħdu billi nsiru nafuh?’
16 Imma jien naf li huma m’għandhomx kontroll fuq dak li se jiġri.
Jien bl-ebda mod mhu se naħseb* bħall-ħżiena.
17 Kemm-il darba tintefa l-lampa tal-ħżiena?
Kemm-il darba jiġi diżastru fuqhom?
Kemm-il darba jeqridhom Alla f’mument taʼ rabja?
18 Qatt se jkunu bħal tibna li ttir mar-riħU qoxra taʼ żerriegħa li jtajjarha riefnu?
19 Alla se jikkastiga lit-tfal minħabba l-iżball taʼ missierhom.
Imma jalla jikkastiga lilu wkoll ħalli jkun jaf li għamel il-ħażin.
20 Jalla jara lilu nnifsu sejjer lura,U jħoss* ir-rabja taʼ Dak li Jistaʼ Kollox.
21 Għala għandu jimpurtah x’se jiġri lit-tfal tiegħuJekk se jmut qabel il-waqt?*
22 Jekk Alla hu l-wieħed li jiġġudika lil dawk taʼ pożizzjoni għolja,Min jistaʼ jgħallmu xi ħaġa?*
23 Bniedem imut meta jkun għadu b’saħħtuMeta jkun fil-paċi u ma jkollux inkwiet,
24 Meta koxxtejh ikunu kbarU l-għadam tiegħu b’saħħtu.*
25 Imma bniedem ieħor imut waqt li jkollu ħafna inkwiet,*Mingħajr ma jkun esperjenza affarijiet sbieħ.
26 Imma t-tnejn li huma se jmorru lura lejn it-trab,U jittieklu mid-dud.
27 Jien naf eżatt x’qed taħsbuU x’qed tippjanaw biex turu li m’għandix raġun.*
28 Għax intom tgħidu, ‘Fejn hi d-dar tar-raġel importanti,U fejn hi t-tinda li kien joqgħod fiha l-wieħed ħażin?’
29 Ma staqsejtuhomx lil dawk li jivvjaġġaw?
Ma temmnux dak li jgħidu,*
30 Li l-bniedem mill-agħar ma jbatix meta jkun hemm diżastruU jkun salvat meta Alla jirrabja?
31 Min se jgħidlu f’wiċċu li qabad triq ħażina?
U min se jikkastigah għal dak li għamel?
32 Hu se jindifen f’ċimiterju,U se jkun hemm l-għassa fuq il-qabar tiegħu.
33 Hu qed jistrieħ fil-paċi fl-art tal-wied.*
U n-nies tad-dinja huma kollha għal warajh*Bħalma ġara lil ħafna u ħafna nies taʼ qablu.
34 Għalhekk, m’intomx tfarrġuni bi kliemkom,M’għedtu xejn ħlief gideb.”
Noti taʼ taħt
^ Jew “b’saħħithom.”
^ Jew “jinżlu fil-Qabar” jew “f’Xeol.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “f’mument,” jiġifieri jmutu malajr u mingħajr uġigħ.
^ Jew “nippjana.”
^ Letteralment “jixrob.”
^ Jew “Jekk ix-xhur tiegħu jinqatgħu min-nofs?”
^ Jew “jgħallem l-għerf lil Alla?”
^ Letteralment “il-mudullun tal-għadam tiegħu hu tari.”
^ Jew “ruħu mimlija mrar.”
^ Jew forsi “biex taġixxu bil-vjolenza kontrija.”
^ Letteralment “Ma tagħrfux is-sinjali tagħhom.”
^ Letteralment “Il-biċċiet tal-ħamrija tal-wied se jkunu pjaċevoli għalih.”
^ Letteralment “U jkaxkar lin-nies kollha warajh. ”