Ġob 24:1-25
24 “Dak li Jistaʼ Kollox għala m’għażilx il-jum taʼ ġudizzju?
Dawk li jafuh għala mhumiex jaraw il-ġurnata tiegħu?
2 In-nies imexxu l-marka tal-fruntiera għal ġol-art taʼ ħaddieħor;Huma jieħdu l-imrieħel taʼ ħaddieħor biex iżidu maʼ dak li għandhom.
3 Jieħdu l-ħmar tal-orfni*U l-barri tal-armla bħala garanzija taʼ self.
4 Ikeċċu lill-foqra mit-toroq;Iġegħluhom jaħarbu bil-biżaʼ.
5 Il-foqra joħorġu jfittxu l-ikel bħal ħmir slavaġ fix-xagħri.
Huma jfittxu l-ikel fid-deżert għat-tfal tagħhom.
6 Huma jkollhom jaħdmu fl-għelieqi taʼ ħaddieħor* biex jieklu,U jlaqqtu mill-għelieqi tad-dwieli tan-nies ħżiena.
7 Huma jqattgħu l-lejl mingħajr ħwejjeġ,M’għandhomx biex jitgħattew fil-kesħa.
8 Huma mxarrbin għasra bix-xita li nieżla fuq il-muntanja,Joqogħdu viċin tal-blat għax m’għandhomx fejn jistkennu.
9 It-tfal bla missier jittieħdu minn maʼ sider ommhom;Il-ħżiena jieħdu l-ħwejjeġ tal-foqra bħala garanzija taʼ self.
10 B’hekk jispiċċaw għarwenin u bil-ġuħ,Hekk kif iġorru l-qatet taċ-ċereali.*
11 Fl-eqqel tax-xemx, huma jaħdmu bejn il-ħitan tal-għelieqi fuq l-għoljiet;*Huma jagħsru l-għeneb, imma xorta jkunu bil-għatx.
12 Dawk li qed imutu, jibqgħu jibku ġol-belt,U dawk* imweġġgħin serjament jgħajtu għall-għajnuna,Imma Alla ma jimpurtahx minn dan.*
13 Hemm dawk li jirribellaw kontra d-dawl;Huma ma jagħrfux it-triqat tiegħu,U ma jimxux fihom.
14 Il-qattiel iqum xħin jisbaħ,Hu joqtol lill-batut u lill-fqir;Imbagħad billejl imur jisraq.
15 Min jagħmel adulterju jistenna sa ma jidlam,U jgħid, ‘Min se jarani?’
U jgħatti wiċċu.
16 Fid-dlam, il-ħallelin jidħlu* fid-djar;Imma matul il-ġurnata jibqgħu fid-dar tagħhom.
Huma jevitaw id-dawl.
17 Huma jibżgħu minn filgħodu daqskemm in-nies jibżgħu minn filgħaxija,Imma huma mdorrijin b’dak li jbeżżaʼ lin-nies filgħaxija.
18 Minkejja dan, huma jinġarru malajr mill-ilmijiet.*
L-art li għandhom se tkun misħuta.
Mhumiex se jerġgħu lura lejn l-għelieqi tad-dwieli tagħhom.
19 Bħalma l-borra tinħall u tisparixxi meta tkun ħafna sħana,Hekk se jisparixxi fil-Qabar* dak li jidneb!
20 Ommu* se tinsieh; id-dud se jiekol ikla tajba,Ħadd mhu se jiftakru iktar.
Dak li mhuwiex ġust se jitqaċċat bħalma titqaċċat siġra.
21 Il-mara li ma jistax ikollha tfal issir il-vittma tiegħu,U lill-armla jittrattaha ħażin.
22 Alla se juża s-saħħa tiegħu biex jeqred lil dawk b’saħħithom;Għalkemm jistaʼ jkollhom pożizzjoni għolja, m’għandhomx garanzija li se jgħixu.
23 Alla jħallihom isiru fiduċjużi u ċerti minn dak li qegħdin jagħmlu,Imma hu jżomm għajnejh fuq kulma qed jagħmlu.*
24 Huma jkunu importanti għal ftit, imma ma jibqgħux,Huma bħall-parti taʼ fuq tal-qamħ li tinqataʼ u tinġabar,Jitqiesu bħal nies komuni u jmutu bħal ħaddieħor.
25 Issa min jistaʼ joħroġni taʼ giddiebJew ma jaqbilx maʼ dak li għedt?”
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “tat-tfal bla missier.”
^ Jew forsi “jaħsdu l-ħaxix fl-għalqa.”
^ Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.
^ Jew forsi “jagħsru ż-żebbuġ bejn il-ħitan imtarrġin.”
^ Jew “Ir-ruħ taʼ dawk.”
^ Jew forsi “Alla ma jakkuża lil ħadd bil-ħażen.”
^ Letteralment “iħaffru.”
^ Letteralment “Hu ħafif fuq wiċċ l-ilmijiet.”
^ Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Letteralment “Il-ġuf.”
^ Letteralment “fuq triqathom.”