Ġob 26:1-14
26 Ġob wieġeb:
2 “Għaxxaqtni b’kemm għent lid-dgħajjef!
U b’kemm salvajt lil dak bla saħħa!
3 X’parir tajjeb tajtu lil dak li m’għandux għerf!
Kemm kont ħafif biex turi s-sens komun* tiegħek!
4 Maʼ min qed tipprova titkellem?
U min ispirak biex tgħid dawn l-affarijiet?*
5 Il-mejtin, li ma jistgħu jagħmlu xejn, jirtogħdu quddiem Alla;Huma qegħdin ħafna iktar ’l isfel mill-ilmijiet u dak li hemm fihom.
6 Fil-Qabar* m’hemm xejn moħbi minn Alla,Hu jara kollox fil-post tal-qerda.*
7 Hu firex is-sema* fuq il-vojt,Dendel id-dinja fuq ix-xejn;
8 Hu jgeżwer l-ilmijiet fis-sħab tiegħuB’tali mod li s-sħab ma jinfaqax bit-toqol.
9 Hu jgħatti t-tron tiegħuBilli jpoġġi s-sħaba tiegħu quddiemu.
10 Hu għamel linja* bejn is-sema u l-baħar,Hu fired id-dawl mid-dlam.
11 Il-kolonni tas-sema jitheżżuU jirtogħdu meta jgħolli leħnu.
12 Hu jċaqlaq il-baħar bis-saħħa tiegħu,U bl-għerf tiegħu jfarrak lill-monstru tal-baħar.*
13 Bin-nifs* tiegħu jneħħi s-sħab mis-sema.
Hu joqtol is-serp li diffiċli biex taqbad.*
14 Dawn huma biss ftit mill-affarijiet li għamel,Tikka żgħira smajna dwaru!
Allura min jistaʼ jifhem kif jagħmel ir-ragħad qawwi?”
Noti taʼ taħt
^ Jew “l-għerf prattiku.”
^ Letteralment “U taʼ min hu n-nifs (l-ispirtu) li ħareġ minnek?”
^ Jew “F’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “f’Abaddon.”
^ Letteralment “it-Tramuntana.”
^ Jew “immarka l-orizzont.” Letteralment “ċirku.”
^ Letteralment “lil Raħab.”
^ Jew “Bir-riħ.”
^ Jew “li jitkaxkar ħelu ħelu.”