Ġob 27:1-23
27 Ġob kompla jgħid:
2 “Naħlef bl-Alla l-ħaj, li ttrattani b’inġustizzja,U b’Dak li Jistaʼ Kollox, li għamilli ħajti* miżerja,
3 Li sakemm nibqaʼ nieħu n-nifs,U jkolli fija n-nifs mingħand Alla,
4 M’iniex se nigdebU lanqas inqarraq bi kliemi!
5 Lanqas jgħaddili minn moħħi li ngħid li intom nies sewwa!
Jien se nibqaʼ leali lejn Alla* sakemm immut!
6 Jien se nibqaʼ ġust akkost taʼ kollox;Il-kuxjenza tiegħi mhux se tniggiżni* sakemm indum ħaj.
7 Jalla l-għedewwa tiegħi jispiċċaw bħall-ħżiena,U dawk li jattakkawni jsiru bħan-nies mhux ġusti.
8 Għax x’tama jkollu l-ħażin* meta jinqered,Meta Alla jiħodlu ħajtu?*
9 Se jisimgħu Alla meta jgħajjat għall-għajnunaGħax ikun qed ibati?
10 Bniedem bħal dan se jieħu pjaċir b’Dak li Jistaʼ Kollox?
Se jitlob l-għajnuna t’Alla kull darba?
11 Jien se ngħallimkom dwar is-saħħa li għandu* Alla;Mhu se naħbi xejn minnkom dwar Dak li Jistaʼ Kollox.
12 Jekk ilkoll kemm intom rajtu viżjonijiet,Għala dak li qed tgħidu ma jagħmilx sens?
13 Il-konsegwenzi tal-ħżiena,Il-wirt li se jagħtihom Dak li Jistaʼ Kollox hu dan:
14 Jekk ikollu ħafna tfal, dawn se jmutu bix-xabla,U dawk li se jiġu minnu mhux se jkollhom ikel biżżejjed.
15 Min jibqaʼ ħaj minnhom se jmut b’marda kiefra,U n-nisa tagħhom mhux se jibkuhom.
16 Hu għandu mnejn jiġbor il-fidda bħallikieku trab,U jkollu ħwejjeġ taʼ kwalità daqs munzell tafal.
17 Għalkemm ikun ġabarhom hu,Ir-raġel ġust se jilbes dawn il-ħwejjeġ,U l-innoċenti se jaqsmu l-fidda bejniethom.
18 Id-dar li jibni hi fraġli bħal dik taʼ insett,Bħal tinda li għassies jagħmel biex jistkenn.
19 Hu se jorqod sinjur, imma ma jiġbor xejn fil-ħsad;Meta jqum ma jsib xejn.
20 Il-biżaʼ tiġi fuqu bħal dulluvju;Maltempata taħtfu billejl.
21 Riħ mil-Lvant ikaxkru, u ma jeżistix iktar;Dan jikinsu minn fejn joqgħod.
22 Ir-riħ jiġi għal fuqu bis-saħħa u bla ħnienaHekk kif hu jagħmel minn kollox biex jaħrab minnu.
23 Ir-riħ bħallikieku jwaqqgħu għaċ-ċajtU jgħaddi ż-żmien bih minn postu.*
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “ruħi.”
^ Jew “Jien ma nwarrabx minni l-integrità tiegħi.”
^ Jew “Qalbi mhux se tikkundannani.”
^ Jew “l-apostat.”
^ Jew “ruħu.”
^ Jew forsi “ngħallimkom b’id.”
^ Jew forsi “In-nies iċapċpulu u jsaffrulu minn fejn ikunu.”