Ġob 28:1-28

  • Ġob iqabbel it-teżori tal-art mal-għerf (1-28)

    • Ix-xogħol fil-minjiera (1-11)

    • L-għerf jiswa iktar mill-perli (18)

    • ‘L-għerf veru jfisser li jkollok rispett kbir lejn Ġeħova’ (28)

28  “Hemm post fejn iħaffru għall-fiddaU post fejn jirfinaw id-deheb;   Il-ħadid jiħduh mit-trabU r-ram mill-blat.   Il-bniedem jieħu d-dawl fejn hemm id-dlam;Hu jmur f’post fejn hemm dlam ċappaBiex isib metall taʼ valur bħal dan.*   Hu jħaffer mina ’l bogħod minn fejn jgħixu n-nies,F’postijiet imwarrbin li n-nies ma jimxux fihom;Xi nies jinżlu jaħdmu fiha mdendlin b’ħabel.   Il-wiċċ tal-art jipproduċi l-ikel;Imma minn taħt qisha mqallba bin-nar.*   Hemm isfel, fil-ġebel, hemm iż-żaffir,U fit-trab hemm id-deheb.   Ebda għasfur tal-priża ma jaf kif jasal hemm;L-astun iswed qatt ma ra dan il-post.   L-ebda annimal feroċi ma mexa hemm;L-iljun b’saħħtu m’għaddiex minn hemm.   Raġel ikisser il-ġebel taż-żnied;Hu jaqleb il-muntanji għax iħaffer taħthom. 10  Hu jħaffer fil-blat biex jgħaddi l-ilma,U jara kull ħaġa prezzjuża. 11  Hu jagħmel ilqugħ biex iżomm l-ilma tax-xmajjar,U joħroġ fid-dawl affarijiet prezzjużi. 12  Imma l-għerf fejn tistaʼ ssibu? Minn fejn ġejja l-abbiltà li tifhem? 13  Ebda bniedem ma jaf kemm jiswa verament l-għerf,U ma jistaʼ jinstab imkien fid-dinja. 14  Dan mhuwiex fl-ilmijiet fondi,U lanqas fil-baħar. 15  Ma jistax jinxtara bid-deheb pur,U lanqas ma jistaʼ jitpartat maʼ ħafna fidda. 16  Ma jistax jinxtara bid-deheb fin,*U lanqas b’ħaġar rari tal-oniċi u ż-żaffir. 17  Id-deheb u l-ħġieġ ma jistgħux jitqabblu miegħu,Lanqas skutella tad-deheb fin* ma tistaʼ titpartat miegħu. 18  Il-korall u l-kristall ma jibdewx miegħu,Għax l-għerf jiswa iktar minn basket mimli perli. 19  It-topazju taʼ Kus ma jistax jitqabbel miegħu;Lanqas bid-deheb pur ma jistaʼ jinxtara. 20  Imma minn fejn ġej l-għerf? Minn fejn ġejja l-abbiltà li tifhem? 21  L-għerf ġie moħbi minn kull ħaġa ħajja,U hu moħbi mill-għasafar. 22  Il-qerda u l-mewt jgħidu,‘Smajna biss għajdut dwar l-għerf.’ 23  Imma Alla jaf fejn isibu;Hu biss jaf fejn qiegħed, 24  Għax hu jara sa truf l-art,U jara kull ħaġa mis-sema ’l isfel. 25  Meta ta l-qawwa lir-riħU kejjel l-ilmijiet, 26  Meta għamel l-istaġuni tax-xitaU passaġġ għall-maltempata bis-sħab u s-sajjetti tagħha, 27  Hu ra l-għerf f’xogħlu u spjegah;Hu ħalaq l-għerf u ttestjah. 28  U qal lill-bnedmin,‘L-għerf ifisser li jkollok rispett kbir lejn* Ġeħova,U li tkun kapaċi tifhem ifisser li titbiegħed mill-ħażin.’”

Noti taʼ taħt

Letteralment “il-ħaġar.”
Milli jidher qed jirreferi għax-xogħol fil-minjiera.
Jew “bid-deheb taʼ Ofir.”
Jew “irfinut.”
Letteralment “li tibżaʼ minn.”