Ġob 41:1-34

  • Alla jiddeskrivi l-kukkudrill tal-għaġeb (1-34)

41  “Tistaʼ taqbad Levjatan* b’sunnara,Jew iżżommlu lsienu b’ħabel?   Tistaʼ tgħaddilu ħabel* mit-toqob taʼ mnieħru,Jew ittaqqablu x-xedaq b’ganċ?*   Se jitolbok biex tħenn għalih? Se joqgħod ikellmek bil-ħlewwa?   Sejjer hu jagħmel patt miegħekBiex tagħmlu lsir tiegħek għal dejjem?   Se tilgħab miegħu bħalma tilgħab m’għasfur? Se torbtu b’ċinga biex jilagħbu miegħu l-bniet tiegħek?   Se jbigħuh is-sajjieda? Se jaqsmuh bejniethom in-negozjanti?   Se ttaqqablu l-ġilda tiegħu b’ħafna vleġeġ,Jew rasu b’lanza tas-sajd?   Poġġi jdejk fuqu u żgur tiftakarha l-ġlieda! Qatt ma terġaʼ tagħmel hekk!   Jekk se tipprova trażżnu mhux se jirnexxilek. Anki jekk tarah biss, se titwerwer u taqaʼ mal-art. 10  Ħadd ma jażżarda jqajmu. Allura min jistaʼ jiħodha kontrija? 11  Min tani xi ħaġa biex ikolli nagħtih xi ħaġa lura? Kulma hemm taħt is-sema hu tiegħi. 12  Se nkompli nitkellem dwar saqajh,Dwar il-qawwa tiegħu, u dwar id-disinn impressjonanti taʼ ġismu. 13  Min se jirnexxilu jaqlaʼ l-ġilda ħoxna tiegħu? Min se jersaq viċin ħalqu? 14  Min jistaʼ jiftaħlu x-xedaq kbir tiegħu? Is-snien tiegħu huma tal-biżaʼ. 15  Fuq dahru għandu ringieli taʼ tarki*Li huma marbutin sew flimkien. 16  Tant huma viċin xulxinLi lanqas l-arja ma tgħaddi minn bejniethom. 17  Huma mwaħħlin flimkien;Imqabbdin waħda m’oħra u ma jistgħux jiġu sseparati. 18  Meta jagħtas qisu joħroġ id-dawl,U għajnejh qishom ir-raġġi taʼ meta jibda jisbaħ. 19  Minn ħalqu joħroġ id-dawl tas-sajjettiU xrar tan-nar. 20  Minn imnieħru joħroġ id-duħħan,Bħad-duħħan taʼ forn li jitfgħulu l-ħaxix biex iqabbduh. 21  In-nifs tiegħu jqabbad il-faħam,U minn ħalqu toħroġ fjamma. 22  Hu għandu saħħa kbira f’għonqu,U kull min jiltaqaʼ miegħu jibżaʼ ħafna. 23  Is-saffi tal-ġilda taʼ taħt żaqqu huma sodi;Huma bħal ħadid li ma jistax jitneħħa. 24  Qalbu b’saħħitha* daqs ġebla,Daqs ġebla taʼ taħt tal-mitħna. 25  Meta jqum, anki dawk b’saħħithom jitwerwru;Meta jgħum jgħaġġel ibeżżagħhom. 26  La x-xabla, la l-lanza, la l-vleġġaU lanqas xi arma oħra ma tistaʼ tweġġgħu. 27  Għalih, il-ħadid qisu tiben,Ir-ram qisu njam immermer. 28  Hu mhux se jaħrab jekk jara vleġġa;Il-ġebel tal-iżbandola jsir qisu tiben meta jaħbat miegħu. 29  Lasta ħoxna tal-injam iqisha bħal tiben,U hu jidħaq b’min ixejjirlu l-lanza. 30  Żaqqu qisha biċċiet tal-fuħħar jaqtaʼ;Minn fejn jgħaddi jħalli marki fit-tajn bħas-slitta tad-dris. 31  Meta jidħol fil-baħar, l-ilma jtellaʼ r-ragħwa;Ikun bħal borma b’żejt jagħli. 32  Minn fejn jgħaddi jħalli l-ilma jleqq,U l-ilma fond jiġi qisu għandu xagħar abjad. 33  M’hemmx bħalu fuq l-art,Ġie maħluq biex ma jibżaʼ minn xejn. 34  Hu jħares bla biżaʼ taʼ xejn lejn l-annimali kburin. Hu r-re fuq l-annimali slavaġ b’saħħithom.”

Noti taʼ taħt

Jistaʼ jkun kukkudrill.
Dan jirreferi għal ħabel magħmul minn ħaxix niexef.
Letteralment “b’xewka.”
Jew forsi “Ir-ringieli taʼ tarki huma l-kburija tiegħu.”
Letteralment “iebsa.”