Ġob 7:1-21

  • Ġob ikompli jwieġeb (1-21)

    • Il-ħajja hi bħal xogħol taʼ bilfors (1, 2)

    • “Għala moħħok fija?” (20)

7  “Il-ħajja taʼ bniedem hi bħal xogħol taʼ bilfors,U l-ġranet tiegħu huma bħal taʼ ħaddiem mikri.   Bħal ilsir, hu jixtieq li l-ġurnata tispiċċa,U bħal ħaddiem mikri, hu jistenna ħlasu.   Bl-istess mod, għal ħafna xhur ħajti kienet għalxejn,U qattajt ħafna ljieli mdejjaq.   Meta nimtedd ngħid, ‘Iġri jisbaħ!’ Għax mal-lejl nixbaʼ nitqalleb ’l hemm u ’l hawn sa filgħodu.   Il-ġilda tiegħi mtliet bid-dud u bit-trab;Hi mimlija qoxra u materja.   Il-ġranet tiegħi qed jgħaddu malajr ħafna,Ħajti qed tispiċċa u m’għandi ebda tama.   Ftakar* li ħajti hi bħar-riħ;U li qatt mhu se nerġaʼ nkun ferħan.   M’intix se tibqaʼ tarani;Se tfittixni, imma mhux se nkun hawn.   Bħal sħaba li tisparixxi,Min imur fil-Qabar* ma jiġix lura. 10  Hu mhux se jerġaʼ lura d-dar tiegħu,U n-nies mhux se jibqgħu jiftakruh. 11  Għalhekk, mhux se nżomm lura milli nitkellem. Se nesprimi d-dwejjaq li għandi;Se ngerger dwar il-problemi tiegħi!* 12  Mela jien bħall-baħar jew xi monstru tal-baħar,Biex tagħmel għassa fuqi? 13  Meta ngħid li jekk nimtedd se nħossni aħjar,U li s-sodda se tnaqqasli l-inkwiet, 14  Int twerwirni bil-ħolm,U tbeżżagħni bil-viżjonijiet, 15  Tant li nippreferi nifga,*Nippreferi mmut milli ngħix b’dan il-mod. 16  Ħajti nobgħodha; xbajt ngħix. Ħallini waħdi, għax il-ġranet tiegħi qed jgħaddu malajr bħal nifs. 17  X’inhu l-bniedem biex tagħti kasu,U biex tiffoka daqshekk fuqu? 18  Għala teżaminah kull filgħodu,U tittestjah il-ħin kollu? 19  Tistaʼ tieqaf tħares lejjaU tħallini bi kwieti mqar għal ftit? 20  Jekk jien dnibt, xi ħsara għamiltlek,Int li tinnota kull ma jagħmlu n-nies? Għala moħħok fija, jaqaw sirt taʼ piż għalik? 21  Għala ma taħfirx id-dnub tiegħiU tagħlaq għajnejk għall-iżball li għamilt? Għax daqt immut u nsir trab,U int tfittixni, imma ma ssibnix.”

Noti taʼ taħt

Milli jidher hawn Ġob qed jitkellem m’Alla.
Jew “f’Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “taʼ ruħi.”
Jew “ruħi tippreferi tifga.”