Ġoel 3:1-21
3 “Għax, ara, f’dawk il-jiem u f’dak iż-żmien,+ meta nġib lura lill-imjassrin taʼ Ġuda u taʼ Ġerusalemm,+
2 niġbor ukoll flimkien il-ġnus kollha+ u nniżżilhom fil-pjanura l-baxxa taʼ Ġeħosafat;+ hemmhekk nagħmel ħaqq minnhom minħabba Israel,+ il-poplu tiegħi u l-wirt tiegħi, li lilhom xerrdu fost il-ġnus; u huma qassmu l-art tiegħi.+
3 U għall-poplu tiegħi baqgħu jitfgħu x-xorti;+ u t-tifel kienu jibdluh maʼ prostituta,+ u t-tifla kienu jbigħuha għall-inbid, biex jixorbuh.
4 “U x’għandkom x’taqsmu miegħi, O Tir u Sidon+ u intom ir-reġjuni kollha tal-Filistja?+ Qed tħallsuni bil-mod kif qed tittrattawni? U jekk qed tittrattawni b’dan il-mod, jien malajr, bil-ħeffa, inħallaskom skond kif qed tittrattawni.+
5 Għax intom ħadtu l-fidda tiegħi u d-deheb tiegħi,+ u daħħaltu l-affarijiet tajbin u mixtiqin fit-tempji tagħkom;+
6 u lil ulied Ġuda u lil ulied Ġerusalemm begħtuhom+ lil ulied il-Griegi,+ bl-iskop li tbegħduhom mit-territorju tagħhom;+
7 ara, qed inqanqalhom biex jiġu mill-post fejn begħtuhom,+ u nħallaskom skond kif qed tittrattawni.+
8 U nbigħ lil uliedkom subien u bniet u nagħtihom f’idejn ulied Ġuda,+ u dawn ibigħuhom lill-irġiel taʼ Xeba,+ lil ġens ’il bogħod;+ għax Ġeħova nnifsu tkellem.
9 “Xandru dan fost il-ġnus,+ ‘Ħejju għall-gwerra!* Qanqlu lill-irġiel setgħanin!+ Ħa jersqu qrib! Ħa jitilgħu, l-irġiel kollha tal-gwerra!+
10 Aħdmu s-sikek tal-moħriet tagħkom fi sjuf u s-skieken taż-żabra+ tagħkom f’lanez. Ħa jgħid id-dgħajjef: “Jien raġel setgħan.”+
11 Ejjew għinu lil xulxin, intom il-ġnus kollha dawramejt,+ u nġabru flimkien.’”+
F’dak il-post, O Ġeħova, niżżel is-setgħanin tiegħek.+
12 “Ħa jitqanqlu l-ġnus u jitilgħu lejn il-pjanura l-baxxa taʼ Ġeħosafat;+ għax hemmhekk noqgħod bil-qiegħda sabiex nagħmel ħaqq mill-ġnus kollha dawramejt.+
13 “Daħħlu minġel,+ għax laħaq il-ħsad.+ Ejjew, inżlu, għax il-magħsar taʼ l-inbid imtela.+ Il-btieti qed ifuru; għax kotor il-ħażen tagħhom.+
14 Folol, folol hemm fil-pjanura l-baxxa tad-deċiżjoni,+ għax jum Ġeħova hu qrib fil-pjanura l-baxxa tad-deċiżjoni.+
15 Ix-xemx u l-qamar jiddallmu, u l-kwiekeb jitilfu d-dija tagħhom.+
16 U Ġeħova se jgħajjat bħal iljun minn Sijon, u minn Ġerusalemm isemmaʼ leħnu.+ U s-sema u l-art jitriegħdu;+ imma Ġeħova jkun kenn għall-poplu tiegħu,+ u fortizza għal ulied Israel.+
17 U intom ikollkom tkunu tafu li jien Ġeħova Alla tagħkom,+ li ngħammar f’Sijon, il-muntanja qaddisa tiegħi.+ U Ġerusalemm issir post qaddis;+ u l-istranġieri ma jgħaddux iktar minn ġo fiha.+
18 “U jrid iseħħ li dakinhar il-muntanji jqattru nbid ħelu,+ u l-għoljiet inixxu l-ħalib, u n-nixxigħat kollha taʼ Ġuda jnixxu l-ilma. U mid-dar taʼ Ġeħova toħroġ għajn,+ u din issaqqi l-wied* tas-Siġar taʼ l-Akaċja.+
19 L-Eġittu jsir ħerba;+ u Edom isir xagħri abbandunat,+ minħabba l-vjolenza li saret lil ulied Ġuda, li f’arthom huma xerrdu demm innoċenti.+
20 Imma l-art taʼ Ġuda tkun abitata għal żmien indefinit,+ u Ġerusalemm għal ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni.+
21 U demmhom li ma kontx qistu innoċenti se nqisu innoċenti;+ u Ġeħova se jgħammar f’Sijon.”+