Ġona 2:1-10
2 Imbagħad Ġona talab lil Ġeħova l-Alla tiegħu minn żaqq il-ħuta,
2 u hu qal:
“Jien għajjatt lil Ġeħova għall-għajnuna meta kont qed inbati, u hu wiġibni.
Minn qiegħ* il-Qabar* għajjatt għall-għajnuna.
Int smajt leħni.
3 Meta tfajtni fil-fond, fil-qiegħ taʼ baħar miftuħ,Il-kurrenti dawruni.
Il-mewġ qawwi tiegħek għadda minn fuqi.
4 U għedt, ‘Jien ittiħidt ’il bogħod minn quddiem għajnejk!
Kif nistaʼ nerġaʼ nħares lejn it-tempju qaddis tiegħek?’
5 L-ilmijiet dawruni u kważi mitt;*Jien inżilt ’l isfel f’ilma fond.
Il-ħaxix tal-baħar dar maʼ rasi.
6 Jien inżilt sal-qiegħ tal-muntanji.
Il-bibien tal-qabar* ingħalqu warajja għal dejjem.
Imma int, Ġeħova Alla tiegħi, tellajtli ħajti mill-ħofra.
7 Meta ħajti* kienet qed tiġi fix-xejn, jien ftakart fik, Ġeħova.
Imbagħad int smajt it-talba tiegħi fit-tempju qaddis tiegħek.
8 Dawk li jqimu lill-idoli li ma jiswew għal xejn telqu lill-Alla li jurihom imħabba u lealtà.*
9 Imma ngħid għalija, jien se nirringrazzjak u se noffrilek sagrifiċċji.
Se nagħmel dak li wegħedt.
Is-salvazzjoni tiġi biss mingħandek, Ġeħova.”
10 U Ġeħova kkmanda lill-ħuta biex taqlaʼ lil Ġona fuq l-art. U hekk għamlet.
Noti taʼ taħt
^ Letteralment “żaqq.”
^ Jew “Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
^ Jew “ruħi kważi għerqet.”
^ Letteralment “tal-art.”
^ Jew “ruħi.”
^ Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati. Jew forsi “abbandunaw il-lealtà tagħhom.”