Ġona 3:1-10

  • Ġona jobdi lil Alla u jmur Ninwe (1-4)

  • In-Ninwin jindmu meta jisimgħu l-messaġġ taʼ Ġona (5-9)

  • Alla jiddeċiedi li ma jeqridx lil Ninwe (10)

3  Imbagħad, Ġeħova qal lil Ġona għat-tieni darba:  “Qum, mur Ninwe l-belt il-kbira, u xandrilha l-messaġġ li qed ngħidlek.”  Peress li Ġona ried jobdi lil Ġeħova, telaq Ninwe. Din kienet belt kbira ħafna,* tant li kien hemm bżonn tlett ijiem biex timxiha.  Imbagħad Ġona daħal fil-belt u wara ġurnata mixi beda jxandar: “Erbgħin jum ieħor biss, u Ninwe tinqered.”  U n-nies taʼ Ninwe fdaw f’Alla, qalu li se jsumu, u kulħadd libes ħwejjeġ tal-ixkora, kemm il-kbar u kemm iż-żgħar.  Meta r-re taʼ Ninwe semaʼ bil-messaġġ taʼ Ġona, qam minn fuq it-tron, neżaʼ l-ħwejjeġ li kien jilbes bħala re, u għatta lilu nnifsu bil-ħwejjeġ tal-ixkora u poġġa fl-irmied.  Iktar minn hekk, hu ħareġ avviż maʼ Ninwe kollha: “Jien u l-uffiċjali tiegħi għamilna din il-liġi: L-ebda bniedem jew annimal m’għandu jiekol xi ħaġa. Ħadd m’għandu jiekol jew jixrob.  Ħa jitgħattew bil-ħwejjeġ tal-ixkora, kemm in-nies u kemm l-annimali; u ħa jitolbu bil-ħniena lil Alla u ma jibqgħux jagħmlu affarijiet ħżiena u jkunu vjolenti.  Forsi l-Alla l-veru jerġaʼ jaħsibha* dwar x’beħsiebu jagħmel u ma jibqax irrabjat magħna, u b’hekk ma mmutux!” 10  Meta l-Alla l-veru ra li ma baqgħux jagħmlu l-affarijiet ħżiena, hu biddel fehmtu* u ma kkastigahomx.

Noti taʼ taħt

Letteralment “belt kbira għal Alla.”
Jew “jiddispjaċih.”
Jew “iddispjaċieh minn dak li kien se jagħmel.”