Ħaggaj 2:1-23

2  Fis-sebaʼ+ xahar, fil-wieħed u għoxrin jum tax-xahar, il-kelma taʼ Ġeħova ġiet permezz taʼ Ħaggaj,+ il-profeta, tgħid:  “Għid, jekk jogħġbok, lil Żerubbabel,+ bin Saltijel,+ il-gvernatur taʼ Ġuda,+ u lil Ġożwè,+ bin Ġeħosadak+ il-qassis il-kbir, u lil dawk li fadal mill-poplu, għidilhom,  ‘Min għad fadal fostkom li ra din id-dar fil-glorja li kellha qabel?+ U kif qed tarawha issa? F’għajnejkom qisha m’hi xejn imqabbla maʼ kif kienet qabel, hux tassew?’+  “‘Imma issa agħmel il-ħila, O Żerubbabel,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘u agħmel il-ħila,+ O Ġożwè, bin Ġeħosadak il-qassis il-kbir.’ “‘U agħmlu l-ħila, intom in-nies kollha tal-pajjiż,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘u aħdmu.’+ “‘Għax jien magħkom,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati.  ‘Ftakru fil-ħaġa li għamilt patt dwarha magħkom meta ħriġtu mill-Eġittu,+ u meta l-ispirtu tiegħi+ kien fostkom. Tibżgħux.’”+  “Għax hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Għal darb’oħra—fi ftit żmien ieħor+—irriegħed is-smewwiet u l-art u l-baħar u l-art niexfa.’+  “‘U se rriegħed il-ġnus kollha, u jidħlu l-affarijiet mixtiqin tal-ġnus kollha;+ u nimla din id-dar bil-glorja,’+ qal Ġeħova taʼ l-armati.  “‘Tiegħi l-fidda u tiegħi d-deheb,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati.  “‘Il-glorja taʼ din id-dar taʼ issa se tkun akbar minn taʼ dik taʼ qabel,’+ qal Ġeħova taʼ l-armati. “‘U f’dan il-post se nagħti l-paċi,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati.” 10  Fl-erbgħa u għoxrin jum tad-disaʼ xahar, fit-tieni sena taʼ Darju, il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Ħaggaj,+ il-profeta, tgħid: 11  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Staqsi, jekk jogħġbok, lill-qassisin dwar il-liġi,+ u għidilhom: 12  “Jekk raġel iġorr laħam qaddis fi djul ilbiesu u jmiss bi lbiesu ħobż jew soppa jew inbid jew żejt jew xi tip taʼ ikel, se jitqaddes dan?”’”+ U l-qassisin wieġbu u qalu: “Le!” 13  U Ħaggaj qal: “Jekk xi ħadd ma jibqax nadif minħabba li jkun mess xi ruħ mejta u jmiss xi waħda minn dawn l-affarijiet, din ma tibqax nadifa, hux tassew?”+ Bi tweġiba l-qassisin qalu: “Iva, ma tibqax nadifa.” 14  Għaldaqstant, Ħaggaj wieġeb u qal: “‘Hekk hu dan il-poplu, u hekk hu dan il-ġens quddiemi,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova, ‘u hekk hu x-xogħol kollu taʼ idejhom, u kulma jippreżentaw hemmhekk. M’huwiex nadif.’+ 15  “‘Imma issa, jekk jogħġobkom, ħallu lil qalbkom+ tikkunsidra dan mil-lum ’il quddiem, x’kien qed jiġri qabel ma tpoġġiet ġebla fuq oħra fit-tempju taʼ Ġeħova,+ 16  minn meta ġraw dawn l-affarijiet—wieħed ġie għal munzell t’għoxrin kejl, u sab li kien hemm għaxra; wieħed ġie lejn il-magħsar taʼ l-inbid biex jiġbed minnu ħamsin kejl, u sab li kien hemm għoxrin;+ 17  jien ilqattkom bit-taħsir taʼ riħ jaħraq,+ bil-moffa,+ u bis-silġ,+ iva, lix-xogħol kollu taʼ idejkom,+ u ma kien hemm ħadd minnkom li dar lejja,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova— 18  “‘Jekk jogħġobkom, ħallu lil qalbkom+ tikkunsidra dan mil-lum ’il quddiem, mill-erbgħa u għoxrin jum tad-disaʼ xahar, minn dakinhar li tqiegħed il-pedament tat-tempju taʼ Ġeħova;+ ħallu lil qalbkom tikkunsidra dan: 19  Għad hemm iż-żerriegħa fil-maħżen tal-qmuħ?+ U d-dielja u t-tina u r-rummiena u ż-żebbuġa ma tawx frott, hux tassew? Minn dan il-jum jien se nberikkom.’”+ 20  U l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għat-tieni darba għand Ħaggaj+ fl-erbgħa u għoxrin jum tax-xahar,+ tgħid: 21  “Għid lil Żerubbabel, il-gvernatur taʼ Ġuda,+ ‘Se rriegħed is-smewwiet u l-art.+ 22  U se nwaqqaʼ t-tron taʼ saltniet u nġib fix-xejn is-saħħa tas-saltniet tal-ġnus;+ u se naqleb il-karru u r-rikkieba tiegħu, u ż-żwiemel u r-rikkieba tagħhom żgur li se jaqgħu,+ kull wieħed bis-sejf taʼ ħuh.’”+ 23  “‘F’dak il-jum,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati, ‘jien se nieħdok, O Żerubbabel,+ bin Saltijel,+ il-qaddej tiegħi,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova; ‘u nagħmlek bħal ċurkett tas-siġill,+ għax lilek għażilt,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati.”+

Noti taʼ taħt