Ħosea 6:1-11

  • Jiġu mistiedna biex jerġgħu lura għand Ġeħova (1-3)

  • L-imħabba u l-lealtà tal-poplu jispiċċaw malajr (4-6)

    • L-imħabba u l-lealtà aħjar mis-sagrifiċċji (6)

  • Il-kondotta tal-mistħija tal-poplu (7-11)

6  “Ejja mmorru lura għand Ġeħova,Għax hu qattagħna biċċiet, imma se jfejjaqna. Hu sawwatna, imma se jinfaxxa l-feriti tagħna.   Hu se jagħtina s-saħħa wara jumejn. Fit-tielet jum, hu se jqajjimna,U aħna se ngħixu quddiemu.   Se nsiru nafu lil Ġeħova, iva, se nagħmlu sforz biex insiru nafuh. Hu żgur li se jiġi għandna daqskemm hu żgur li titlaʼ x-xemx filgħodu;Hu se jiġi għandna bħal xita qawwija,Bħax-xita tar-rebbiegħa li xxarrab l-art.”   “X’nagħmel bik, Efrajm? X’nagħmel bik, Ġuda? Għax l-imħabba u l-lealtà* tagħkom huma bħas-sħab taʼ filgħodu,Bħan-nida li tisparixxi malajr.   Hu għalhekk li jien se nqattagħkom biċċiet permezz tal-profeti;Se noqtolkom b’dak li ngħid. U l-ġudizzji li għedt kontrikom se jiddu bħad-dawl.   Għax jien nieħu pjaċir bl-imħabba u l-lealtà,* u mhux bis-sagrifiċċji,U nieħu pjaċir b’li ssiru tafuni, u mhux bl-offerti tal-ħruq.   Imma huma, bħal bnedmin midinbin, kisru l-patt. Huma ttradewni fil-pajjiż tagħhom.   Gilegħad hi belt taʼ dawk li jagħmlu l-ħażin;Hi mimlija bid-demm li ġie mxerred.   Il-qassisin huma bħal grupp taʼ ħallelin li jistaħbew biex jattakkaw lil xi ħadd. Huma joqtlu fit-triq li tagħti għal Sikem,Għax huma jagħmlu affarijiet tal-mistħija. 10  Qed nara li f’Iżrael qed jagħmlu affarijiet tal-biżaʼ. Efrajm qed jagħmel il-prostituzzjoni. Iżrael iddiżonora lilu nnifsu. 11  Ġuda, hemm ħsad lest għalik,Meta nġib lura l-poplu tiegħi li hu lsir.”

Noti taʼ taħt

Jew “l-imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “bil-ħniena.”