Żakkarija 1:1-21

1  Fit-tmien xahar fit-tieni sena taʼ Darju+ l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Żakkarija,+ bin Berekija, bin Iddo,+ il-profeta, tgħid:  “Ġeħova tgħaddab ferm għal missirijietkom.+  “Għidilhom, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati: “‘Erġgħu lura lejja,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati,* ‘u jien nerġaʼ lura lejkom,’+ qal Ġeħova taʼ l-armati.”’  “‘Issirux bħal missirijietkom+ li l-profeti taʼ qabel sejħulhom+ u qalulhom: “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Erġgħu lura, jekk jogħġobkom, minn triqatkom il-ħżiena u mill-għemejjel ħżiena tagħkom.’”’+ “‘Imma huma ma semgħux, u ma tawx kasi,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.  “‘Fejn huma missirijietkom?+ U l-profeti+ baqgħu jgħixu għal dejjem?  Madankollu, kliemi u r-regolamenti tiegħi li jien ikkmandajt lill-qaddejja tiegħi, il-profeti,+ ma laħqux huma lil missirijietkom?’+ Għalhekk, darilhom u qalu: ‘Skond dak li Ġeħova taʼ l-armati kellu f’moħħu li jagħmlilna,+ skond triqatna u skond l-għemejjel tagħna, hekk għamlilna.’”+  Fl-erbgħa u għoxrin jum tal-ħdax-il xahar, jiġifieri, ix-xahar taʼ Xebat, fit-tieni sena taʼ Darju,+ il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għand Żakkarija,+ bin Berekija, bin Iddo,+ il-profeta, tgħid:  “Bil-lejl jien ħarist, u rajt raġel+ riekeb fuq żiemel aħmar,+ u kien wieqaf qalb is-siġar tar-riħan+ fil-post fond; u warajh kien hemm żwiemel ħomor, ħomor nar, u bojod.”+  Għalhekk, jien għedt: “Min huma dawn, sidi?”+ Għal dan, l-anġlu li kien qed ikellimni qalli:+ “Jien se nurik dawn min huma.” 10  Imbagħad ir-raġel li kien wieqaf qalb is-siġar tar-riħan wieġeb u qal: “Dawn huma dawk li Ġeħova bagħathom iduru l-art.”+ 11  U huma wieġbu lill-anġlu taʼ Ġeħova li kien wieqaf qalb is-siġar tar-riħan u qalu: “Aħna dorna l-art,+ u, ara, l-art kollha tinsab fil-kwiet u m’għandha ebda tfixkil.”+ 12  Għalhekk, l-anġlu taʼ Ġeħova wieġeb u qal: “O Ġeħova taʼ l-armati, kemm se ddum ma turi ħniena maʼ Ġerusalemm u mal-bliet taʼ Ġuda,+ li lilhom int ikkundannajt għal dawn is-sebgħin sena?”+ 13  U Ġeħova wieġeb lill-anġlu li kien qed ikellimni, bi kliem tajjeb, kliem taʼ faraġ;+ 14  u l-anġlu li kien qed ikellimni qalli: “Għajjat u għid, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati: “Jien kont għajjur għal Ġerusalemm u għal Sijon b’għira kbira.+ 15  B’għadab kbir inħossni mgħaddab kontra l-ġnus li huma fil-kwiet;+ għax jien, min-naħa tiegħi, ftit biss kont mgħaddab,+ imma huma, min-naħa tagħhom, żiedu l-gwaj.”’+ 16  “Għaldaqstant, hekk qal Ġeħova, ‘“Jien se nerġaʼ lura lejn Ġerusalemm bil-ħniniet.+ Dari stess se tinbena fiha,”+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati, “u l-ħabel tal-kejl se jinfirex fuq Ġerusalemm.”’+ 17  “Għajjat iktar u għid, ‘Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati: “Il-bliet tiegħi jerġgħu jfuru bi tjubiti;+ u Ġeħova jerġaʼ jiddispjaċih minħabba Sijon+ u jerġaʼ jagħżel lil Ġerusalemm.”’”+ 18  U jien erfajt għajnejja u ħarist; u, ara, kien hemm erbat iqrun.*+ 19  Għalhekk, jien għedt lill-anġlu li kien qed ikellimni: “X’inhuma dawn?” Imbagħad hu qalli: “Dawn huma l-qrun li xerrdu lil Ġuda,+ lil Israel+ u lil Ġerusalemm.”+ 20  Iktar minn hekk, Ġeħova wrieni erbat irġiel tas-sengħa. 21  Għal dan, jien għedt: “Dawn x’ġejjin jagħmlu?” U hu qal: “Dawn huma l-qrun+ li xerrdu lil Ġuda sal-punt li ħadd m’għolla rasu; u l-oħrajn ġejjin biex iġegħluhom jitriegħdu, biex iwaqqgħu l-qrun tal-ġnus li qed jerfgħu qarn kontra l-art taʼ Ġuda, sabiex ixerrduha.”+

Noti taʼ taħt

L-espressjoni “Ġeħova taʼ l-armati” tidher 53 darba f’Żakkarija.
Ara l-1Sa 2:1, in-nota taʼ taħt.