Żakkarija 3:1-10

3  U wrieni lil Ġożwè+ l-qassis il-kbir bil-wieqfa quddiem l-anġlu taʼ Ġeħova, u Satana*+ bil-wieqfa fuq lemintu biex jopponih.+  Imbagħad l-anġlu+ taʼ Ġeħova qal lil Satana: “Ġeħova jċanfrek,+ Satana, iva, Ġeħova jċanfrek, dak li qed jagħżel lil Ġerusalemm!+ Jaqaw dan m’huwiex zokk maħtuf minn ġon-nar?”+  Issa Ġożwè kien liebes ilbies maħmuġ+ u kien bil-wieqfa quddiem l-anġlu.  Imbagħad wieġeb u qal lil dawk li kienu bil-wieqfa quddiemu: “Neħħu l-ilbies maħmuġ minn fuqu.” U kompla jgħidlu: “Ara, jien neħħejt l-iżball tiegħek minn fuqek,+ u hemm ilbies ċerimonjali għalik.”+  Għal dan, jien għedt: “Ħa jpoġġu turbant nadif fuq rasu.”+ U huma poġġew it-turbant nadif fuq rasu u libbsuh il-ħwejjeġ; u l-anġlu taʼ Ġeħova kien bil-wieqfa fil-qrib.  U l-anġlu taʼ Ġeħova beda jħeġġeġ lil Ġożwè, billi jgħid:  “Hekk qal Ġeħova taʼ l-armati, ‘Jekk timxi fi triqati, u jekk tħares l-obbligu tiegħek lejja,+ imbagħad ukoll se tkun int li tiġġudika lid-dar tiegħi+ u tħares ukoll il-btieħi tiegħi; u jien inħallik tidħol fost dawn li qegħdin bil-wieqfa fil-qrib.’  “‘Ismaʼ, jekk jogħġbok, O Ġożwè l-qassis il-kbir, int u sħabek bil-qiegħda quddiemek, għax huma rġiel li jservu bħala sinjal;+ għax se nġib lill-qaddej tiegħi+ Rimja!+  Għax, ara, il-ġebla+ li jien poġġejt quddiem Ġożwè! Fuq din il-ġebla waħda hemm sebaʼ għajnejn.+ Ara, qed innaqqax it-tinqix tagħha,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati, ‘u se nneħħi l-iżball taʼ dik l-art f’jum wieħed.’+ 10  “‘F’dak il-jum,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova taʼ l-armati, ‘kull wieħed minnkom se jsejjaħ lill-ieħor, waqt li tkunu taħt id-dielja u waqt li tkunu taħt is-siġra tat-tin.’”+

Noti taʼ taħt

Jew, “u Dak li jopponi.” Ara Ġob 1:6, in-nota taʼ taħt.