L-Ewwel Ittra lill-Korintin 13:1-13

  • L-imħabba hi l-aqwa kwalità (1-13)

13  Jekk nitkellem bil-lingwi tan-nies u tal-anġli imma m’għandix imħabba, inkun qisni qanpiena li tagħmel ħoss qawwi jew ċimbalu storbjuż.  Jekk ikolli l-abbiltà li nipprofetizza, nifhem is-sigrieti kollha t’Alla, nirċievi l-għarfien b’mod mirakoluż, u jkolli fidi li nċaqlaq il-muntanji, imma ma jkollix imħabba, ma jien xejn.*  U jekk nagħti kulma għandi biex nitmaʼ lill-foqra, u nkun lest li nissagrifika ħajti sabiex ikolli biex niftaħar, imma ma jkollix imħabba, mhu se jiswieli xejn.  L-imħabba* hi paċenzjuża* u qalbha tajba. L-imħabba ma tgħirx, ma tiftaħarx, ma titkabbarx,  ma tagħmilx affarijiet tal-mistħija,* mhix egoista,* ma tirrabjax malajr, u ma żżommx f’qalbha.*  L-imħabba ma tifraħx b’affarijiet ħżiena,* imma bil-verità.  L-imħabba qatt ma taqtaʼ qalbha,* din temmen kollox, dejjem tittama, u tissaporti kollox.  L-imħabba ma tispiċċa* qatt. L-abbiltà li wieħed jipprofetizza u li jitkellem b’lingwi oħra se tispiċċa. Ir-rigal speċjali tal-għarfien se jiġi fix-xejn.  L-għarfien li għandna hu limitat, u anki dak li nipprofetizzaw. 10  Imma dak li hu limitat se jispiċċa meta jkollna l-għarfien kollu u nipprofetizzaw b’mod sħiħ. 11  Meta kont tifel, kont nitkellem bħal tifel, naħseb bħal tifel, u nirraġuna bħal tifel. Imma issa li kbirt, dawn l-affarijiet m’għadnix nagħmilhom. 12  Bħalissa naraw imċajpar bħallikieku f’mera tal-metall, imma mbagħad se naraw ċar.* Bħalissa dak li naf dwar Alla hu limitat, imma mbagħad se nkun naf eżatt dwaru, bħalma hu jaf eżatt dwari. 13  Għalhekk, jibqaʼ dawn it-tliet kwalitajiet: il-fidi, it-tama, u l-imħabba. Imma l-aqwa waħda minnhom hi l-imħabba.

Noti taʼ taħt

Jew “li nagħmel ikun għalxejn.”
Jew “Min iħobb.”
Jew “tistabar fit-tul.”
Jew “ma ġġibx ruħha b’mod indiċenti.”
Jew “ma tfittixx l-interessi tagħha.”
Jew “ma żżommx kont tal-ħsara.”
Jew “bl-inġustizzja.”
Jew “L-imħabba tiflaħ kollox.”
Jew “ma tbatti.”
Jew “se tkun wiċċ imb wiċċ.”