L-Ewwel Ittra lill-Korintin 4:1-21

  • Il-prokuraturi għandhom ikunu leali (1-5)

  • Il-qaddejja Kristjani għandhom ikunu umli (6-13)

    • “Żommu biss maʼ dak li hemm miktub” (6)

    • Il-Kristjani saru spettaklu teatrali għan-nies (9)

  • Pawlu jimpurtah mit-tfal spiritwali tiegħu (14-21)

4  In-nies għandhom iqisuna bħala qaddejja taʼ Kristu li ġew fdati bis-sigrieti qaddisa t’Alla.  Qaddejja fdati* bħal dawn għandhom ikunu leali.  Mhuwiex importanti għalija jekk niġi eżaminat minnkom jew mill-imħallfin. Fil-fatt, lanqas jien ma neżamina lili nnifsi.  Il-kuxjenza tiegħi hi nadifa, imma dan ma jfissirx li jien ġust. Ġeħova* hu l-wieħed li jeżaminani.*  Għalhekk, tiġġudikaw xejn qabel il-waqt, minflok, stennew sakemm jiġi l-Mulej. Hu se jitfaʼ d-dawl fuq l-affarijiet sigrieti li qegħdin fid-dlam u se juri x’hemm f’qalb kull bniedem. Imbagħad kulħadd se jirċievi t-tifħir li jistħoqqlu mingħand Alla.  Ħuti, jien għedt dawn l-affarijiet dwari u dwar Apollo biex ngħinkom tifhmu l-punt. Permezz tal-eżempju tagħna, għandkom titgħallmu din ir-regola: “Żommu biss maʼ dak* li hemm miktub.” Jekk tobdu din ir-regola mhux se ssiru kburin u mhux se turu preferenzi bejn persuna u oħra.  X’għandek li jġiegħlek tħossok aħjar minn ħaddieħor? Mhux Alla tak kulma għandek? Allura għala tiftaħar bħallikieku dan hu bis-saħħa tiegħek?  Taħsbu li diġà għandkom kulma għandkom bżonn? Taħsbu li diġà intom sinjuri? Jaqaw bdejtu tmexxu bħala rejiet mingħajrna? Nixtieq li bdejtu tmexxu bħala rejiet, għax kieku anki aħna nkunu qed immexxu magħkom.  Jidhirli li Alla ppreżenta lilna, l-appostli, bħala l-aħħar nies ikkundannati għall-mewt, biex josservawna n-nies* tad-dinja kollha u l-anġli. 10  Aħna nitqiesu bħala boloh minħabba li dixxipli taʼ Kristu, imma intom taħsbu li intom għorrief għax dixxipli taʼ Kristu. Aħna nidhru dgħajfin, imma intom tidhru b’saħħitkom. Intom tirċievu l-unur, imma aħna niġu ddiżonorati. 11  S’issa għadna bil-ġuħ, bil-għatx, u bilkemm għandna x’nilbsu. Aħna msawtin u m’għandniex fejn noqogħdu. 12  Aħna naħdmu iebes. Meta n-nies jgħajruna, inberkuhom. Meta niġu ppersegwitati, nissaportu bil-paċenzja. 13  Meta niġu mmalafamati, inwieġbu b’qalb tajba.* Imma s’issa xorta qed niġu ttrattati bħall-iskart tad-dinja, bħaż-żibel tal-art. 14  Mhux qed niktbilkom dan biex inġegħelkom tistħu, imma biex ngħallimkom bħala wliedi maħbubin. 15  Għalkemm jistaʼ jkollkom 10,000 għalliem li jurikom kif tkunu dixxipli taʼ Kristu, m’għandkomx ħafna li saru bħal missier għalikom. Imma jien sirt missierkom għax wassaltilkom l-aħbar tajba dwar Kristu Ġesù. 16  Għalhekk, inħeġġiġkom biex timitawni. 17  Hu għalhekk li qed nibagħtilkom lil Timotju. Hu qisu t-tifel maħbub tiegħi u qed jaqdi lill-Mulej b’qalbu kollha. Hu se jfakkarkom fil-prinċipji li nsegwi* biex nagħmel dak li jrid Kristu Ġesù, bħalma qed ngħallem kullimkien f’kull kongregazzjoni. 18  Xi wħud minnkom jaħsbu li jien mhux ġej għandkom, allura qed jitkabbru. 19  Imma jekk Ġeħova* jrid, jien daqt niġi. Jien nixtieq niltaqaʼ maʼ dawn il-kburin biex inkun naf għandhomx il-qawwa t’Alla, u mhux biex nismagħhom jitkellmu. 20  Għax dak li juri li aħna mmexxijin mis-Saltna t’Alla mhuwiex dak li ngħidu imma dak li nagħmlu. Dan jagħti prova li għandna l-qawwa mingħand Alla. 21  X’tippreferu? Li niġi biex nikkastigakom* jew li niġi biex nurikom imħabba u ħlewwa?

Noti taʼ taħt

Jew “Prokuraturi.”
Jew “jiġġudikani.”
Jew “Tmorrux lil hinn minn dak.”
Jew “għax sirna spettaklu teatrali għan-nies.”
Letteralment “nitolbu bil-ħerqa.”
Jew “fil-metodi li nuża.”
Letteralment “bil-bastun.”