It-Tieni Kronaki 27:1-9

  • Ġotam, re taʼ Ġuda (1-9)

27  Ġotam kellu 25 sena meta sar re, u mexxa 16-il sena f’Ġerusalemm. Ommu kienet Ġerusah bint Sadok.  Hu għamel dak li hu sewwa f’għajnejn Ġeħova, bħalma kien għamel missieru Użżija, imma hu ma qabadx u daħal fit-tempju taʼ Ġeħova. Madankollu, in-nies kienu għadhom qed jaġixxu b’mod mill-agħar.  Hu bena l-bieb taʼ fuq tad-dar taʼ Ġeħova u għamel ħafna xogħol taʼ bini fuq is-swar t’Għofel.  Hu bena wkoll bliet fir-reġjun muntanjuż taʼ Ġuda u bena postijiet iffortifikati u torrijiet fil-foresti.  Hu ggwerra kontra r-re tal-Għammonin u fl-aħħar rebħilhom. B’hekk, dik is-sena l-Għammonin tawh 100 talent* fidda, 10,000 kor* qamħ, u 10,000 kor xgħir.* Huma ħallsu dan ukoll fit-tieni u fit-tielet sena.  Għalhekk, Ġotam baqaʼ jissaħħaħ, għax hu kien determinat li jimxi fit-triqat taʼ* Ġeħova l-Alla tiegħu.  Il-bqija tal-istorja taʼ Ġotam, il-gwerer kollha tiegħu, u kulma għamel huma miktubin fil-Ktieb tar-Rejiet t’Iżrael u taʼ Ġuda.  Hu kellu 25 sena meta sar re, u mexxa 16-il sena f’Ġerusalemm.  Imbagħad Ġotam miet u difnuh fil-Belt taʼ David. U ibnu Aħaż sar re minfloku.

Noti taʼ taħt

Talent kien daqs 34.2 kilogrammi. Ara App. B14.
Kor kien daqs 220 litru. Ara App. B14.
Jiġifieri barley.
Jew “ipprepara triqatu quddiem.”