It-Tieni Ktieb taʼ Samwel 22:1-51

  • David ifaħħar lill-Alla għall-atti taʼ salvazzjoni tiegħu (1-51)

    • ‘Ġeħova hu l-blata tiegħi’ (2)

    • Ġeħova hu leali maʼ min hu leali (26)

22  U David qal lil Ġeħova l-kliem taʼ din l-għanja dakinhar li Ġeħova ħelsu minn id l-għedewwa kollha tiegħu u minn id Sawl.  Hu qal: “Ġeħova hu l-blata u l-fortizza tiegħi u Dak li jsalvani.   L-Alla tiegħi hu l-blata tiegħi, li fih nistkenn,It-tarka u l-qarn* tiegħi taʼ salvazzjoni,* il-post taʼ protezzjoni tiegħi,*U l-post fejn nistaʼ naħrab, is-salvatur tiegħi; int li ssalvani mill-vjolenza.   Jien ngħajjat lil Ġeħova għall-għajnuna, il-wieħed li jistħoqqlu tifħir,U se niġi salvat mill-għedewwa tiegħi.   Ġejt imdawwar bil-mewġ tal-mewt;Dulluvju taʼ nies li mhuma tajbin għal xejn werwruni.   Il-ħbula tal-Qabar* daru miegħi;Ġejt wiċċ imb wiċċ man-nases tal-mewt.   Meta kont imdejjaq għajjatt lil Ġeħova,Lill-Alla tiegħi bqajt ngħajjat. Imbagħad mit-tempju tiegħu semaʼ leħni,U l-għajta tiegħi għall-għajnuna waslet f’widnejh.   L-art bdiet tiċċaqlaq u titriegħed ’il quddiem u lura;Is-sema theżżetU ċċaqalqet ’il quddiem u lura għax kien irrabjat.   Telaʼ duħħan minn imnieħru,U nar li jeqred ħareġ minn ħalqu;Ġamar jaqbad ħareġ minnu. 10  Hu baxxa s-sema hekk kif niżel,U kien hemm dalma kbira taħt saqajh. 11  Hu ġie jtir riekeb fuq kerubin. Kien jidher fuq il-ġwienaħ t’anġlu.* 12  Imbagħad għamel id-dlam madwaru bħala kenn,B’ilmijiet mudlama u sħab oħxon. 13  Mid-dija taʼ quddiemu beda jaqbad ġamar tan-nar. 14  Imbagħad Ġeħova beda jriegħed mis-sema,L-Iktar Għoli semmaʼ leħnu. 15  Spara l-vleġeġ tiegħu u xerred l-għedewwa;Faqqaʼ s-sajjetti, u tefagħhom f’konfużjoni. 16  Qiegħ il-baħar beda jidher;Il-pedamenti tal-art inkixfu biċ-ċanfira taʼ Ġeħova,B’nifs qawwi minn imnieħru. 17  Tani jdejh mill-għoli;Qabadni u tellagħni minn ilmijiet fondi. 18  Ħelisni mill-għadu b’saħħtu tiegħi,Minn dawk li jobogħduni, li kienu iktar b’saħħithom minni. 19  Huma sfidawni f’jum id-dwejjaq tiegħi,Imma Ġeħova kien jappoġġani. 20  Hu ħadni f’post taʼ sigurtà;*Ħelisni għax kien kuntent bija. 21  Ġeħova jippremjani għax kont ġust;Hu jippremjani skont l-innoċenza* taʼ jdejja. 22  Għax jien nagħmel dak li jrid Ġeħova,Ma tlaqtx lill-Alla tiegħi, u allura m’aġixxejtx ħażin. 23  Il-ġudizzji kollha tiegħu qegħdin quddiemi;M’iniex se nwarrab mil-liġijiet tiegħu. 24  Se nibqaʼ bla ħtija quddiemu,U se nitbiegħed mill-iżball. 25  Jalla Ġeħova jippremjani għax aġixxejt b’ġustizzja,Jippremjani skont l-innoċenza tiegħi quddiemu. 26  Maʼ xi ħadd leali, int taġixxi b’lealtà;Maʼ min hu bla ħtija, timxi bla ħtija; 27  Maʼ min hu sinċier, int tkun sinċier,Imma maʼ min iqarraq, int tuża l-għaqal.* 28  Għax int issalva lill-umli,Imma għajnejk huma kontra s-suppervi, u int tumiljahom. 29  Għax int tagħtini d-dawl,* Ġeħova;Ġeħova, int iddawwal id-dlam tiegħi. 30  Bl-għajnuna tiegħek nistaʼ niħodha kontra grupp taʼ ħallelin armati;Bil-qawwa tiegħek nistaʼ nitlaʼ maʼ sur. 31  It-triq tal-Alla l-veru hi perfetta;Dak li jgħid Ġeħova hu pur.* Hu tarka għal dawk kollha li jistkennu fih. 32  Għax min hu Alla ħlief Ġeħova? U min hu blata ħlief l-Alla tagħna? 33  L-Alla l-veru hu l-fortizza b’saħħitha tiegħi,U se jagħmel triqti perfetta. 34  Jagħmilli saqajja bħal taʼ ċerva;Hu jqegħedni fuq postijiet għoljin. 35  Qed jittrennjani għall-gwerra;Idejja jistgħu jgħawġu qaws tar-ram. 36  Int tagħtini t-tarka tiegħek taʼ salvazzjoni,U l-umiltà tiegħek tigglorifikani. 37  Int twessaʼ l-passaġġ għal saqajjaSabiex ma naqax. 38  Jien se niġri wara l-għedewwa tiegħi u nġibhom fix-xejn;Ma niġix lura qabel jinqerdu għalkollox. 39  U se neqridhom għalkollox u ngħaffiġhom, sabiex ma jqumux;Huma se jaqgħu taħt saqajja. 40  Int se tagħtini s-saħħa għall-battalja;Se tixħet taħti lill-għedewwa tiegħi. 41  Int se ġġiegħel lill-għedewwa tiegħi jaħarbu minni;*Se neqred* lil dawk li jobogħduni. 42  Huma jgħajtu għall-għajnuna, imma m’hemmx min isalvahom;Saħansitra jgħajtu lil Ġeħova, imma ma jwiġibhomx. 43  Jien se nitħanhom bħat-trab fin tal-art;Infarrakhom u ngħaffiġhom bħal tajn fit-toroq. 44  Int se teħlisni min-nies tiegħi li moħħhom biex isibu xi ħtija fija. Se tipproteġini biex inkun il-kap tal-popli;Poplu li ma kontx naf se jaqdini. 45  Il-barranin se jiġu għandi b’rashom baxxuta;Dak li jisimgħu dwari jġegħelhom jobduni.* 46  Il-barranin se jaqtgħu qalbhom;Huma joħorġu jitriegħdu mill-fortizzi tagħhom. 47  Ġeħova hu ħaj! Ħa jkun imfaħħar il-Blata tiegħi! Ħa jkun onorat l-Alla tiegħi, il-blata li ssalvani. 48  L-Alla l-veru jagħmel vendetta għalija;Hu jagħtini l-popli f’idejja; 49  Hu jeħlisni mill-għedewwa tiegħi. Int terfagħni fl-għoli ħalli dawk li jattakkawni ma jilħqunix;Issalvani mir-raġel vjolenti. 50  Huwa għalhekk li se nirringrazzjak fost il-popli Ġeħova,U lil ismek infaħħru bil-kant:* 51  Hu qed jeħlisni b’modi tal-għaġeb;*Juri mħabba u lealtà* miegħi, il-magħżul* tiegħu,Miegħi u ma’ dawk li jiġu minni għal dejjem.”

Noti taʼ taħt

Jew “u l-wieħed b’saħħtu li jsalvani.”
Jew “il-post fl-għoli tiegħi taʼ sigurtà.”
Jew “taʼ Xeol,” jiġifieri l-qabar komuni tan-nies. Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Jew “il-ġwienaħ tar-riħ.”
Jew “f’post spazjuż.”
Letteralment “l-indafa.”
Jew forsi “taġixxi t’iblah.”
Letteralment “il-lampa tiegħi.”
Jew “irfinut bin-nar.”
Jew “iġġiegħel lill-għedewwa tiegħi jagħtuni daharhom.”
Letteralment “insikket.”
Letteralment “Malli jisimgħu b’widnejhom, jobduni.”
Jew “indoqqlu l-mużika.”
Jew “jagħti rebħiet kbar lir-re.”
Jew “imħabba leali.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.
Letteralment “il-midluk.” Ara Termini tal-Bibbja Spjegati.