It-Tieni Ktieb tas-Slaten 19:1-37

  • Ħeżekija jfittex l-għajnuna t’Alla permezz t’Isaija (1-7)

  • Sennakerib jhedded lil Ġerusalemm (8-13)

  • It-talba taʼ Ħeżekija (14-19)

  • Isaija jwassal it-tweġiba t’Alla (20-34)

  • Anġlu joqtol 185,000 Assirjan (35-37)

19  Malli r-Re Ħeżekija semaʼ dan, hu ċarrat ħwejġu u libes ħwejjeġ tal-ixkora u daħal fid-dar taʼ Ġeħova.  Wara bagħat lil Eljakim, li kien jieħu ħsieb il-palazz, lil Sebnah is-segretarju, u lill-kapijiet tal-qassisin għand il-profeta Isaija bin Għamoż lebsin ħwejjeġ tal-ixkora.  Huma qalulu: “Hekk jgħid Ħeżekija, ‘Dan hu jum taʼ dwejjaq, tgħajjir, u diżunur. Għax aħna bħal mara li waslet biex twelled imma m’għandhiex saħħa tagħmel dan.  Għandu mnejn Alla Ġeħova semaʼ dak kollu li qal ir-Rabsake, li ntbagħat minn sidu r-re tal-Assirja biex iwaqqaʼ għaċ-ċajt lill-Alla l-ħaj. Forsi Alla Ġeħova jitlob kont minnhom minħabba dak li semaʼ. Mela, itlob għalina li għad fadal hawn.’”  Għalhekk, il-qaddejja tar-Re Ħeżekija marru għand Isaija,  u hu qalilhom biex jgħidu lil sidhom: “Hekk jgħid Ġeħova: ‘Tibżax mill-kliem li smajt, li bih il-qaddejja tar-re tal-Assirja dgħaw* kontrija.  Se nqiegħed ħsieb f’moħħu* ħalli meta jismaʼ rapport, imur lura lejn pajjiżu. U nagħmel ċert li jmut bix-xabla f’pajjiżu stess.’”  Wara li r-Rabsake semaʼ li r-re tal-Assirja kien telaq minn Lakis, hu mar lura għandu u sabu jiġġieled kontra Libna.  Ir-re semaʼ li r-Re Tirħaka tal-Etjopja ħareġ jiġġieled kontrih. Għalhekk reġaʼ bagħat messaġġiera għand Ħeżekija u qalilhom: 10  “Hekk għidulu lir-Re Ħeżekija taʼ Ġuda, ‘Tħallix lill-Alla tiegħek li qed tafda fih iqarraq bik billi jgħidlek: “Ġerusalemm mhix se tingħata f’idejn ir-re tal-Assirja.” 11  Int smajt kif ir-rejiet tal-Assirja qerdu lill-pajjiżi kollha. Taħseb li se teħlisha int biss? 12  Ħelsuhom l-allat tal-popli li missirijieti qerdu? Fejn huma Gożan, Ħaran, Reżef, u n-nies t’Għeden li kienu f’Tel-assar? 13  Fejn hu r-re taʼ Ħamat, ir-re t’Arfad, u r-re tal-bliet taʼ Sefarwajim, taʼ Ħena, u taʼ Iwwa?’” 14  Ħeżekija ħa l-ittri mingħand il-messaġġiera u qrahom. Imbagħad telaʼ lejn id-dar taʼ Ġeħova u firixhom quddiem Ġeħova. 15  U Ħeżekija beda jitlob quddiem Ġeħova u jgħid: “Ġeħova l-Alla t’Iżrael, li qiegħed bilqiegħda fuq it-tron fuq* il-kerubini, int waħdek l-Alla l-veru tas-saltniet kollha tal-art. Int għamilt is-sema u l-art. 16  Jekk jogħġbok Ġeħova ismaʼ! Iftaħ għajnejk u ara Ġeħova! Ismaʼ l-kliem li Sennakerib bagħat biex iwaqqaʼ għaċ-ċajt lill-Alla l-ħaj. 17  Huwa fatt, Ġeħova, li r-rejiet tal-Assirja ħarbtu lill-popli u l-artijiet tagħhom. 18  U tefgħu l-allat tagħhom fin-nar, għax ma kinux allat imma għamluhom in-nies mill-injam u l-ġebel. Kien għalhekk li setgħu jeqirduhom. 19  Jekk jogħġbok Ġeħova Alla tagħna, salvana minn idejh sabiex is-saltniet kollha tal-art ikunu jafu li int biss Alla, Ġeħova.” 20  Isaija bin Għamoż bagħat jgħid lil Ħeżekija: “Hekk jgħid Ġeħova l-Alla t’Iżrael, ‘Jien smajt dak li tlabtni dwar ir-Re Sennakerib tal-Assirja. 21  Ġeħova qal hekk kontrih: “Il-verġni bint Sijon maqdritek, hi waqqgħatek għaċ-ċajt. Bint Ġerusalemm xenglet rasha minn warajk. 22  Lil min waqqajt għaċ-ċajt u dgħajt kontrih? Kontra min għollejt leħnekU għollejt għajnejk b’arroganza? Kontra l-Qaddis t’Iżrael! 23  Bil-messaġġiera tiegħek waqqajt għaċ-ċajt lil Ġeħova u għedt,‘Bil-ħafna karrijiet tal-gwerra li għandiJien se nitlaʼ fl-għoli tal-muntanji,L-iktar partijiet ’il bogħod tal-Libanu. Jien naqtaʼ s-siġar taċ-ċedri kbar tiegħu, l-aħjar siġar tal-ġnibru tiegħu. Jien nidħol fl-iktar post ’il bogħod u kenni, fil-foresti sbieħ tiegħu. 24  Inħaffer bjar u nixrob ilmijiet barranin;U b’qiegħ saqajja nnixxef ix-xmajjar* kollha tal-Eġittu.’ 25  Ma smajtx? Sa minn żmien twil ilu hekk iddeċidejt li nagħmel. Minn żmien ilu ppreparajt dan. Issa se nġiegħlu jseħħ. Int se tirrovina l-bliet iffortifikati u ġġibhom abbandunati. 26  In-nies li joqogħdu fihom ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn;Se jibżgħu u jistħu. Se jiddgħajfu u jsiru bħall-ħaxix tal-għelieqi u bħall-ħaxix aħdar,Bħall-ħaxix taʼ fuq il-bjut li jinħaraq bir-riħ mil-Lvant. 27  Imma jien naf tajjeb meta int toqgħod bilqiegħda, meta toħroġ, meta tidħol,U meta tkun irrabjat ħafna għalija, 28  Għax ir-rabja kbira li għandek għalija u l-għajjat tiegħek waslu f’widnejja. Għalhekk se nqiegħed il-ganċ tiegħi fi mnieħrek u ħadida* bejn xofftejk,U nieħdok lura minn fejn ġejt.” 29  “‘U dan ikun is-sinjal għalik:* Din is-sena int tiekol dak li jikber waħdu.* U fit-tieni sena tiekol iċ-ċereali* li jinbtu fl-istess post. Imma fit-tielet sena tiżraʼ ż-żerriegħa u taħsad, u tħawwel l-għelieqi bid-dwieli u tiekol frotthom. 30  Dawk li jibqgħu ħajjin mid-dar taʼ Ġuda se jrabbu l-għeruq bħall-pjanti u jkollhom il-frott. 31  Minn Ġerusalemm se joħorġu n-nies li jifdal, u dawk li jaħarbu se joħorġu mill-Muntanja Sijon. Iż-żelu taʼ Ġeħova tal-armati se jagħmel dan. 32  “‘Għalhekk, Ġeħova jgħid dan dwar ir-re tal-Assirja: “Ma jidħolx f’din il-beltJew jispara vleġġa fihaJew jersaq lejha b’tarkaJew itellaʼ kontriha rampa għall-assedju. 33  Mit-triq li ġie minnha se jerġaʼ lura;Ma jidħolx f’din il-belt,” jgħid Ġeħova. 34  “Jien niddefendi din il-belt u nsalvaha minħabba fija stessU minħabba l-qaddej tiegħi David.”’” 35  Dak il-lejl, l-anġlu taʼ Ġeħova ħareġ u qatel 185,000 raġel fil-kampijiet tal-Assirjani. Meta n-nies qamu kmieni filgħodu, sabuhom kollha mejtin. 36  Għalhekk, ir-Re Sennakerib tal-Assirja rtira mill-battalja u mar lura Ninwe. 37  U waqt li kien qed imil fit-tempju tal-alla tiegħu Nisrok, it-tfal tiegħu Adrammelek u Sareser qatluh bix-xabla u mbagħad ħarbu lejn l-art t’Ararat. U ibnu Esar-ħaddon sar re minfloku.

Noti taʼ taħt

Letteralment “spirtu fih.”
Jew forsi “bejn.”
Jew “il-kanali tan-Nil.”
Din kienet tkun imqabbda b’ħabel u tintuża biex tikkontrolla żiemel.
Jiġifieri Ħeżekija.
Jew “dak li jikber miż-żerriegħa taċ-ċereali li taqaʼ.”
Ċereali huma żrieragħ li jinkludu xgħir (barley) u qamħ.