Eżekjel 11:1-25
11 U spirtu+ refagħni+ u ħadni lejn il-bieb tal-lvant tad-dar taʼ Ġeħova li jħares lejn il-lvant,+ u, ara, fid-daħla tal-bieb kien hemm ħamsa u għoxrin raġel,+ u rajt f’nofshom lil Ġagħżanija bin Għażżur u lil Pelatija bin Benaja, prinċpijiet tal-poplu.+
2 Imbagħad Hu qalli: “Bin il-bniedem, dawn huma l-irġiel li qed ifasslu l-ħsara u jagħtu pariri ħżiena kontra din il-belt;+
3 li qed jgħidu, ‘Mhux dalwaqt jinbnew id-djar?+ Hi l-borma l-kbira,+ u aħna l-laħam.’*
4 “Għalhekk, ipprofetizza kontrihom. Ipprofetizza, O bin il-bniedem.”+
5 Imbagħad niżel fuqi l-ispirtu taʼ Ġeħova,+ u hu qalli: “Għid, ‘Hekk qal Ġeħova:+ “Intom għedtu sew, O dar Israel; u jien naf+ x’jiġikom f’moħħkom.
6 Minħabba fikom il-maqtulin tagħkom f’din il-belt huma ħafna, u t-toroq tagħha mlejtuhomlha bil-maqtulin.”’”+
7 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Il-maqtulin tagħkom li tfajtu f’nofsha huma l-laħam,+ u hi l-borma l-kbira;+ u intom tiġu maħruġin minn ġo nofsha.’”+
8 “‘Intom bżajtu mis-sejf,+ u s-sejf inġib fuqkom,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.+
9 ‘U jien noħroġkom minn ġo nofsha u nagħtikom f’idejn l-istranġieri+ u nwettaq fuqkom atti taʼ ġudizzju.+
10 Bis-sejf taqgħu.+ Nagħmel ħaqq minnkom fil-fruntiera taʼ Israel;+ u se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.+
11 Ma tkunx għalikom borma kbira,+ u intom ma tkunux il-laħam taʼ ġo fiha. Fil-fruntiera taʼ Israel nagħmel ħaqq minnkom,
12 u se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova, għax ma mxejtux mar-regolamenti u mal-ġudizzji tiegħi,+ imma aġixxejtu skond il-ġudizzji tal-ġnus taʼ madwarkom.’”+
13 U ġara li malli spiċċajt nipprofetizza, Pelatija bin Benaja miet,+ u jien inxtħett wiċċi fl-art u għajjatt b’leħen qawwi+ u għedt: “Jaħasra, O Mulej Sovran Ġeħova!+ Se teqridhom għalkollox lil dawk li fadal minn Israel?”+
14 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:
15 “Bin il-bniedem, inkwantu għal ħutek,+ ħutek, l-irġiel li jinteressahom mid-dritt tiegħek li tixtri wirtek lura, u d-dar kollha taʼ Israel, kollha kemm hi, huma dawk li lilhom l-abitanti taʼ Ġerusalemm qalulhom, ‘Tbiegħdu minn Ġeħova. L-art tagħna; lilna ngħatat biex tkun tagħna’;+
16 għaldaqstant għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Għalkemm bgħatthom ’il bogħod fost il-ġnus, u għalkemm xerridthom fost il-pajjiżi,+ jien se nsir għalihom santwarju għal ftit żmien fost il-pajjiżi li marru fihom.”’+
17 “Għaldaqstant għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Se niġborkom mill-popli u niġmagħkom mill-pajjiżi li xxerridtu fihom, u nagħtikom l-art taʼ Israel.+
18 U huma jmorru hemmhekk u jneħħulha l-qżiżijiet u l-affarijiet mistkerrhin kollha tagħha.+
19 U nagħtihom qalb waħda,+ u ndaħħal fihom spirtu ġdid;+ u nneħħi l-qalb tal-ġebel minn ġisimhom+ u nagħtihom qalb tal-laħam,+
20 sabiex jimxu maʼ l-istatuti tiegħi u jħarsu d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi u jwettquhom;+ u huma tassew isiru l-poplu tiegħi+ u jien insir Alla tagħhom.”’+
21 “‘“Imma dawk li qalbhom miexja wara l-qżiżijiet u l-affarijiet mistkerrhin tagħhom,+ triqithom inġibha fuq rashom,” hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.’”+
22 U l-kerubini+ fetħu l-ġwienaħ tagħhom, u r-roti kienu qrib ħdejhom,+ u l-glorja+ taʼ l-Alla taʼ Israel kienet fuqhom, minn fuq.+
23 U l-glorja taʼ Ġeħova+ telgħet minn fuq nofs il-belt u waqfet fuq il-muntanja+ li qiegħda lejn il-lvant tal-belt.+
24 U spirtu+ refagħni+ u ħadni l-Kaldija għand il-poplu eżiljat,+ fil-viżjoni mill-ispirtu t’Alla; u l-viżjoni li kont rajt intrefgħet minn fuqi.
25 U bdejt inkellem lill-poplu eżiljat dwar l-affarijiet kollha li kien ġegħelni nara Ġeħova.+
Noti taʼ taħt
^ Jiġifieri, il-laħam protett fiha.