Eżekjel 26:1-21
26 U ġara fis-sena ħdax, fl-ewwel jum tax-xahar, li l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid:
2 “Bin il-bniedem, talli Tir+ qalet kontra Ġerusalemm,+ ‘Ħaħ! Tfarrket+ dik li kienet il-bieb tal-popli!+ L-affarijiet se jduru favurija. Jien se nimtela bil-ġid, għax hi ntgħamlet ħerba,’+
3 għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, jien kontrik, O Tir, u se ntellaʼ kontrik ħafna ġnus,+ bħalma l-baħar itellaʼ l-mewġ.+
4 U huma jagħmlu ħerba mis-swar taʼ Tir+ u jġarrfulha t-torrijiet tagħha,+ u jien niknes it-trab minnha u nagħmilha blata b’wiċċ ileqq u għeri.
5 U ssir wesgħa f’nofs taʼ baħar+ fejn inixxfu x-xbieki tas-sajd.’+
“‘Għax jien tkellimt,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘u hi ssir priża għall-ġnus.
6 U l-abitanti tal-bliet rurali li jiddependu minnha jinqatlu bis-sejf, u n-nies se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’+
7 “Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, qed inġib mit-tramuntana kontra Tir lil Nebukadressar is-sultan taʼ Babilonja,+ sultan tas-slaten,+ bi żwiemel,+ karrijiet tal-gwerra,+ suldati tal-kavallerija, u ġemgħa,+ iva, kotra nies.
8 U lill-abitanti tal-bliet rurali li jiddependu minnek joqtolhom bis-sejf. U jibnilek ħajt taʼ l-assedju+ u jwaqqaf miegħek rampa għall-assedju u jgħolli kontrik tarka kbira;
9 u jxejjer id-daqqiet tal-magna tal-gwerra għal fuq is-swar tiegħek, u bl-armi tiegħu jwaqqagħlek it-torrijiet.
10 It-trab li jittajjar mill-kotra kbira taʼ żwiemel tiegħu ġejjin ilebbtu lejk jgħattik.+ Bil-ħoss tas-suldati tal-kavallerija u tar-roti u tal-karrijiet tal-gwerra, is-swar tiegħek jitriegħdu, meta hu jidħol mill-bibien tiegħek, bħalma jiġri meta jidħlu f’belt li tkun ġiet minfuda.
11 B’saqajn iż-żwiemel tiegħu jitħanlek triqatek kollha.+ Lil niesek joqtolhom bis-sejf, u l-kolonni b’saħħithom tiegħek jaqgħu maʼ l-art.
12 U jaħtfulek ir-riżorsi tiegħek+ u jisirqulek in-negozju tiegħek,+ u l-ħitan tiegħek iġarrfuhomlok, u d-djar sbieħ tiegħek iwaqqgħuhomlok. U l-ġebel u l-injam u t-trab tiegħek jitfgħuh f’nofs l-ilma.’
13 “‘U nsikket l-għagħa tal-kant tiegħek,+ u l-ħoss taʼ l-arpi ma jinstemax iżjed.+
14 U nagħmlek blata b’wiċċ ileqq u għeri.+ U ssir wesgħa fejn inixxfu x-xbieki tas-sajd.+ Qatt ma terġaʼ tinbena; għax jien, Ġeħova, tkellimt,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.+
15 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova lil Tir, ‘Jaqaw mal-ħoss tal-waqgħa tiegħek, meta dawk midrubin għall-mewt jokorbu, meta jkun qed isir massakru f’nofsok, m’humiex se jitriegħdu l-gżejjer?+
16 U l-kapijiet ewlenin+ kollha tal-baħar se jinżlu minn fuq it-tronijiet tagħhom+ u jneħħu l-libsa taʼ bla kmiem u jinżgħu l-ilbies irrakkmat, u jilbsu t-tregħid. Ipoġġu bil-qiegħda maʼ l-art,+ u jitriegħdu l-ħin kollu+ u jibqgħu mistagħġbin u ċċassati lejk.
17 U jgħannulek għanja taʼ niket+ u jgħidulek:
“‘“Kif ġejt fix-xejn, int li kienu jgħammru fik in-nies tal-baħar,+ O belt imfaħħra, li saret belt b’saħħitha fil-baħar,+ hi u dawk li jgħammru fiha, dawk li kienu jbeżżgħu lill-abitanti kollha taʼ l-art!
18 Issa l-gżejjer se jitriegħdu f’jum il-waqgħa tiegħek, u l-gżejjer tal-baħar se jitfixklu minħabba tmiemek.”’+
19 “Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Meta nagħmlek belt imħarbta, bħall-bliet li ma jgħammar fihom ħadd, meta ntellaʼ għal fuqek l-ilmijiet fondi, u l-ilmijiet vasti jkunu għattewk,+
20 inniżżlek maʼ dawk li neżlin fil-ħofra għand il-poplu taʼ żmien twil ilu,+ u nġiegħlek tgħammar fl-iktar art baxxa,+ flimkien maʼ postijiet oħrajn li ilhom ħerba għal ħafna żmien, flimkien maʼ dawk li neżlin fil-ħofra,+ sabiex ħadd ma jerġaʼ jgħammar fik; u l-art tal-ħajjin jien insebbaħha.+
21 “‘Inġib fuqek gwaj għal għarrieda,+ u ma tkunx iżjed; u jfittxuk,+ imma jibqgħu ma jsibukx għal żmien indefinit,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”