Eżekjel 6:1-14

6  U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid:  “Bin il-bniedem, dawwar wiċċek lejn il-muntanji taʼ Israel u pprofetizzalhom.+  Għidilhom, ‘O muntanji taʼ Israel, isimgħu l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova:+ Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova lill-muntanji u lill-għoljiet,+ lin-nixxigħat u lill-widien: “Hawn jien! Se nġib fuqkom sejf, u se neqred il-postijiet għall-qima* tagħkom.+  U l-artali tagħkom iridu jiġu abbandunati+ u l-artali taʼ l-inċens jitkissru, u se nwaqqaʼ lill-maqtulin tagħkom quddiem l-idoli tagħkom moqżieża daqs id-demel.+  U nqiegħed l-iġsma mejtin taʼ wlied Israel quddiem l-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel, u nxerred għadamkom madwar l-artali tagħkom.+  Kulfejn tgħammru,+ blietkom isiru ħerba+ u l-postijiet għall-qima jiġu abbandunati, sabiex jibqgħu ħerba+ u l-artali tagħkom jibqgħu abbandunati u jitkissru+ u l-idoli tagħkom moqżieża daqs id-demel jintemmu+ u l-artali tagħkom taʼ l-inċens jitkissru+ u xogħol idejkom jinqered.  U l-maqtulin se jaqgħu f’nofskom,+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.*+  “‘“U meta jseħħ dan, jien inħallilkom bħala fdal lil dawk li jaħarbu mis-sejf fost il-ġnus, meta tixterdu mal-pajjiżi.+  U dawk fostkom li jaħarbu żgur se jiftakruni fost il-ġnus fejn ikunu ttieħdu fil-jasar,+ għax qasmuli qalbi peress li l-qalb żienja tagħhom warrbet minni+ u għajnejhom qed jiġru wara l-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel biex jiżnu magħhom;+ u minn wiċċhom ikun jidher li qed jistkerrhu lilhom infushom minħabba l-affarijiet ħżiena li għamlu bl-affarijiet mistkerrhin kollha tagħhom.+ 10  U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova; ma tkellimtx għalxejn meta għedt+ li nġib fuqhom dan il-gwaj.”’+ 11  “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ċapċpu idejkom+ u sabbtu saqajkom, u għidu: “Jaħasra!” minħabba l-affarijiet ħżiena u mistkerrhin kollha taʼ dar Israel,+ għax bis-sejf,+ bil-ġuħ+ u bil-pesta għad jaqgħu.+ 12  U dak li jkun ’il bogħod+ imut bil-pesta; u dak li jkun viċin jaqaʼ bis-sejf; u dak li jkun baqaʼ u ħelisha jmut bil-ġuħ, u jien intemm il-korla tiegħi fuqhom.+ 13  U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova,+ meta l-maqtulin tagħhom ikunu qalb l-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel,+ madwar l-artali tagħhom,+ fuq kull għolja,+ fuq il-qċaċet kollha tal-muntanji+ u taħt kull siġra tħaddar+ u taħt kull siġra kbira b’ħafna weraq,+ il-post fejn offrew riħa pjaċevoli* lill-idoli kollha tagħhom moqżieża daqs id-demel.+ 14  U mmidd idi fuqhom+ u lil arthom nagħmilha art abbandunata, abbandunata iktar mix-xagħri lejn Dibla, kulfejn jgħammru. U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’”

Noti taʼ taħt

Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
L-ewwel darba minn iktar minn 60 darba li tidher din il-frażi f’Eżekjel, li tirreferi għat-taqdis taʼ isem Ġeħova fuq l-art.
Letteralment, “riħa li sserraħ.”