Ekkleżjasti 11:1-10

  • Aħtaf l-opportunità biex tagħmel it-tajjeb (1-8)

    • Waddab il-ħobż tiegħek fl-ilmijiet (1)

    • Iżraʼ ż-żerriegħa minn filgħodu sa filgħaxija (6)

  • Gawdi ż-żgħożija b’responsabbiltà (9, 10)

11  Waddab* il-ħobż tiegħek fl-ilmijiet, għax wara ħafna ġranet se terġaʼ ssibu.  Aqsam minn dak li għandek maʼ sebaʼ min-nies jew anki tmienja, għax ma tafx x’diżastru* jistaʼ jinqalaʼ fuq l-art.  Jekk is-sħab ikun mimli bl-ilma, tagħmel ix-xita fuq l-art; u jekk siġra taqaʼ lejn in-Nofsinhar jew it-Tramuntana, hemm se tibqaʼ.  Min joqgħod għassa tar-riħ ma jiżrax u min joqgħod iħares lejn is-sħab ma jaħsadx.  Bħalma ma tafx kif l-ispirtu jkabbar l-għadam taʼ tarbija f’żaqq mara tqila, int ma tafx dak li jagħmel l-Alla l-veru, li jagħmel kollox.  Iżraʼ ż-żerriegħa filgħodu u ibqaʼ għaddej sa filgħaxija, għax ma tafx liema waħda se tikber, jekk hux waħda jew l-oħra, jew jekk hux it-tnejn li huma.  Id-dawl hu pjaċevoli, u huwa tajjeb li persuna tara x-xemx.  Jekk bniedem jgħix ħafna snin, ħa jgawdihom kollha. Imma għandu jiftakar li jistaʼ jkollu ħafna ġranet tad-dwejjaq. Dak li ġej kollu bla sens.  Żagħżugħ, ifraħ waqt li għadek żgħir u kun ferħan f’żgħożitek. Agħmel dak li tixtieq qalbek u stinka għall-affarijiet li tara sbieħ f’għajnejk, imma kun af li l-Alla l-veru se jiġġudikak* għal dan kollu. 10  Għalhekk, neħħi dak li jinkwetak minn qalbek u warrab l-affarijiet taʼ ħsara minn ġismek, għax iż-żgħożija u l-aqwa żmien taʼ ħajtek huma bla sens.

Noti taʼ taħt

Jew “Ibgħat.”
Jew “x’inkwiet.”
Jew “jitlob kont minnek.”